|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1762 |
28.8.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1762
tal-25 ta’ Awwissu 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1708 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Franza
(notifikata bid-dokument C(2025) 5879)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda infettiva li tinġarr minn vettur u li taffettwa lill-annimali bovini. L-okkorrenza tagħha tista’ tħalli impatt sever fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u tikkawża disturb fil-movimenti ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Fil-każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-annimali bovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali bovini, b’mod partikolari minħabba l-mod ewlieni ta’ trażmissjoni tagħha permezz tal-vetturi. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi mill-inqas żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1708 (4) tistipula ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mat-tifqigħat tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Franza. B’mod aktar partikulari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1708 tipprevedi l-istabbiliment, fi Franza, ta’ żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, kif ukoll ta’ żona tat-tilqim, f’konformità mal-Parti 1 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 (5). Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2025/1708 jipprevedi li dawk iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll iż-żona tat-tilqim, għandhom jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Annessi tagħha, u l-miżuri meħtieġa li għandhom jiġu applikati f’dawk iż-żoni għandhom jiġu applikati mill-inqas sad-dati stabbiliti f’dawk l-Annessi. |
|
(5) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1708, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni dwar 40 tifqigħa addizzjonali kkonfermata tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini fil-muniċipalitajiet ta’ Chambéry u Annecy, id-départements ta’ Savoie u Haute Savoie, ir-reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes, li ġew irrapportati bejn l-24 ta’ Lulju u l-14 ta’ Awwissu 2025. B’reazzjoni għal dawn it-tifqigħat, Franza stabbiliet żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fid-dipartimenti ta’ Ain, Isere, Savoie, u Haute Savoie, reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes, fejn jiġu applikati l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(6) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ, iż-żoni indikati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1708 jenħtieġ, għalhekk, li jiġu aġġornati b’din id-Deċiżjoni, u tiġi stabbilita d-durata ta’ dawk il-miżuri f’dawn iż-żoni. |
|
(7) |
Id-daqs taż-żoni indikati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1708, kif emendata b’din id-Deċiżjoni, kif ukoll id-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żona ta’ protezzjoni u taż-żona ta’ sorveljanza, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fiż-żoni milquta minn dik il-marda, iżda anke fatturi epidemjoloġiċi oħra, fosthom il-parametri ġeografiċi u r-riskju li l-marda tkompli tinxtered fid-dawl tal-preżenza ta’ insetti vetturi. Anke meta ntgħażlet id-durata tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni tqiesu l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (6). |
|
(8) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1708 jipprevedi l-projbizzjoni tal-movimenti tal-annimali bovini miż-żoni stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni għal destinazzjonijiet barra mill-perimetru estern ta’ dawk iż-żoni fi Franza jew barra minn dak l-Istat Membru sad-dati elenkati f’dak l-Anness. Fid-dawl tat-tifqigħat kontinwi tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Franza, u sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-marda kif ukoll biex jiġi evitat tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, huwa neċessarju li dik il-projbizzjoni tiġi estiża. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1708 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(10) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tiżviluppa pjan ta’ tilqim jew tistabbilixxi żoni ta’ tilqim, fejn rilevanti għall-kontroll effettiv ta’ marda elenkata fl-annimali miżmuma. L-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-pjanijiet uffiċjali tat-tilqim. Dak ir-Regolament Delegat jipprevedi wkoll, fl-Artikolu 9, regoli għall-implimentazzjoni ta’ tilqim protettiv ta’ emerġenza. Kundizzjonijiet dettaljati għall-użu ta’ tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda huma stabbiliti fl-Anness IX tiegħu. |
|
(11) |
Fl-1 ta’ Awwissu 2025, Franza pprovdiet lill-Kummissjoni bil-pjan uffiċjali ta’ tilqim tagħha għall-infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda fit-territorju tal-erba’ départements ta’ Ain, Savoie, Haute Savoie, u Isère fir-reġjun Franċiż ta’ Auvergne-Rhône-Alpes, f’konformità mal-Artikolu 6(4), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, flimkien ma’ data aġġornata dwar l-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan. |
|
(12) |
Sabiex jiġi żgurat kontroll ikkoordinat tal-mard u biex jiġi ssalvagwardjat il-kummerċ fl-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi, jeħtieġ li tiġi aġġustata fil-livell tal-Unjoni ż-żona tat-tilqim għall-infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1708. |
|
(13) |
It-tip, id-daqs u d-durata taż-żoni tat-tilqim I u II stabbiliti fl-Anness II huma bbażati fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-progress tal-kampanji tat-tilqim, b’mod partikolari filwaqt li jitqiesu l-evoluzzjoni tal-livell ta’ kopertura tat-tilqim miksub, il-pjan uffiċjali tat-tilqim tal-Istat Membru, u r-rapporti ta’ progress ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361. Għaldaqstant, l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jindika, għal kull żona kkonċernata, id-dati li matulhom għandhom japplikaw iż-żoni tat-tilqim. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1708 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(15) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, l-emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1708 jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun biex jiġi evitat aktar tixrid tal-marda fi Franza, fi Stati Membri oħra, jew f’pajjiżi terzi u biex jiġi evitat tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni jew ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ ma’ pajjiżi terzi. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1708 huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1708 tad-29 ta’ Lulju 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Franza u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1336 (ĠU L, 2025/1708, 5.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1708/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 52, 20.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/361/oj).
(6) https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.
ANNESS
“ANNESS I
Parti A: Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Żona amministrattiva u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta, kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes FR-LSD-2025-00001 FR-LSD-2025-00002 FR-LSD-2025-00003 FR-LSD-2025-00004 FR-LSD-2025-00005 FR-LSD-2025-00006 FR-LSD-2025-00007 FR-LSD-2025-00008 FR-LSD-2025-00009 FR-LSD-2025-00010 FR-LSD-2025-00011 FR-LSD-2025-00012 FR-LSD-2025-00013 FR-LSD-2025-00014 FR-LSD-2025-00015 FR-LSD-2025-00016 FR-LSD-2025-00017 FR-LSD-2025-00018 FR-LSD-2025-00019 FR-LSD-2025-00020 FR-LSD-2025-00021 FR-LSD-2025-00022 FR-LSD-2025-00023 FR-LSD-2025-00024 FR-LSD-2025-00025 FR-LSD-2025-00026 FR-LSD-2025-00027 FR-LSD-2025-00028 FR-LSD-2025-00029 FR-LSD-2025-00030 FR-LSD-2025-00031 FR-LSD-2025-00032 FR-LSD-2025-00033 FR-LSD-2025-00034 FR-LSD-2025-00035 FR-LSD-2025-00036 FR-LSD-2025-00037 FR-LSD-2025-00038 FR-LSD-2025-00039 FR-LSD-2025-00040 FR-LSD-2025-00041 FR-LSD-2025-00042 FR-LSD-2025-00043 FR-LSD-2025-00044 FR-LSD-2025-00045 FR-LSD-2025-00046 FR-LSD-2025-00047 FR-LSD-2025-00048 FR-LSD-2025-00049 FR-LSD-2025-00050 FR-LSD-2025-00051 FR-LSD-2025-00052 FR-LSD-2025-00053 FR-LSD-2025-00054 FR-LSD-2025-00055 FR-LSD-2025-00056 FR-LSD-2025-00057 FR-LSD-2025-00058 FR-LSD-2025-00059 FR-LSD-2025-00060 FR-LSD-2025-00061 FR-LSD-2025-00062 FR-LSD-2025-00063 FR-LSD-2025-00064 FR-LSD-2025-00065 FR-LSD-2025-00066 FR-LSD-2025-00067 FR-LSD-2025-00068 FR-LSD-2025-00069 FR-LSD-2025-00070 FR-LSD-2025-00071 FR-LSD-2025-00072 FR-LSD-2025-00073 FR-LSD-2025-00074 |
Żona ta’ protezzjoni: Il-muniċipalitajiet li ġejjin fid-départements li ġejjin mir-reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes:
|
fit-13 ta’ Settembru 2025. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Il-muniċipalitajiet li ġejjin fid-départements li ġejjin mir-reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes:
|
14 ta’ Settembru 2025 – 30 ta’ Settembru 2025 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Il-muniċipalitajiet li ġejjin fid-départements li ġejjin mir-reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes:
|
fit-30 ta’ Settembru 2025. |
ANNESS II
Parti A: Żona tat-tilqim II
Il-muniċipalitajiet tad-départements elenkati fl-Anness I sat-18 ta’ Ottubru 2025.
Parti B: Żona tat-tilqim I
Il-muniċipalitajiet tad-départements elenkati fl-Anness I mid-19 ta’ Ottubru 2025 sal-aħħar jum tal-perjodu ta’ rkupru, magħżul minn Franza, imsemmi fil-Parti 4 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1762/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)