|
9.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/23 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9653 — Pon Tyre Group/Gilde Fund V/Gundlach Automotive Corporation)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 412/07)
1.
Fid-29 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Pon Tyre Group B.V. (in-Netherlands), li tappartjeni għall-grupp Pon (“Pon”), |
|
— |
Gilde Fund V (in-Netherlands), ġestita minn Gilde V Management B.V. (in-Netherlands), |
|
— |
Gundlach Automotive Corporation (il-Ġermanja), li bħalissa hija kontrollata biss minn Gilde Fund V. |
Pon u Gilde Fund V jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’Gundlach Automotive Corporation kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Pon Tyre Group B.V.: Pon Tyre Group B.V. huwa parti mill-grupp Pon. Pon huwa attiv f’erba’ setturi kummerċjali differenti: Is-settur tal-karozzi li jinkludi d-distribuzzjoni tat-tyres, Pon Bike, Tagħmir u Sistemi tal-Enerġija u l-Mobilità Industrijali, |
|
— |
Gilde Fund V: Gilde Fund V hija kumpanija tal-investiment fl-ekwità privata attiva fil-konsulenza, il-ġestjoni u l-investiment f’kumpaniji tas-suq medju, |
|
— |
Gundlach Automotive Corporation: Gundlach Automotive Corporation hija prinċipalment attiva fid-distribuzzjoni tat-tyres, rummijiet tar-roti, roti ffittjati, sensuri TPMS u servizzi relatati u tipprovdi programmi għar-roti u servizzi ta’ assemblaġġ lill-manifatturi tat-tagħmir oriġinali (original equipment manufacturers, OEMs). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9653 — Pon Tyre Group/Gilde Fund V/Gundlach Automotive Corporation
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).