European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1326

4.7.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/1326

tal-25 ta’ Ġunju 2025

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2025)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”).

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2784 (2), li taħtar lis-Sur Jan VYČÍTAL bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUBAM Libya mill-1 ta’ Jannar 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025.

(3)

Fl-24 ta’ April 2025, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni ppropona li jiġi estiż il-mandat tas-Sur Jan VYČÍTAL bħala Kap tal-Missjoni tal-EUBAM Libya mill-1 ta’ Lulju 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025.

(4)

Il-mandat tal-Kap tal-Missjoni attwali ta’ EUBAM Libya għalhekk għandu jiġi estiż għal perjodu ieħor ta’ sitt xhur,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Jan VYČÍTAL bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) huwa estiż mill-1 ta’ Lulju 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tkun suġġetta għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Kunsill li testendi l-mandat ta’ EUBAM LIBYA mill-1 ta’ Lulju 2025.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2025.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

L. M. VENSILD


(1)   ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/233(1)/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/2784 tat-8 ta’ Diċembru 2023 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/2/2023) (ĠU L, 2023/2784, 11.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2784/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1326/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)