|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2364 |
27.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2364
tas-26 ta’ Ottubru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (1) tistabbilixxi l-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) għall-finanzjament mill-Istati Membri tal-azzjonijiet tal-Unjoni fl-ambitu tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) biex tinżamm il-paċi, jiġu evitati l-kunflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skont l-Artikolu 21(2), il-punt (c), tat-Trattat. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-EPF trid tintuża għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ assistenza bħal azzjonijiet biex jissaħħu l-mezzi ta’ Stati terzi u ta’ organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali marbuta ma’ kwistjonijiet militari u ta’ difiża. |
|
(2) |
Fit-28 ta’ Frar 2022, b’rispons għall-gwerra ta’ aggressjoni mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 (2) li stabbiliet miżura ta’ assistenza biex tkopri l-finanzjament tal-provvista lill-Forzi Armati tal-Ukrajna ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali. |
|
(3) |
L-ammont ta’ referenza finanzjarja skont id-Deċiżjoni (PESK) 2022/338, kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/810 (3), huwa ta’ EUR 4 120 000 000. |
|
(4) |
Fis-26 ta’ Ottubru 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/2363 (4), li temenda l-ammont ta’ referenza finanzjarja stipulat fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/927 (5), u nnota li jenħtieġ li l-bqija tal-ammont inizjali ta’ referenza finanzjarja stipulat fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/927 jiġi allokat lill-miżura ta’ assistenza skont id-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 biex ikopri l-finanzjament tal-provvista ta’ tagħmir militari mfassal biex iwassal forza letali. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni li għaddejja mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li għalhekk l-ammont ta’ referenza finanzjarja tal-miżura ta’ assistenza skont id-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 jiżdied b’EUR 1 798 856 325,22 addizzjonali maħsuba biex ikopru l-finanzjament tal-provvista lill-Forzi Armati tal-Ukrajna ta’ tagħmir militari mfassal biex iwassal forza letali. |
|
(6) |
Miżuri ta’ assistenza jridu jiġu implimentati b’kont meħud tal-prinċipji u r-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, b’mod partikolari l-konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (6), u f’konformità mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjati fl-ambitu tal-EPF. |
|
(7) |
Il-Kunsill jafferma mill-ġdid id-determinazzjoni tiegħu li jipproteġi, jippromwovi u jiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi u li jsaħħaħ l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, f’konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni (PESK) 2022/338, l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Miżura ta’ Assistenza għandu jkun ta’ EUR 5 918 856 325,22.” |
|
(2) |
il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej: “3. F’konformità mal-Artikolu 29(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza jista’ jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet sa EUR 5 918 856 325,22 wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Il-fondi li għalihom għamel sejħa l-amministratur għall-miżuri ta’ assistenza għandhom jintużaw biss biex titħallas in-nefqa fi ħdan il-limiti approvati mill-Kumitat tal-Faċilità stabbilit bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 fil-baġits emendatorji u annwali relatati li jikkorrispondu għall-Miżura ta’ Assistenza. 4. In-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-Miżura ta’ Assistenza għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2022 u sa data li tiġi ddeterminata mill-Kunsill:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. HEYDON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/509/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/338 tat-28 ta’ Frar 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 60, 28.2.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/338/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/810 tat-13 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 101, 14.4.2023, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/810/oj).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2363 tas-26 ta’ Ottubru 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/927 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex jiġu appoġġati l-Forzi Armati Ukreni permezz tal-forniment ta’ munizzjon (ĠU L, 2026/2363, 27.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2363/oj).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/927 tal-5 ta’ Mejju 2023 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex jiġu appoġġati l-Forzi Armati Ukreni permezz tal-forniment ta’ munizzjon (ĠU L 123, 8.5.2023, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/927/oj).
(6) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99, ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2008/944/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2364/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)