Official Journal L 157 , 12/06/1986 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0120
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0120
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1797/86 tad-9 ta' Ġunju 1986 li jabolixxi ċerti piżijiet postali għall-preżentazzjoni tad-dwana IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi d-Deċiżjoni 79/8/KEE tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea, huma u jiltaqgħu ġewwa l-Kunsill, tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar l-abolizzjoni ta' ċerti piżijiet postali għall-preżentazzjoni tad-dwana [4] rigward il-kunsinni tal-merkanzija mibgħuta minn Stat Membru u li jibbenefikaw fl-importazzjoni minn taxxi fuq id-dħul u l-ħruġ u minn dazji tas-sisa; Billi l-awtoritajiet ta' wħud mill-Istati Membri b'konsegwenza ta' dan jissoktaw jimponu dawn il-piżijiet rigward konsinni oħra ta' merkanzija Komunitarja mibgħuta minn Stat Membru ieħor; Billi huwa mixtieq illi s-suq intern Komunitarju jissaħħaħ billi jitnaqqsu u, meta possibbli, jitneħħew il-formalitajiet u l-piżijiet li japplikaw għall-kummerċ fil-merkanzija Komunitarja bejn l-Istati Membri; billi l-abolizzjoni finali tal-piżijiet postali għall-preżentazzjoni tad-dwana fil-kummerċ fil-Komunità tagħmel kontribuzzjoni maġġuri għall-kisba ta' dan il-għan billi jkollha effett viżibbli u immedjat fuq dan il-kummerċ għall-benefiċċju taċ-ċittadini ta' l-Ewropa; Billi t-Trattat ma pprovdiex il-poteri meħtieġa għal dan il-għan, għajr dawk fl-Artikolu 235, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-piżijiet postali ma għandhomx jiġu imposti iktar għall-preżentazzjoni tad-dwana rigward il-kunsinni tal-merkanzija mibgħuta minn Stat Membru li jwettaq il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 9 u 10 tat-Trattat, L-Artikolu 2 B'deroga mill-Artikolu 1, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi Spanja u fil-Portugall rigward il-piżijiet postali għall-preżentazzjoni tad-dwana fil-kummrċ ma' pajjiżi terzi jistgħu japplikaw bl-istess kondizzjonijiet għall-kummerċ kondotti ġewwa l-Komunità għal sakem idumu jiġu imposti d-dazji tad-dwana b'konnessjoni ma' dan il-kummerċ. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1988. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fid-9 ta' Ġunju 1986. Għall-Kunsill Il-President G. M. V. van Aardenne [1] ĠU C 202, ta' l-10.8.1985, p. 8. [2] ĠU C 352, tal-31.12.1985, p. 289. [3] ĠU C 344, tal-31.12.1985, p. 6. [4] ĠU L 6, tal-10.1.1979, p. 26. --------------------------------------------------