|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/483 |
23.1.2025 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 59(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012
(C/2025/483)
Fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tressaq oppożizzjoni quddiem il-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA TAL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA
TSG-FR-2466-AM01 – 23.5.2024
1. Isem il-prodott
“Berthoud”
2. Stat Membru jew pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Franza
3. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott effettwata mill-emenda/i
|
? |
Isem il-prodott |
|
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
? |
Oħrajn |
4. Emenda/i
|
— |
It-termini użati biex jiddefinixxu l-kontenitur tal-“Berthoud” It-terminu “dixx tal-‘Berthoud’ ” huwa sostitwit bit-terminu “skutella tal-forn tal-‘Berthoud’ ”. Din l-applikazzjoni għal emenda hija purament editorjali sabiex it-terminu eżatt li jintuża mill-professjonisti fis-settur jiġi indikat fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iżda l-kontenitur għall-“Berthoud” jibqa’ identiku, kemm f’termini ta’ daqs kif ukoll ta’ materjal. |
|
— |
Tqattigħ tal-ġobon “Abondance” |
Minbarra l-possibbiltà li l-ġobon “Abondance” jiġi maħkuk jew jitqatta’ f’biċċiet irqaq, żdiedet ukoll il-possibbiltà li dan jitqatta’ f’kubi.
Fil-fatt, bosta caterers illum il-ġurnata jqattgħu l-ġobon “Abondance” f’kubi (iffrankar ta’ ħin li jirriżulta minn sempliċità teknika akbar).
Dawn tal-aħħar huma kważi l-caterers kollha li ma jużawx ħakkieka tal-elettriku u li għalihom it-tqattigħ tal-ġobon “Abondance” f’biċċiet irqaq jirrappreżenta telf ta’ ħin konsiderevoli.
Il-maġġoranza vasta tal-caterers jippreparaw ukoll il-ġobon “Abondance” minn qabel u t-tqattigħ f’kubi jippermetti li dan jiġi ppreservat aħjar milli meta jiġi maħkuk jew imqatta’ f’biċċiet irqaq, li għandhom it-tendenza li jinxfu aktar malajr.
It-tqattigħ tal-ġobon “Abondance” f’kubi bl-ebda mod ma jbiddel ir-riżultat finali tar-riċetta tal-“Berthoud”, peress li l-kwantitajiet ta’ ġobon użati jibqgħu l-istess u l-firxa tal-ħin tas-sajran permessa mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott xorta waħda tippermetti li jinkiseb “Berthoud” iggrilljat fil-wiċċ u mdewweb fil-qalba tiegħu fl-aħħar tas-sajran meta jitqatta’ f’kubi.
|
— |
Użu tat-tewm fir-riċetta |
Minbarra l-possibbiltà li jintużaw sinniet tat-tewm biex jindilek il-qiegħ tal-iskutella tal-forn tal-“Berthoud”, huwa wkoll possibbli li l-iskutella tal-forn tindilek b’tewm imqatta’ jew ippressat u/jew li kwantità żgħira ta’ tewm imqatta’ jew ippressat tista’ titqiegħed fil-qiegħ tal-iskutella tal-forn.
Il-possibbiltà li jintuża t-tewm imqatta’ jew ippressat tiffranka lill-caterer ammont ta’ ħin konsiderevoli meta jkollu jsajjar kwantità kbira ta’ “Berthoud” minħabba li t-tqaxxir tas-sinniet tat-tewm u d-dlik tal-iskutella tal-forn bihom jirrikjedu aktar ħin milli kieku tintuża kwantità żgħira ta’ tewm fil-qiegħ tagħha.
Ir-riżultat finali tar-riċetta tal-“Berthoud” bl-ebda mod ma jinbidel, peress li l-istess togħma ta’ tewm xorta waħda tibqa’ fil-Berthoud, u s-sajran tal-Berthoud fil-forn jippermetti li t-tewm imqatta’ jew ippressat jiġi mdewweb sabiex ma tinstab l-ebda biċċa tewm meta jindaq.
|
— |
Użu tal-bżar fir-riċetta |
It-termini “żid il-bżar u wara [sajjar]” jitħassru u jiġi miżjud li l-bżar jista’ jiżdied qabel jew wara s-sajran, peress li l-caterers li jsaħħnu l-forn tagħhom għal 200 grad (għall-kuntrarju ta’ 180 grad għal xi oħrajn) jippreferu jżidu l-bżar wara s-sajran sabiex ma jisħonx wisq u ma jiħux it-togħma ta’ “ggrilljat”.
Dan bl-ebda mod ma jibdel ir-riċetta tal-“Berthoud” jew it-togħma riżultanti tiegħu: il-kwantitajiet huma l-istess u t-togħma tal-bżar hija dejjem preżenti.
|
— |
Temperatura tas-sajran |
It-temperatura massima tas-sajran tinbidel minn 200°C għal 240°C.
Sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun l-aspettattivi tal-klijenti fuq il-mejda, il-caterers ma jirriżervawx forn għall-“Berthoud” biss u jsajru bosta dixxijiet fl-istess ħin fl-istess forn (inkluż il-“Berthoud”). Madankollu, għal xi dixxijiet, it-temperatura tas-sajran ta’ 200 grad ma hijiex biżżejjed, u għalhekk ikun jeħtieġ li l-caterers jgħollu t-temperatura tal-forn tagħhom għal 240 grad.
Għall-“Berthoud”, dan ma huwiex problematiku minħabba li l-firxa tal-ħin tas-sajran awtorizzata mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tippermetti li jinkiseb “Berthoud” iggrilljat fil-wiċċ u mdewweb fil-qalba tiegħu billi jiġu adattati t-tul tal-ħin u t-temperatura tas-sajran (pereżempju 180 grad għal 15-il minuta jew 8-10 minuti b’240 grad).
Madankollu, it-temperatura ta’ 240 grad ma hijiex għolja wisq biex tinkiseb qoxra lewn dehbi mingħajr ma din tal-aħħar tkun maħruqa.
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA
“Berthoud”
Nru tal-UE: TSG-FR-2466-AM01 – 23.5.2024
Stat Membru jew Pajjiż Terz: Franza
1. Isem li għandu jiġi rreġistrat/Ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati
“Berthoud”
2. Tip ta’ prodott (bħal fl-Anness XI)
Klassi 2.21 Ikliet ippreparati
3. Raġunijiet għar-reġistrazzjoni
3.1. Jekk il-prodott
|
? |
jirriżultax minn metodu ta’ produzzjoni, ta’ pproċessar jew ta’ kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew oġġett tal-ikel; |
|
☒ |
huwiex manifatturat minn materja prima jew ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment. Il-“Berthoud” huwa dixx sħun individwali li tradizzjonalment l-ingredjent bażi tiegħu huwa l-ġobon DOP “Abondance” imdewweb. |
3.2. Jekk l-isem
|
☒ |
kienx jintuża tradizzjonalment sabiex jirreferi għall-prodott speċifiku; |
Il-“Berthoud” huwa riċetta tradizzjonali li tħejjiet u li ngħatat dan l-isem fil-bidu tas-seklu 20. Oriġinarjament Berthoud kien kunjom komuni fiż-żona ta’ Chablais (reġjun li jinsab fit-Tramuntana ta’ Haute-Savoie).
|
? |
jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott. |
4. Deskrizzjoni
4.1. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 668/2014)
Il-“Berthoud” huwa dixx sħun individwali li l-ingredjent bażi tiegħu huwa l-ġobon DOP “Abondance” imdewweb.
Preżentazzjoni
Il-prodott jisserva fi skutella tal-forn, imsejħa “skutella tal-forn tal-“Berthoud”, magħmula mill-porċellana.
Is-sawra hija dik ta’ ġobon imdewweb meta jkun jaħraq u l-qoxra li tifforma mas-sajran għandha lewn dehbi għal kannella.
Il-karattru speċifiku tal-“Berthoud” huwa bbażat fuq karatteristiċi differenti:
|
1. |
Ingredjent bażi tar-riċetta
|
|
2. |
Ingredjenti speċifiċi oħrajn tar-riċetta
|
|
3. |
Reċipjent individwali wieħed għal konsistenza partikolari Il-“Berthoud” jiġi servut f’reċipjent individwali. Fil-fatt, huwa dixx li jrid jittiekel sħun u malajr, minħabba li l-konsistenza tvarja matul id-dewqan u ssir dejjem aktar fibruża u elastika iktar ma jiksaħ id-dixx. Għalhekk, il-format individwali jippermetti li l-“Berthoud” jittiekel aktar malajr milli meta jiġi servit f’dixx kollettiv. |
4.2. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li għandhom isegwu l-produtturi, inklużi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 668/2014)
Ingredjenti (għal persuna waħda): Ingredjenti obbligatorji:
|
— |
il-ġobon “Abondance” DOP (mingħajr il-qoxra): minimu ta’ 180 g |
|
— |
il-Vin de Savoie DOP: bejn 3 cl u 4 cl |
|
— |
il-Madeira DOP jew il-Porto DOP: bejn 1 cl u 2 cl |
|
— |
tewm: sinniet, imqatta’ jew ippressat |
|
— |
bżar |
Ingredjent fakultattiv:
|
— |
Noċemuskata: ponta |
Minbarra l-ingredjenti msemmija hawn fuq, l-ebda ingredjent ieħor ma għandu jiżdied mal-preparazzjoni tal-“Berthoud”.
Jekk jiġu miżjuda ingredjenti oħra mar-riċetta, dawn għandhom jiġu servuti bħala akkumpanjament.
Metodu ta’ produzzjoni:
Il-metodu ta’ produzzjoni jikkorrispondi għar-riċetta tradizzjonali tal-“Berthoud”.
L-ewwel nett, idlek il-qiegħ tal-iskutella tal-forn tal-“Berthoud” bis-sinniet tat-tewm, bit-tewm imqatta’ jew bit-tewm ippressat u/jew poġġi t-tewm imqatta’ jew ippressat fil-qiegħ tal-iskutella tal-forn.
Din l-iskutella tal-forn trid tkun tal-porċellana u tkun relattivament ħoxna sabiex iżżomm is-sħana.
Għandu jkollha dijametru ta’ bejn 12 u 15 cm u għoli bejn 2,5 u 4,5 cm, bi ħxuna tal-qiegħ ta’ mill-inqas 0,7 cm.
Dawn id-dimensjonijiet jippermettu l-omoġenizzazzjoni tal-kwantitajiet ta’ “Abondance” użati u jagħtu lid-dixx konsistenza ta’ ġobon imdewweb u kremuż fil-qalba tiegħu, iggrilljat fil-wiċċ u jillimitaw it-telf tas-sħana.
Il-qoxra tal-ġobon “Abondance” għandha titneħħa u l-ġobon imbagħad irid jitqatta’ f’biċċiet irqaq, jiġi maħkuk jew imqatta’ f’kubi (minimu ta’ 180 g għal kull persuna) u jitqiegħed fl-iskutella tal-forn tal-“Berthoud”.
Imbagħad, ferra’ l-Vin de Savoie, u l-Madeira jew il-Porto.
Tista’ tiżdied ukoll ponta noċemuskata skont il-gosti tal-kok.
Il-bżar jista’ jiżdied qabel jew wara s-sajran.
Fl-aħħar nett, jeħtieġ li ssajjar u tinkalja, f’forn tradizzjonali bejn 180 u 240 grad, bejn 8 u 15-il minuta, biex jinkiseb ġobon imdewweb u qoxra lewn dehbi.
Id-dixx jiġi servut immedjatament u ma jistax jissaħħan mill-ġdid. L-użu ta’ forn tal-microwave huwa pprojbit.
Karatteristiċi speċifiċi tal-preparazzjoni tar-riċetta
|
— |
l-użu tal-ġobon “Abondance”: biex żgur joħorġu l-aromi waqt is-sajran l-“Abondance”, wara t-tneħħija tal-qoxra, għandu jitqatta’ f’biċċiet irqaq, jiġi maħkuk jew imqatta’ f’kubi. Ma għandha qatt tintuża biċċa waħda fir-reċipjent. |
|
— |
il-ħin tas-sajran: għall-kuntrarju ta’ riċetti oħra bbażati fuq il-ġobon, il-ħin tas-sajran tal-“Berthoud” huwa relattivament qasir, minn 8 sa 15-il minuta, li huma biżżejjed biex tinkiseb qoxra lewn dehbi. |
Regoli speċifiċi għat-tikkettar
Minbarra l-isem “Berthoud”, kull operatur juri fuq il-menus tiegħu, fl-istess qasam viżwali, il-logo Ewropew STG.
Il-kliem “Speċjalità Tradizzjonali Garantita” jew l-abbrevjazzjoni korrispondenti “STG” jistgħu jidhru wkoll fuq il-menus, qabel jew wara l-isem “Berthoud” mingħajr ebda referenza intermedja.
4.3. Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 668/2014)
Il-karattru tradizzjonali tal-“Berthoud” huwa bbażat fuq l-użu bħala l-ingredjent prinċipali (u dan il-ġobon biss) tal-ġobon “Abondance” (DOP mill-1996 ’l hawn), kif ukoll l-inbid abjad, prodotti lokali mir-reġjun ta’ Chablais (li jinsab fit-Tramuntana ta’ Haute-Savoie, mal-fruntiera Żvizzera) għal mijiet ta’ snin.
Il-preżenza, id-disponibbiltà u l-fama ta’ dawn il-prodotti fir-reġjun ta’ oriġini tal-“Berthoud” jispjegaw l-użu tagħhom bħala ingredjenti fir-riċetta. Il-ġobon “Abondance” huwa l-ġobon emblematiku ta’ dan ir-reġjun (il-manifattura tiegħu bdiet fis-seklu 12). F’dak li għandu x’jaqsam mal-inbid abjad, dan it-tip ta’ nbid ilu żmien twil jiġi prodott prinċipalment f’Chablais u llum il-ġurnata huwa kopert mid-denominazzjoni Vin de Savoie.
Barra minn hekk, ingredjenti aromatiċi oħra ilhom jintużaw għal mill-inqas 30 sena: il-Porto jew il-Madeira, it-tewm.
Il-“Berthoud” twieled fil-bidu tas-seklu 20, f’Cercle Républicain, bistro f’Concise (f’Thonon-les-Bains), li kien jappartjeni għall-familja Berthoud, oriġinarji tal-Muniċipalità ta’ Abondance, fil-Wied ta’ Abondance.
Il-klijenti kienu jieklu dixx magħmul minn ġobon “Abondance” imdewweb, bit-tewm u bl-inbid abjad, bil-bżar u n-noċemuskata, li ħa l-isem tal-familja “Berthoud” li kienet tippreparah.
Ir-riċetta tal-“Berthoud” hija ppreżentata fil-ktieb ta’ Eugenie Julie, Cuisine Savoyarde: recettes traditionnelles et modernes, Edizzjoni ATRA, p. 25-26, ippubblikat fl-1978, li juri li l-isem ilu jintuża għal aktar minn 40 sena.
Il-“Berthoud” jissemma f’bosta strutturi tas-seklu XX, bħal pereżempju:
|
— |
fil-ktieb Le Fromage d’Abondance, Laurent Chapeau, Syndicat agricole du Val d’Abondance, p. 10, ippubblikat fl-1981. |
|
— |
fil-kotba ta’ Marie-Thérèse Hermann:
|
|
— |
fil-ktieb ta’ Roger Lallemand, Les Savoies gastronomiques, Editur Charles Corlet, p. 32-33, ippubblikat fl-1988. |
|
— |
fil-gwida tas-CNAC (Conseil national des arts culinaires) Inventaire du patrimoine culinaire de la France Edition Rhône-Alpes, 1995 (p. 395 li titratta l-ġobon “Abondance”). |
|
— |
fil-ktieb ta’ Bruno Gillet Au fil de la Dranse, 1992. |
|
— |
fil-ktieb ta’ Didier Richard Les gourmandises du terroir: traditions, recettes, emplettes…, Editur Didier-Richard, p. 58, ippubblikat fl-1997. |
|
— |
fil-ktieb tal-assoċjazzjoni Franċiża tal-esperti tad-dieta Recettes régionales et menus équilibrés, Edituri Solal, p. 13, ippubblikat fl-1997. |
Barra minn hekk, teżisti karta tal-imballaġġ tal-Fermiers Savoyards (użata mill-professjonisti sal-1985), li tiddeskrivi r-riċetti tal-“Fondue souyarde”, tar-“Raclette” u tal-“Berthoud”.
(1) ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.
ANNESS
Il-punti ewlenin li jridu jiġu vverifikati
|
Dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott |
Metodu ta’ evalwazzjoni |
||
|
L-użu tal-ingredjent bażi tar-riċetta, il-ġobon “Abondance” |
|
||
|
Konformità mal-lista ta’ ingredjenti obbligatorji fir-riċetta |
|
||
|
Format individwali tad-dixx tal-“Berthoud” |
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/483/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)