|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/298 |
9.2.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/298
tas-6 ta’ Frar 2026
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3136 u taġġorna l-ħatriet ta’ ċerti membri u sostituti tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/2803 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar l-Implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 37(5) u 38(15) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3136 (2) jenħtieġ li tiġi aġġornata biex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network (NMB, Network Management Board) u taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni (EACCC, European Aviation Crisis Coordination Cell), stabbiliti bir-Regolament (UE) 2024/2803 u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 (3). Il-ħatriet tal-membri u tas-sostituti fl-NMB u fl-EACCC li saru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3136 huma marbuta mal-pożizzjoni professjonali li kellhom fiż-żmien tal-ħatra u xi wħud mill-persuni maħtura ma għadhomx jokkupaw il-pożizzjonijiet li għalihom inħatru. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni għandha l-mandat, permezz tal-Artikolu 18(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123, li taħtar il-membri votanti u s-sostituti tagħhom għall-NMB u, permezz tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123, li taħtar il-membri u s-sostituti tagħhom għall-EACCC. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni għandha wkoll il-mandat, skont l-Artikoli 18(7) u 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123 biex taħtar ċerti rappreżentanti kemm għall-NMB kif ukoll għall-EACCC wara l-proposti speċifikati f’dawk l-Artikoli. |
|
(4) |
Fl-10 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet proposta mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA, European Defence Agency) għal bidla fir-rappreżentant tal-utenti tal-ispazju tal-ajru militari skont l-Artikoli 18(7) u 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123. |
|
(5) |
Fit-12 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni ħatret lis-Sur Koen Milis bħala l-President tal-Bord ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (PRB, Performance Review Board) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1815 (4). Għalhekk qed jiġi propost li s-Sur Koen Milis jinħatar ukoll bħala osservatur fl-NMB. |
|
(6) |
Fil-31 ta’ Ottubru 2025, CANSO pproponiet lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 19(2)(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123, bidla fir-rappreżentant ta’ dik l-organizzazzjoni fl-EACCC. |
|
(7) |
Fis-7 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet proposta mill-Eurocontrol dwar ir-rappreżentanti mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ta’ pajjiżi assoċjati li jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Maniġer tan-Network skont l-Artikolu 18(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123. Din il-proposta tirrispetta l-prinċipju ta’ rotazzjoni meħtieġ minn dak l-Artikolu. Fl-istess data, il-Eurocontrol ipproponiet lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 19(2)(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123, bidla fir-rappreżentant ta’ dik l-organizzazzjoni fl-NMB. |
|
(8) |
Il-persuni kollha proposti għall-ħatra jenħtieġ li jissostitwixxu, mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, lill-persuni maħtura qabel. |
|
(9) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza sabiex il-persuni maħtura ġodda jkunu jistgħu jingħaqdu mal-NMB u mal-EACCC mill-1 ta’ Jannar 2026. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni maħruġa mill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, stabbilit bl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2024/2803, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness I għandhom jinħatru bħala l-membri, is-sostituti u l-osservaturi tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network, fil-kariga msemmija f’dak l-Anness, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2026.
Artikolu 2
Il-persuni elenkati fl-Anness II għandhom jinħatru bħala l-membri u s-sostituti tagħhom taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni, fil-kariga msemmija f’dak l-Anness, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2026.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/2803, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2803/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3136 tas-17 ta’ Diċembru 2024 dwar il-ħatra tal-president u tal-membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network u tal-membri u s-sostituti tagħhom taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għall-2025 u l-2026 (ĠU L, 2024/3136, 18.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3136/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/123/oj).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1815 tat-12 ta’ Settembru 2025 dwar il-ħatra tal-membri u l-President tal-Bord ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L, 2025/1815, 15.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1815/oj).
ANNESS I
ĦATRIET TAL-MEMBRI VOTANTI U TAL-MEMBRI MHUX VOTANTI U TAS-SOSTITUTI TAGĦHOM TAL-BORD TAT-TMEXXIJA TAN-NETWORK
|
Militari |
Membri votanti |
Sostituti |
|
Fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru militari |
L-ebda ħatra ġdida |
L-ebda ħatra ġdida |
|
L-utenti militari tal-ispazju tal-ajru |
L-ebda ħatra ġdida |
Il-Kurunell Marc Dubois* Rappreżentanza Militari Franċiża għall-UE |
|
Membru mingħajr mhux votanti |
Sostitut |
|
L-ebda ħatra ġdida |
Is-Sur Frederik Rasmussen* Il-Viċi Kap tal-Unità, l-Ajru Uniku Ewropew DĠ MOVE, il-Kummissjoni Ewropea |
|
Rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru tal-pajjiżi assoċjati |
||
|
|
Membri mingħajr id-dritt tal-vot |
Sostituti |
|
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2026 |
Is-Sa Kathryn Leahy* L-Uffiċjal Kap Operattiv NATS |
Is-Sur Stephen Fox* Direttur tal-Kontroll tal-Operazzjonijiet NATS |
|
Is-Sur Vladimir Risteski* Id-Direttur Eżekuttiv inkarigat mis-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru M-NAV GOJSC |
Is-Sa Gordana Tegovska* Il-Kap tal-ACC/FMP ta’ Skopje M-NAV GOJSC |
|
|
Eurocontrol |
|
|
Membru |
Sostitut |
|
L-ebda ħatra ġdida |
Is-Sur Predrag Vranjkovic* Il-Kap tal-Istrateġija, l-Involviment u r-Relazzjonijiet Istituzzjonali EUROCONTROL |
|
Osservaturi |
||
|
|
Is-Sur Christophe Vivier Il-Kap tal-Unità tal-Ajru Uniku Ewropew L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża |
|
|
|
Is-Sur Athanassios Tziolas Il-Kap tad-Dipartiment tat-Traffiku tal-Ajru L-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea |
|
|
|
Is-Sur Koen Milis* Il-President tal-PRB |
|
|
|
Is-Sur Andreas Boschen Id-Direttur Eżekuttiv L-Impriża Konġunta SESAR 3 |
|
|
|
Is-Sa Mariagrazia La Piscopia Id-Direttur Eżekuttiv Il-Maniġer tal-Mobilizzazzjoni tas-SESAR |
|
|
|
||
Ir-rappreżentanti mmarkati b’* qed jinħatru b’din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li jissostitwixxu, mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, lill-persuni maħtura qabel. Ir-rappreżentanti l-oħra kollha nħatru bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3136, li għadha fis-seħħ.
ANNESS II
ĦATRIET TAL-MEMBRI PERMANENTI TAĊ-ĊELLULA EWROPEA TA’ KOORDINAZZJONI TAL-KRIŻIJIET FIS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI U TAS-SOSTITUTI TAGĦHOM
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
Membru |
Sostitut |
|
L-ebda ħatra ġdida |
Is-Sur Frederik Rasmussen* Il-Viċi Kap tal-Unità, l-Ajru Uniku Ewropew DĠ MOVE, il-Kummissjoni Ewropea |
|
Militari |
|
|
Membru |
Sostitut |
|
L-ebda ħatra ġdida |
Il-Kurunell Marc Dubois* Rappreżentanza Militari Franċiża għall-UE |
|
Fornituri tas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru |
|
|
Membru |
Sostitut |
|
Is-Sur Enrico Parini* CANSO |
L-ebda ħatra ġdida |
Ir-rappreżentanti mmarkati b’* qed jinħatru b’din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li jissostitwixxu, mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, lill-persuni maħtura qabel. Ir-rappreżentanti l-oħra kollha nħatru bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3136, li għadha fis-seħħ.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/298/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)