|
26.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 175/2014
tal-25 ta’ Frar 2014
li jirrifjuta li jawtorizza ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 18(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 l-istqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa huma pprojbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament u ma jkunux inklużi f’elenku ta’ stqarrijiet permessi. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa jistgħu jitressqu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tressaq l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA - European Food Safety Authority), minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Awtorità, għal valutazzjoni xjentifika, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għat-tagħrif. |
|
(3) |
L-Awtorità għandha tagħti opinjoni dwar l-istqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa inkwistjoni. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità. |
|
(5) |
Wara applikazzjoni minn PiLeJe, sottomessa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa fir-rigward tal-effetti ta’ kombinament ta’ B. longum LA 101, L. helveticus LA 102, L. lactis LA 103 u S. thermophilius LA 104 u l-iskumdità intestinali (Il-mistoqsija Nru EFSA-Q-2012-00588) (2) L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid, fost l-oħrajn, dan li ġej: “Itejjeb il-kumdità intestinali”. |
|
(6) |
Fit-12 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri waslitilhom l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità, li kkonkludiet li abbażi tad-dejta ppreżentata, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ kombinament ta’ B. longum LA 101, L. helveticus LA 102, L. lactis LA 103 u S. thermophilus LA 104 u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata. |
|
(7) |
Wara applikazzjoni minn PiLeJe, sottomessa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa b’rabta mal-effetti ta’ kombinament ta’ B. longum LA 101, L. helveticus LA 102, L. lactis LA 103 u S. thermophilius LA 104 u l-frekwenza tal-ippurgar (Il-mistoqsija Nru EFSA-Q-2012-00589) (3). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid, fost l-oħrajn, dan li ġej: “Jirregola t-tranżitu (intestinali) tiegħek”. |
|
(8) |
Fil-12 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri waslitilhom l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità, li kkonkludiet li abbażi tad-dejta ppreżentata, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ kombinament ta’ B. longum LA 101, L. helveticus LA 102, L. lactis LA 103 u S. thermophilus LA 104 u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata. |
|
(9) |
Wara applikazzjoni mill-kumpanija “Nutrilinks Sarl”, imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-effetti tal-prodott ♀EFAX™ u l-fatt li dan iżomm il-vaġina milli tixxotta (Il-mistoqsija bin-numru EFSA-Q-2012-00591) (4). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid, fost l-oħrajn, dan li ġej: “♀ EFAX ™ jikkontribwixxi għaż-żamma ta’ ċiklu normali tal-mestrwazzjoni”. |
|
(10) |
Fit-12 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ ♀EFAX™ u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata. |
|
(11) |
Wara applikazzjoni minn Kemin Foods LC, sottomessa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-effetti tal-Estratt tal-Patata Slendesta® u t-tnaqqis fil-piż tal-ġisem (Il-mistoqsija Nru EFSA-Q-2012-00704) (5). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Slendesta® jikkontribwixxi għat-tnaqqis fil-piż tal-ġisem f’individwi b’piż żejjed”. |
|
(12) |
Fit-12 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-Estratt tal-Patata Slendesta® u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata. |
|
(13) |
Wara applikazzjoni minn Zambon B.V., sottomessa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-effetti ta’ Monurelle® u t-tnaqqis tal-kolonizzazzjoni mill-batterji tal-apparat tal-awrina (Il-mistoqsija Nru EFSA-Q-2012-00737) (6). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid, fost l-oħrajn, dan li ġej: “Proantoċjanidini minn Monurelle® jistgħu jgħinu biex isostnu d-difiża kontra l-patoġeni batterjali fil-parti t’isfel tal-apparat tal-awrina”. |
|
(14) |
Fit-12 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum ta’ Monurelle® u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata. |
|
(15) |
Wara applikazzjoni minn S.A. Vichy Catalan, sottomessa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni dwar stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbuta mal-effetti tal-ilma minerali naturali karbonat Vichy Catalan u t-tnaqqis ta’ rispons lipemiku wara l-pranzu (Il-mistoqsija Nru EFSA-Q-2012-00872) (7). L-istqarrija proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: Vichy Katalan, ilma minerali naturali bikarbonat għani fil-melħ minerali, jikkontribwixxi biex inaqqas iż-żieda tat-trigliċeridi fid-demm waqt id-diġestjoni”. |
|
(16) |
Fit-12 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mingħand l-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta’ kawża u effett bejn il-konsum tal-ilma naturali karbonat Vichy Catalan u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din ma għandhiex tiġi awtorizzata. |
|
(17) |
L-istqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa marbutin ma’ Slendesta® hija stqarrija dwar is-saħħa kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u għaldaqstant hija soġġetta għall-perjodu ta’ transizzjoni stipulat fl-Artikolu 28(6) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, minħabba li l-applikazzjoni ma saritx qabel id-19 ta’ Jannar 2008, ir-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 28(6) ta’ dak ir-Regolament mhuwiex issodisfat, u għalhekk din l-istqarrija ma tistax tibbenefika mill-perjodu ta’ tranżizzjoni stipulat f’dak l-Artikolu. |
|
(18) |
L-istqarrijiet l-oħrajn dwar l-effetti fuq is-saħħa li huma soġġetti għal dan ir-Regolament huma stqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, li huma soġġetti għall-perjodu tranżizzjonali stabbilit fl-Artikolu 28(5) ta’ dak ir-Regolament sa ma jiġi adottat l-elenku tal-istqarrijiet permessi dwar l-effetti fuq is-saħħa, dejjem jekk dawn l-istqarrijiet ikunu konformi ma’ dak ir-Regolament. |
|
(19) |
L-elenku tal-istqarrijiet permessi dwar l-effetti fuq is-saħħa ġie stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 (8) u huwa applikabbli mill-14 ta’ Diċembru 2012. F’dak li għandu x’jaqsam mal-istqarrijiet imsemmijin fl-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, li l-evalwazzjoni tagħhom mill-Awtorità jew il-kunsiderazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni kienet għadha ma tlestietx sal-14 ta’ Diċembru 2012 u li, bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, mhumiex inklużi fl-elenku tal-istqarrijiet permessi dwar l-effetti fuq is-saħħa, huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw, sabiex kemm l-operaturi tan-negozji tal-ikel u kemm l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-projbizzjoni tat-tali stqarrijiet. |
|
(20) |
Hija u tistabbilixxi l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qieset il-kummenti li rċeviet mingħand l-applikanti u mingħand il-membri tal-pubbliku skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. |
|
(21) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa mniżżlin fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu inklużi fl-elenku tal-Unjoni tal-istqarrijiet permessi dwar l-effetti fuq is-saħħa kif previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.
2. Madanakollu, l-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa msemmijin fil-paragrafu 1 użati qabel ma daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jintużaw għal perjodu massimu ta’ sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
(2) The EFSA Journal 2013; 11 (2): 3085.
(3) The EFSA Journal 2013; 11 (2): 3086.
(4) The EFSA Journal 2013; 11(2): 3081.
(5) The EFSA Journal 2013; 11(2): 3083.
(6) The EFSA Journal 2013; 11(2):3082.
(7) The EFSA Journal 2013; 11(2):3087.
ANNESS
Stqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa miċħudin
|
Applikazzjoni – Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 |
Nutrijent, sustanza, prodott tal-ikel jew kategorija tal-ikel |
Stqarrija |
Referenza tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA |
|
L-Artikolu 13(5) stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata |
Kombinament ta’ B. longum LA 101, L. helveticus LA 102, L. lactis LA 103 u S. thermophilus LA 104 |
Itejjeb il-kumdità intestinali |
Q-2012-00588 |
|
L-Artikolu 13(5) stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata |
Kombinament ta’ B. longum LA 101, L. helveticus LA 102, L. lactis LA 103 u S. thermophilus LA 104 |
Jirregola t-tranżitu (intestinali) tiegħek |
Q-2012-00589 |
|
L-Artikolu 13(5) stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata |
♀EFAX™ |
“♀ EFAX™ jikkontribwixxi għaż-żamma ta’ ċiklu normali tal-mestrwazzjoni |
Q-2012-00591 |
|
L-Artikolu 13(5) stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata |
L-Estratt tal-Patata Slendesta® |
Slendesta® jikkontribwixxi għat-tnaqqis fil-piż tal-ġisem f’individwi b’piż żejjed |
Q-2012-00704 |
|
L-Artikolu 13(5) stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata |
Monurelle® |
Il-proantoċjanidini minn Monurelle® jistgħu jgħinu biex isostnu d-difiża kontra l-patoġeni batterjali fil-parti t’isfel tal-apparat tal-awrina |
Q-2012-00737 |
|
L-Artikolu 13(5) stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata |
l-ilma minerali naturali karbonat Vichy Catalan |
Il-Vichy Katalan, ilma minerali naturali bikarbonat għani fl-imluħa minerali, jikkontribwixxi biex inaqqas iż-żieda tat-trigliċeridi fid-demm waqt id-diġestjoni |
Q-2012-00872 |