31997L0016



Official Journal L 116 , 06/05/1997 P. 0031 - 0032


Id-Direttiva 97/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ta’ l-10 ta’ April ta’ l-1997

li temenda għall-ħmistax il-darba id-Direttiva 76/769/KEE li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

Billi l-Artikolu 7a tat-Trattat jistabbilixxi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapitali huwa żgurat;

Billi l-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja, il-Greċja, l-Italja u l-Lussemburgu, huma Partiti Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Baħar minn Sorsi Ibbażati fuq l-Art (Konvenzjoni ta’ Pariġi ta’ l-1974); billi l-Kummissjoni ta’ Pariġi, il-korp eżekuttiv, iqis li l-hexachloroethane u s-sostanzi li jistgħu jiġu ffurmati bħala riżultat ta’ l-użu tagħhom li joħolqu tniġġis li għandhom jiġu eliminati f’konformità ma’ l-Artikolu 4(1) (a) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi; billi l-Kunsill permezz ta’ mandat adottat fl-4 ta’ Marzu ta’ l-1996 awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja deċiżjoni biex tneħħi b’mod gradwali l-hexachloroethane b’ċerti eċċezzjonijiet għall-użu fl-industriji tal-metall li ma fihx ħadid u b’mod partikolari f’funderiji mhux integrati li jdewbu l-aluminju u għal ċerti liġi tal-manjeżju, billi bħala riżultat tan-negozjati li saru fil-laqgħa tal-Kummissjonijiet ta’ Oslo u ta’ Pariġi f’Oslo f’Ġunju ta’ 1996 ġiet adottata d-Deċiżjoni ta’ Parcom 96/1 dwar it-tneħħija b’mod gradwali ta’ l-użu tal-hexachloroethane fl-industrija tal-metall li ma fihx ħadid, li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet ta’ Parcom 92/4 u 93/1 diġà eżistenti fuq l-istess suġġett, billi d-Deċiżjoni ta’ Parcom 96/1 tipprovdi għal reviżjoni tal-ħtieġa għall-eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni fuq l-użu tal-hexachloroethane fl-1998;

Billi l-limiti imposti fl-Istati Membri dwar it-tqegħid fis-suq tal-hexachloroethane għall-użu fl-industriji tal-metall li ma fihx il-ħadid li jaffettwaw direttament il-funzjoni tas-suq intern; billi huwa għalhekk neċessarju li dawn il-liġijiet ta’ l-Istati Membri jiġu approssimati f’dan il-qasam u konsegwentament sabiex jiġi emendat l-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE [4];

Billi minħabba l-iskop u l-effetti ta’ l-azzjoni proposta, il-miżuri tal-Komunità mbassra permezz ta’ din id-Direttiva mhumiex biss neċessarji, iżda essenzjali għall-ilħuq ta’ l-għanijiet iddikjarati; billi dawn l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri individwali; billi iktar u iktar l-ilħuq tagħhom fuq il-livell tal-Komunità hemm diġà provdut għalih bid-Direttiva 76/769/KEE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness hawn imsemmi.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1997. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 1998.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ April 1997.

Għall-Parlament Ewopew

Il-President

J.M. gil-robles

Għall-Kunsill

Il-President

A. Van dok van weele

[1] ĠU C 382, tal-31.12.1994, p. 35 uĠU C 12, tal-17.1.1996, p. 12.

[2] ĠU C 236, tal-11.9.1995, p. 12.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-20 ta’ Settembru 1995 (ĠU C 269, tas-16.10.1995. p. 63), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 1996 (ĠU C 41, ta’ l-10.2.1997, p.1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 1997 (ĠU C 33, tat-3.2.1997) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 1997.

[4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201. Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 94/60/KE (ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Is-sostanza li ġejja hija miżjuda ma’ l-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE:

"xx Hexachloroethane CAS Nru 67-72-1 EINECS Nru 2006664 | Ma jistax jiġi wżat fil-manifattura jew ipproċessar ta’ metalli li ma fihomx il-ħadid Permezz ta’ deroga, l-Istati Membri jistgħu jippermettu fit-territorji tagħom l-użu tal-hexachloroethane (HCE): f’funderiji ta’ l-aluminju mhux integrati li jipproducu tidwib specjaliżżat għall-applikazzjonijiet li jeħtiegu standards ta’ kwalità u ta’ sigurtà għoljin u fejn il-konsum huwa inqas minn medja ta’ 1,5kg ta’ HCE kuljum. Minħabba l-iżvilupp fl-għerf u fit-tekniki fil-qasam ta’ prodotti sostituti, il-Kummissjoni sejra twettaq, f’konformità ma’ l-Istati Membri u fl-istruttura tal-Parcom, eżaminazzjoni ta’ din id-deroga qabel il-31 ta’ Dicembru 1998.għar-raffinar tal-grana fil-produzzjoni tal-liġi tal-manjesja AZ81, AZ91 u AZ92. Minħabba l-iżvilupp fl-għerf u fit-tekniki fil-qasam ta’ prodotti sostituti, il-Kummissjoni sejra twettaq, f’konformità ma’ l-Istati Membri u fl-istruttura tal-Parcom, eżaminazzjoni ta’ din id-deroga qabel il-31 ta’ Dicembru 1998." |

--------------------------------------------------