|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1033 |
24.1.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M. 11424 — MC / DTHAG / MMC / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1033)
1.
Fit-12 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsubishi Corporation (MC), il-Ġappun |
|
— |
Mitsubishi Fuso Truck and Bus Corporation (MFTBC), il-Ġappun, ikkontrollata minn Daimler Truck Holding AG (DTHAG) |
|
— |
Mitsubishi Motors Corporation (MMC), il-Ġappun, ikkontrollata minn Nissan Motor Co., Ltd. |
MC, DTHAG u MMC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab (joint venture, JV) ffurmata ġdida.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
MC hija kumpanija kummerċjali integrata Ġappuniża li tiżviluppa u topera negozji globalment f’varjetà ta’ industriji. |
|
— |
MFTBC hija kumpannija Ġappuniża li timmanifattura u tforni trakkijiet, karozzi tal-linja u magni industrijali. DTHAG hija kumpanija azzjonarja għall-grupp akbar Daimler Truck. |
|
— |
MMC hija manifattur Ġappuniż tal-karozzi multinazzjonali li jimmanifattura u jforni karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta l-ġdida se jkunu l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ pjattaforma ta’ servizz komprensiva għall-vetturi elettriċi fil-Ġappun.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M. 11424 — MC / DTHAG / MMC / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew permezz tal-posta normali. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1033/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)