2005D0924 — MT — 01.03.2008 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Diċembru 2005 dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u tmexxija tajba, stipulat mill-Artikolu 26(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati (ĠU L 337, 22.12.2005, p.50) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 |
L 20 |
1 |
24.1.2008 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Diċembru 2005
dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u tmexxija tajba, stipulat mill-Artikolu 26(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati
(2005/924/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li japplika skema ta’ preferenzi ta’ tariffi ġeneralizzati ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 11 u 26 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 jistipula l-għoti ta’ arranġament ta’ inċentiv speċjali għal pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jissodisfaw ċerti rekwiżiti għall-iżvilupp sostenibbli u tmexxija tajba. |
|
(2) |
Kull pajjiż li qed jiżviluppa li jixtieq jibbenefika minn dan l-arranġament ta’ inċentiv speċjali bagħat it-talba tiegħu bil-miktub sal-31 ta' Ottubru 2005, flimkien mat-tagħrif komprensiv dwar ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-leġiżlazzjoni u l-miżuri li jimplimentaw b’mod effettiv id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet u l-impenn tiegħu li jaċċetta u jikkonforma bis-sħiħ mal-mekkaniżmu ta' sorveljanza u reviżjoni mbassra fil-konvenzjonijiet rilevanti u strumenti relatati. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawn it-talbiet, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 980/2005, u stabbiliet il-lista finali ta' pajjiżi benefiċjarji li jissodisfaw il-kriterji rilevanti. Skond dan, l-arranġament ta' inċentiv speċjali għandu jingħata lil dawn il-pajjiżi bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-31 ta' Diċembru 2008. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Preferenzi Ġeneralizzati, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu waħdieni
Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li ġejjin għandhom jibbenefikaw mill-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u tmexxija tajba stipulat fir-Regolament (KE) Nru 980/2005 mill-1 ta’ Jannar 2006 għall-31 ta’ Diċembru 2008:
|
(BO) |
Il-Bolivja |
|
(CO) |
Il-Kolumbja |
|
(CR) |
Il-Kosta Rika |
|
(EC) |
L-Ekwador |
|
(GE) |
Il-Ġeorġja |
|
(GT) |
Il-Gwatemala |
|
(HN) |
Il-Ħonduras |
|
(LK) |
Is-Sri Lanka |
▼M1 —————
|
(MN) |
Il-Mongolja |
|
(NI) |
In-Nikaragwa |
|
(PA) |
Il-Panama |
|
(PE) |
Il-Peru |
|
(SV) |
El Salvador |
|
(VE) |
Il-Venezwela |
( 1 ) ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.