Official Journal L 276 , 28/10/2000 P. 0085 - 0088
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 t’Ottubru 2000 li jemenda d-Deċiżjoni 94/323/KE li tistabilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw f’Singapor (innotifikata taħt id-dokument numru C(2000) 3000) (Test b’rilevanza ŻEE) (2000/660/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabilixxi l- kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u l-ippustjar fis-suq tal-prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u partikularment l-Artikolu 11 ta’ l-istess, Billi: (1) L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/323/KE tad-19 ta’ Mejju 1994 li tistabilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw f’ Singapor [3], tgħid li d-Dipartiment tal-Produzzjoni Primarja, ta’ l-Iżvilupp Nazzjonali (Id-Diviżjoni tas-Saħħa Pubblika Veterinarja) għandha tkun l-awtorità kompetenti f’Singapor biex tivverifika u tiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura mal-kondizzjonijiet tad-Direttiva 91/493/KEE. (2) Wara r- ristrutturazzjoni ta’ l-amministrazzjoni ta’ Singapor, l-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ prodotti tas-sajd (id-Dipartiment tal-Produzzjoni Primarja ta’ l-Iżvilupp Nazzjonali) (Id-Diviżjoni tas-Saħħa Pubblika Veterinarja) inbidlet għall-Awtorita ta’ l-Ikel Agrikolu u Veterinarju ta’ Singapor: Is-Servizz tas-Saħħa Pubblika Veterinarja (AVA). Din l-awtorità ġdida hija kapaċi li tivverifika effettivament l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ. Huwa,għalhekk, meħtieġ biex timmodifika n-nominazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti msemmija fid-Deċiżjoni 94/323/KE u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa nkluż fl-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni. (3) Huwa konvenjenti biex tarmonizza l-kliem tad-Deċiżjoni 94/323/KE mal-kliem tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni addottati iktar riċentement, li jistabilixxu kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw f’ċerti pajjiżi barra l-Komunità. (4) Il-miżuri li hemm provdut għalihom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Attwali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Deċiżjoni 94/323/KE għandha tkun modifikata kif ġej: 1. L-Artikolu 1 għandu jkun mibdul b’dan li ġej: "L-Artikolu 1 L-Awtorità ta’ l-Ikel Agrikolu u Veterinarja ta’ Singapor: Is-Servizz tas-Saħħa Pubblika Veterinarja (AVA) għandha tkun l-awtorità kompetenti f’Singapor biex tivverifika u tiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura mal-kondizzjonijiet tad-Direttiva 91/493/KEE." 2. L-Artikolu 2 għandu jkun mibdul b’dan li ġej: "L-Artikolu 2 Prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw f’Singapor għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin: 1. kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat tas-saħħa oriġinali nnumerat, mimli kif suppost, iffirmat, datat u li jkun jikkonsisti f’faċċata waħda skond il-mudell fl-Anness A t’hawnhekk; 2. il-Prodotti għandhom jiġu minn stabilimenti approvati, vapuri fabbriki, mħażen kiesħa jew vapuri li jkessħu reġistrati llistjati fl-Annes B hawn hekk; 3. għajr fil-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati bil-bulk u ntenzjonati għall-manifattura t’ikel preservat, il-pakketti kollha għandu jkollhom il-kelma ‘Singapor’ u n-numru tar-reġistrazzjoni/approvazzjoni ta’ l-istabiliment, il-vapur fabbrika, l-maħżen fejn kien imkessaħ jew il-vapur li jkessaħ ta’ l-oriġini b’ittri indelibbli." 3. L-Artikolu 3(2) għandu jkun sostitwit b’dan li ġej: "2. Iċ-ċertifikati għandu jkun fihom l-isem, il-wisgħa, l-firma tar-rappreżentant ta’ l-AVA u t-timbru uffiċjali ta’ l-ittra b’kulur differenti minn dak ta’ timbri oħra." 4. l-Anness A għandu jkun mibdul bl-Anness t’hawnhekk. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 13 t’Ottubru 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31. [3] ĠU L 145, ta’ l-10.6.1994, p. 19. -------------------------------------------------- L-ANNESS ANNEX A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------