|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2508 |
11.11.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2508
tad-9 ta’ Novembru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968 (1), li stabbiliet il-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine). |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Novembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2876 (2), li temenda l-mandat tal-EUAM Ukraine u testendi dak il-mandat sal-15 ta’ Novembru 2026. |
|
(3) |
Fit-3 ta’ Settembru 2026, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) qabel, fil-kuntest ta’ rieżami strateġiku tal-EUMAM Ukraine, li jenħtieġ li l-EUMAM Ukraine tiġi estiża sal-15 ta’ Novembru 2028. Il-KPS afferma mill-ġdid l-importanza ta’ appoġġ militari kontinwu tal-Unjoni għall-Ukrajna u laqa’ ir-riżultati miksuba mill-EUMAM Ukraine. Barra minn hekk, il-KPS enfasizza l-ħtieġa li jkun hemm koordinazzjoni mill-qrib mal-ħidma li għaddejja mmexxija mill-Koalizzjoni tal-Partijiet Disposti, kif ukoll man-NATO fil-qafas tal-kmand tan-NATO ta’ Assistenza u Taħriġ fil-Qasam tas-Sigurtà għall-Ukrajna (NSATU), b’mod inklużiv u nondiskriminatorju. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra datata l-10 ta’ Ottubru 2026, il-Ministeru għad-Difiżatal-Ukrajna stieden lill-Unjoni tiżgura preżenza diretta fit-territorju tal-Ukrajna fuq bażi permanenti. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUMAM Ukraine. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat biex jiġu emendati d-dokumenti tal-ippjanar tal-EUMAM Ukraine, inkluż il-Pjan tal-Missjoni, u l-Katina tal-Kmand. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi wkoll is-setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandanti tal-UE, jiġifieri l-Kmandant tat-Taħriġ tal-Armi Kombinati, il-Kmandant tat-Taħriġ Speċjali, u kwalunkwe Kmandant ieħor tat-Taħriġ tal-UE. Is-setgħat ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-EUMAM Ukraine għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill. Id-deċiżjonijiet tal-KPS rigward il-ħatra tal-Kmandanti tal-UE għandhom jiġu pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.” |
|
(3) |
l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Status tal-unitajiet u l-persunal immexxija mill-Unjoni Il-Ftehim dwar l-Istatus tal-Forzi tal-Unjoni (UE SOFA) għandu japplika għall-unitajiet immexxija mill-Unjoni u l-persunal skjerat fit-territorju tal-Istati Membri. L-istatus tal-EUMAM Ukraine u tal-persunal tagħha fl-Ukrajna, inkluż il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra neċessarji għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tagħhom, għandu jkun is-suġġett ta’ ftehim konkluż mill-Unjoni mal-Ukrajna skont l-Artikolu 37 TUE u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).” |
|
(5) |
l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Ir-RGħ għandu wkoll ikun awtorizzat jgħaddi lill-Ukrajna, lill-Istati Uniti, lir-Renju Unit, lill-Kanada, lin-Norveġja, lill-NSATU, lill-NRU, lill-JATEC, lill-CotW u lill-MNF-U, f’konformità mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-EUMAM Ukraine, informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell ‘RESTREINT UE/EU RESTRICTED’ li tiġi ġġenerata għall-finijiet tal-EUMAM Ukraine, f’konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. L-arranġamenti neċessarji bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ukrajna, l-NSATU, l-NRU, il-JATEC, il-CotW u l-MNF-U għandhom jitfasslu għal dak il-għan.” |
|
(7) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Għandha tapplika sal-15 ta’ Novembru 2028. 2. Għandu jitwettaq rieżami strateġiku tal-EUMAM Ukraine fi żmien xieraq qabel l-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni. L-attivitajiet tal-EUMAM Ukraine fl-Ukrajna għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni bir-reqqa u kontinwa, li għandha tiġi stabbilita fid-dokumenti operazzjonali ta’ EUMAM Ukraine.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mis-16 ta’ Novembru 2026.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
S. HARRIS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1968 tas-17 ta’ Ottubru 2022 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (ĠU L 270, 18.10.2022, p. 85). ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1968/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2876 tat-8 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1968 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) (ĠU L, 2024/2876, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2876/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2508/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)