|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2790 |
16.5.2025 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każijiet AT.40721 — Microsoft Teams u AT.40873 — Microsoft Teams II
(C/2025/2790)
1. Introduzzjoni
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi – f’dawk il-każijiet fejn qed taħseb li tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġieb fit-temm u l-partijiet ikkonċernati joffru impenji li jilħqu l-konċerni espressi lilhom mill-Kummissjoni fl-istima preliminari tagħha – biex dawk l-impenji jsiru vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista’ tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li ma hemmx aktar raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom sal-limitu taż-żmien għal dan stabbilit mill-Kummissjoni. |
2. Sommarju tal-Każ
|
(2) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) dwar il-ksur allegat tal-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”). Id-DO tikkostitwixxi valutazzjoni preliminari skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
|
(3) |
Id-DO sabet b’mod preliminari li Microsoft abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha billi abbinat l-għodda ta’ komunikazzjoni u kollaborazzjoni Teams li hija software bħala servizz (Software-as-a-Service, SaaS) mal-applikazzjonijiet dominanti tagħha tal-produttività SaaS għall-użu professjonali Word, Excel, PowerPoint u Outlook (il-“prodotti abbinati”). |
|
(4) |
Mill-inqas mill-2019 ’l hawn, il-klijenti ma setgħux jiksbu l-prodotti abbinati, li jinbiegħu bħala parti mis-settijiet Office 365 u Microsoft 365 (“O365/M365”), mingħajr Teams. Dan ipprovda vantaġġ ta’ distribuzzjoni lil Teams, li l-kompetituri ma setgħux jikkumpensaw u li kompla jiġi aggravat minn interoperabbiltà limitata bejn il-prodotti ta’ Microsoft u soluzzjonijiet rivali. |
|
(5) |
Matul l-investigazzjoni, Microsoft implimentat unilateralment bidliet fl-imġiba tagħha, b’mod partikolari billi introduċiet verżjonijiet tas-settijiet O365/M365 mingħajr Teams għall-ħaddiema fl-għerf u tal-ewwel linja, bi prezz aktar baxx mis-settijiet b’Teams, l-ewwel fiż-ŻEE (2023) u mbagħad globalment (2024). Id-DO kkonstatat b’mod preliminari li dawn il-bidliet, meta vvalutati fit-totalità tagħhom, ma kinux biżżejjed biex jintemm il-ksur u l-effetti tiegħu. |
3. Il-Kontenut Prinċipali tal-Impenji Offruti
|
(6) |
Microsoft ma taqbilx mad-DO tal-Kummissjoni. Madankollu, filwaqt li tibni fuq il-bidliet unilaterali tagħha, hija offriet impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, biex tindirizza l-preokkupazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. L-elementi ewlenin tal-impenji huma:
|
|
(7) |
L-impenji huma ppubblikati bis-sħiħ bl-Ingliż fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz: |
4. Stedina għall-Kummenti
|
(8) |
Wara li jsir l-ittestjar tas-suq, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li fiha tiddikjara li l-impenji mniżżla fil-qosor hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet, fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, bħala vinkolanti. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma wkoll mistiedna jippreżentaw verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, li fiha kull informazzjoni li jiddikjaraw li hija sigriet kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandha titħassar u tiġi ssostitwita kif xieraq b’sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”. |
|
(10) |
Ir-risposti u l-kummenti għandhom preferibbilment ikunu motivati u għandhom jippreżentaw il-fatti rilevanti. Jekk inti tidentifika problema fi kwalunkwe parti tal-impenji proposti, il-Kummissjoni tistiednek ukoll biex tissuġġerixxi xi soluzzjoni possibbli. |
|
(11) |
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni taħt in-numri ta’ referenza AT.40721 – Microsoft Teams u AT.40873 – Microsoft Teams II jew bil-posta elettronika (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu) jew bil-posta, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u 102, rispettivament, tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi fis-sustanza. Għall-finijiet ta’ dan l-avviż, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE fejn xieraq.
(2) Aħna nifhmu li Microsoft beħsiebha tallinja globalment l-offerti u l-ipprezzar tagħha għas-settijiet.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2790/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)