European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3130

20.12.2024

LINJA GWIDA (UE) 2024/3130 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-13 ta’ Awwissu 2024

li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (BĊE/2024/23)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, u 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kisba ta’ politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-għodod, l-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ’il quddiem il-“BĊNi”), sabiex dik il-politika tiġi implimentata b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Sabiex jittejbu l-effiċjenza operazzjonali u t-trasparenza tal-proċeduri tal-Eurosistema relatati mal-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kollateral, il-BĊNi għandhom jimmaniġġjaw kollateral mobilizzat minn kontropartijiet f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema b’mod armonizzat, jiġifieri permezz ta’ proċessi standardizzati u operazzjonalment uniformi, irrispettivament minn fejn jinsab il-kollateral jew il-kontroparti.

(3)

Għal dan l-għan, l-Eurosistema żviluppat is-Sistema għall-Ġestjoni tal-Kollateral fl-Eurosistema (ECMS) bħala pjattaforma unika tal-Eurosistema li tippermetti lill-BĊNi jimmaniġġjaw assi eliġibbli u flus kontanti mobilizzati bħala kollateral mill-kontropartijiet tagħhom. Konsegwentement, il-BĊE adotta l-Linja Gwida (UE) 2024/3129 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/22) (1). Il-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22) tikkomplimenta l-qafas ta’ implimentazzjoni tal-politika monetarja stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (2) u tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-kollateral li jinsabu f’dik il-Linja Gwida. Il-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22) b’mod partikolari tistabbilixxi regoli u arranġamenti armonizzati għall-BĊNi biex jimmaniġġjaw kollateral mobilizzat minn kontropartijiet fuq bażi domestika u transkonfinali għall-fini ta’ kollateralizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema u għal ċerti skopijiet oħra.

(4)

Fid-dawl tal-adozzjoni tal-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22) u fl-interessi taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, ċerti dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) dwar il-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kollateral jew saru obsoleti u jeħtieġ li jitħassru, jew jeħtieġ li jiġu emendati.

(5)

B’mod partikolari, wara l-adozzjoni tal-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22) u dwar l-operazzjonalizzazzjoni tal-ECMS, (a) is-sistemi domestiċi ta’ aggregazzjoni u s-sistemi ta’ allokazzjoni użati mill-BĊNi għall-ġestjoni tal-kollateral ser jitwaqqfu u r-regoli assoċjati għandhom jitħassru; (b) proċeduri ta’ saldu u regoli li jirregolaw il-mobilizzazzjoni transkonfinali tal-kollateral jeħtieġ li jiġu aġġustati; (c) kriterji ta’ eliġibbiltà għall-użu ta’ (i) sistemi ta’ saldu tat-titoli (SSSs), (ii) rabtiet bejn SSSs u (iii) aġenti tripartitiċi għandhom jiġu emendati; (d) strumenti ta’ dejn għandu jkollhom kwantità espressa f’ammont nominali (FAMT) biex ikunu eliġibbli bħala kollateral u jikkonformaw mal-istandards tas-suq għad-denominazzjoni tat-titoli.

(6)

Wara l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju applikabbli, strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għalihom ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni ta’ kreditu xierqa ma għandhomx jibqgħu jiġu aċċettati bħala kollateral tal-Eurosistema.

(7)

Huwa meħtieġ li tiġi pprovduta aktar ċarezza fil-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema (ECAF) fir-rigward tal-aċċettazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-munita lokali u tal-munita barranija minn istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAIs).

(8)

F’konformità mal-impenn tal-Eurosistema li tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq klassifikazzjonijiet esterni, klassifikazzjonijiet minn sistemi interni ta’ valutazzjoni tal-kreditu (ICASs) ta’ BĊNi, fejn ikunu disponibbli, għandhom jingħataw prijorità fuq klassifikazzjonijiet minn sistemi oħra ta’ valutazzjoni tal-kreditu għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tad-debituri u l-garanti tal-pretensjonijiet ta’ kreditu, u tal-haircuts fil-valutazzjoni applikabbli.

(9)

Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, huma meħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta’ din il-Linja Gwida tiġi allinjata ma’ dik tal-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22). Din il-Linja Gwida għandha għaldaqstant tapplika mit-18 ta’ Novembru 2024.

(10)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandha tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artiklu 1, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.

Din il-Linja gwida tistabbilixxi r-regoli uniformi għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja waħdanija mill-Eurosistema fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. Ir-regoli dwar il-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kollateral huma stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2024/3129 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/22) (*1).

(*1)  Linja Gwida (UE) 2024/3129 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Awwissu 2024 dwar il-ġestjoni ta’ kollateral f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema (BĊE/2024/22) (ĠU L, 2024/3129, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/3129/oj).”;"

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 16, il-punt (d) huwa mħassar;

(b)

il-punt (18) huwa mħassar;

(c)

il-punt (20) huwa mħassar;

(d)

il-punt (22a) huwa mħassar;

(e)

fil-punt 23, il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(ċ)

strumenti ta’ dejn ta’ bejgħ bl-imnut appoġġati b’ipoteka (RMBDs) maħruġa minn entitajiet stabbiliti fl-Istat Membru tal-BĊN domestiku tiegħu;”;

(f)

il-punt (24) huwa mħassar;

(g)

il-punt (25a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(25a)

‘rabta eliġibbli’ tfisser rabta eliġibbli kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (26), tal-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22);”;

(h)

il-punt (25b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(25b)

‘sistema ta’ saldu tat-titoli eliġibbli’ (SSS eliġibbli) tfisser SSS eliġibbli kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (27), tal-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22);”;

(i)

il-punt (54) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(54)

‘sejħa ta marġni’ tfisser proċedura relatata mal-applikazzjoni ta’ marġni ta’ varjazzjoni, li timplika li jekk il-valur tal-assi mobilizzati bħala kollateral minn kontroparti, kif imkejjel regolarment, jaqa’ taħt ċertu livell (sotto-kollateralizzazzjoni), l-Eurosistema teħtieġ li l-kontroparti tipprovdi assi eliġibbli jew flus kontanti addizzjonali;”;

(j)

jiddaħħal il-punt (72a) li gej:

“(72a)

‘aggregazzjoni’ tfisser aggregazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (44), tal-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22);”;

(k)

il-punt (73) huwa mħassar;

(l)

il-punt (76a) huwa mħassar;

(m)

il-punt (81) huwa mħassar;

(n)

il-punt (95) huwa mħassar;

(3)

fl-Artikolu 15(1), il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(ċ)

meta applikabbli fir-rigward tal-punt (b), jipprovdu kollateralizzazzjoni adegwata permezz ta’ sejħiet marġinali korrispondenti permezz ta’ assi eliġibbli suffiċjenti jew flus kontanti. Il-mobilizzazzjoni tal-flus kontanti bħala kollateral tista’ tinbeda wkoll minn BĊN skont l-Artikolu 11 tal-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22).”;

(4)

fl-Artiklu 20, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-maturità ta’ kreditu estiż taħt il-faċilità ta’ self marġinali għandha tkun mil-lejl għan-nhar. Il-kreditu għandu jitħallas lura fil-jum ta’ wara l-ftuħ tat-TARGET.”

;

(5)

fl-Artiklu 49, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ordnijiet ta’ ħlas li jkunu relatati mal-parteċipazzjoni f’operazzjonijiet ta’ suq miftuħ li jipprovdu likwidità jew li jużaw il-faċilità tas-self marġinali għandhom jiġu saldati biss wara t-trasferiment finali tal-assi eliġibbli bħala kollateral għall-operazzjoni.”

;

(6)

fl-Artikolu 50, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Eurosistema għandha tipprova tissalda tranżazzjonijiet relatati mal-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tagħha fl-istess ħin fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro mal-kontropartijiet kollha li pprovdew biżżejjed assi eliġibbli bħala kollateral skont il-proċeduri ta’ saldu speċifikati fl-Artikolu 9 tal-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22). Madankollu, minħabba l-limiti operattivi u l-karatterisitiċi tekniċi (eż. ta’ SSSs), l-għażla tal-ħin fil-jum tas-saldu ta’ operazzjonijiet ta’ suq miftuħ tista’ tvarja bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.”

;

(7)

fl-Artiklu 51, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Eurosistema għandha tipprova tissalda operazzjonijiet tas-suq miftuħ eżegwiti permezz ta’ proċeduri standard ta’ sejħiet għall-offerti fl-ewwel jum wara l-jum tal-kummerċ meta TARGET ikun miftuħ.”

;

(8)

L-Artikolu 53 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu u fil-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22), dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mas-saldu jistgħu jiġu stipulati fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊNi, jew mill-BĊE, għall-istrument speċifiku tal-politika monetarja.”

;

(b)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-proċeduri ta’ tmiem il-jum huma speċifikati fid-dokumentazzjoni relatata mal-qafas tat-TARGET u fil-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22).”

;

(9)

L-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Eurosistema għandha tapplika qafas waħdieni għal assi eliġibbli komuni għall-operazzjonijiet ta’ kreditu kollha tal-Eurosistema kif stabbilit f’din il-Linja Gwida u għandha tiġġestixxi dawn l-assi skont il-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22).”

;

(b)

il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“4.   Meta l-kontropartijiet jipprovdu assi eliġibbli bħala kollateral, il-BĊN domestiku għandu juża l-aggregazzjoni biex iżomm dawn l-assi skont l-Artikolu 3 tal-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22).”

;

(10)

fl-Artiklu 61, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-BĊE għandu jippubblika lista aġġornata ta’ assi negozjabbli eliġibbli fuq is-sit web tiegħu, skont il-metodoloġiji indikati fis-sit web tiegħu, u għandu jaġġornah kull jum li fih it-TARGET huwa operattiv. Assi negozjabbli inklużi fil-lista ta’ assi negozjabbli eliġibbli jsiru eliġibbli għall-użu fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema meta jiġu ppubblikati fil-lista. Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, fil-każ speċifiku ta’ strumenti ta’ dejn b’saldu tal-valur fl-istess jum, l-Eurosistema tista’ tagħti eliġibbiltà mid-data tal-ħruġ.”

;

(11)

fl-Artikolu 62, il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud:

“4.   Sabiex ikunu eliġibbli, strumenti ta’ dejn għandu jkollhom kwantità espressa f’ammont nominali (FAMT).”

;

(12)

L-Artikolu 66 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sabiex ikunu eliġibbli, l-istrumenti ta’ dejn għandhom jinħarġu fiż-ŻEE b’CSD li jħaddem (i) SSS eliġibbli jew (ii) SSS b’rabta eliġibbli ma’ SSS eliġibbli.”

;

(b)

il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(ċ)

fil-paragrafu 3, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Strumenti ta’ dejn internazzjonali maħruġa f’forma bearer globali għandhom jinħarġu fil-forma ta’ noti globali ġodda (NGNs) u għandhom jiġu ddepożitati ma’ konsenjatarju komuni li huwa ICSD jew CSD li jopera (i) bħala SSS eliġibbli jew (ii) bħala SSS b’rabta eliġibbli ma’ SSS eliġibbli. Dan ir-rekwiżit m’għandux japplika għal strumenti ta’ dejn internazzjonali maħruġa f’forma bearer globali maħruġa f’forma ta’ noti globali klassiċi qabel l-1 ta’ Jannar 2007 u ħruġ funġibbli tap ta’ dawn in-noti maħruġa skont l-istess ISIN irrispettivament mid-data tal-ħruġ tap.”;

(13)

L-Artikolu 67 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-proċeduri ta’ saldu applikabbli għal mobilizzazzjoni ta’ assi negozjabbli bħala kollateral huma speċifikati fil-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22). Sabiex ikunu eliġibbli, strumenti ta’ dejn għandhom ikunu trasferibbli f’forma ta’ entrata fil-kotba u jiġu saldati skont il-liġi ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro b’tali mod li l-perfezzjoni u r-realizzazzjoni tal-kollateral ikunu suġġetti għal-liġi ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro.”

;

(b)

il-paragrafu 1a huwa mħassar;

(c)

il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(14)

L-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Sabiex ikunu eliġibbli, strumenti ta’ dejn għandhom jinħarġu minn emittent stabbilit fiż-ŻEE jew f’pajjiż G10 li mhux fiż-ŻEE, suġġett għall-eċċezzjonijiet fil-paragrafi 3 sa 6 ta’ dan l-Artikolu u fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 81a. Għal assi negozjabbli b’aktar minn emittent wieħed, dan ir-rekwiżit għandu japplika għal kull emittent.”

2.   Sabiex ikunu eliġibbli, il-garanti tal-istrumenti ta’ dejn għandhom ikunu stabbiliti fiż-ŻEE, sakemm ma tintużax garanzija biex tiġi stabbilita l-konformità ta’ dak l-istrument ta’ dejn mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu għal strumenti speċifiċi ta’ dejn, soġġett għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3a u 4. Il-possibbiltà li tintuża klassifikazzjoni tal-garanti ECAI biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-kwalità tal-kreditu għal strumenti ta’ dejn speċifiċi hija stabbilita fl-Artikolu 84.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa mħassar;

(15)

L-Artikolu 86 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 86

Klassifikazzjonijiet ta’ muniti lokali u barranin

Għall-fini tal-klassifikazzjonijiet tal-emittent u tal-garanti ECAI, il-klassifikazzjonijiet ta’ muniti barranin għandhom ikunu aċċettabbli. Jekk l-assi huwa denominat fil-munita domestika tal-emittent, il-klassifikazzjoni tal-emittent tal-munita lokali għandha tkun aċċettabbli wkoll. Jekk l-assi jkun denominat fil-munita domestika tal-garanti, il-klassifikazzjoni tal-garanti tal-munita lokali għandha tkun aċċettabbli wkoll.”;

(16)

L-Artikolu 87 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fin-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-kreditu xierqa pprovduta minn ECAI aċċettata għall-ħruġ, l-emittent jew il-garanti, kif ikun applikabbli skont l-Artikolu 84, il-punt (a) jew il-punt (b), valutazzjoni tal-kreditu impliċita ta’ assi negozjabbli (bl-eċċezzjoni ta’ ABSs) għandha tiġi derivata mill-Eurosistema skont ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 2. Huwa meħtieġ li din il-valutazzjoni ta’ kreditu impliċitu tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa mħassar;

(17)

L-Artikolu 98 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 98

Proċeduri tal-ipproċessar

Il-pretensjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu ttrattati skont il-proċeduri tal-Eurosistema stabbiliti fid-dokumentazzjoni nazzjonali rilevanti tal-BĊNi, fejn applikabbli, skont il-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22).”;

(18)

L-Artikolu 109 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Eurosistema għandha tivvaluta l-kwalità tal-kreditu tal-pretensjonijiet ta’ kreditu fuq il-bażi tal-kwalità tal-kreditu tad-debituri jew il-garanti pprovduti mis-sistemi jew is-sorsi tal-valutazzjoni tal-kreditu kif determinat skont l-Artikolu 110.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-kontropartijiet għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li jużaw l-aktar valutazzjoni reċenti tal-kwalità tal-kreditu disponibbli mis-sistemi jew is-sorsi tal-valutazzjoni tal-kreditu tagħhom, kif determinat skont l-Artikolu 110, għad-debituri jew il-garanti tal-pretensjonijiet ta’ kreditu mobilizzati bħala kollateral.”

;

(19)

L-Artikolu 110 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Determinazzjoni tas-sistema jew tas-sors tal-valutazzjoni tal-kreditu”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu -1 li ġej:

“-1.   Is-sistemi ta’ valutazzjoni tal-kreditu interni (ICASs) tal-BĊNi aċċettati mill-Eurosistema skont il-kriterji ta’ aċċettazzjoni ġenerali fit-Titolu V tal-Parti Erbgħa għandhom jintużaw bħala s-sors primarju ta’ valutazzjoni tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tad-debituri u l-garanti ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu mobilizzati bħala kollateral fejn tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ICAS aċċettat, mill-BĊN domestiku jew minn kwalunkwe BĊN ieħor.”

;

(c)

il-paragrafi 1 sa 3 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Kontropartijiet li jimmobilizzaw pretensjonijiet ta’ kreditu bħala kollateral jistgħu jagħżlu sistema jew sors addizzjonali ta’ valutazzjoni tal-kreditu minn wieħed mis-sorsi l-oħra ta’ valutazzjoni tal-kreditu aċċettati mill-Eurosistema skont il-kriterji ta’ aċċettazzjoni ġenerali fit-Titolu V tal-Parti Erbgħa. Is-sistema jew is-sors tal-valutazzjoni tal-kreditu magħżul skont dan il-paragrafu għandhom jissejħu bħala s-sistema jew is-sors sekondarju tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-kontroparti. Is-sistema jew is-sors sekondarju tal-valutazzjoni tal-kreditu jistgħu jintużaw biss meta ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni tal-kreditu għad-debitur jew il-garanti rilevanti, rispettivament, minn BĊN aċċettat ICAS.

2.   Il-BĊN domestiku jista’ jippermetti lill-kontropartijiet jużaw aktar minn żewġ sistemi jew sorsi ta’ valutazzjoni tal-kreditu fuq sottomissjoni ta’ talba motivata lill-BĊN domestiku appoġġata minn każ ta’ negozju adegwat ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kopertura suffiċjenti tas-sorsi jew sistemi primarji u sekondarji ta’ valutazzjoni tal-kreditu.

3.   F’każijiet fejn kontroparti titħalla tuża aktar minn żewġ sistemi ta’ valutazzjoni tal-kreditu jew sorsi ta’ valutazzjoni tal-kreditu skont il-paragrafu 2, is-sistema jew is-sors sekondarju tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-kontroparti huwa mistenni li jkun dak li jipprovdi l-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tal-akbar numru ta’ debituri mill-pretensjonijiet ta’ kreditu mobilizzati bħala kollateral fost is-sistemi jew is-sorsi tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-kontroparti magħżula skont il-paragrafi 1 u 2 flimkien mas-sors primarju tal-valutazzjoni tal-kreditu. Jekk jeżistu valutazzjonijiet tal-kreditu minn diversi sistemi jew sorsi ta’ valutazzjoni tal-kreditu aċċettati għall-kontroparti, il-valutazzjoni tal-kreditu użata biex tiddetermina l-eliġibbiltà tad-debitur jew tal-garanti, rispettivament, u l-haircuts fil-valutazzjoni applikabbli għat-talba ta’ kreditu rilevanti għandhom ikunu, skont il-paragrafi 1 sa 3: (a) is-sors primarju tal-valutazzjoni tal-kreditu, jew fin-nuqqas tiegħu, (b) is-sistema jew is-sors tal-valutazzjoni tal-kreditu sekondarja fejn magħżula mill-kontroparti, jew fin-nuqqas tagħha, (c) is-sistemi jew is-sorsi addizzjonali ta’ valutazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 2 fejn jintgħażlu mill-kontroparti.”

;

(d)

il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.   F’ċerti ċirkostanzi u b’mod partikolari meta kontroparti tintroduċi gradwalment is-sistema IRB tagħha jew tibda tuża talbiet ta’ kreditu bħala kollateral, wara s-sottomissjoni ta’ talba motivata, il-BĊN domestiku jista’ eċċezzjonalment jagħti deroga lil kontroparti fir-rigward tar-restrizzjoni tal-perijodu minimu ta’ 12-il xahar speċifikat fil-paragrafu 4 u jippermetti lill-kontroparti tibdel is-sistema jew is-sors ta’ valutazzjoni tal-kreditu magħżula tagħha f’dak il-perijodu.”

;

(e)

il-paragrafu 7 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“7.   Jekk il-kontroparti tkun għażlet is-sors ta’ valutazzjoni tal-kreditu ECAI, tista’ tintuża klassifikazzjoni ta’ debitur ECAI jew garanti ECAI. Jekk ikunu disponibbli klassifikazzjonijiet multipli ta’ debituri ECAI u/jew garanti ECAI għall-istess pretensjoni ta’ kreditu, għandha tintuża l-ewwel u l-aħjar valutazzjoni tal-kreditu ECAI disponibbli minn fost l-ECAIs aċċettati kollha, f’konformità mal-paragrafi 1 sa 3.”

;

(20)

L-Artikolu 111 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Jekk tkun teżisti valutazzjoni tal-kreditu mis-sistemi jew mis-sorsi kif determinat skont l-Artikolu 110, l-Eurosistema għandha tużaha biex tistabbilixxi jekk l-entità tas-settur pubbliku li taġixxi bħala debitur jew garanti tissodisfax ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għal assi mhux negozjabbli stabbiliti fl-Artikolu 108.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Eurosistema għandha tivvaluta l-kwalità ta’ kreditu ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu ma’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji bħala debituri jew garanti kif ġej: il-valutazzjoni tal-kreditu pprovduta mis-sistemi jew sorsi ta’ valutazzjoni tal-kreditu kif determinat skont l-Artikolu 110 għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalità ta’ kreditu tal-Eurosistema għal assi mhux negozjabbli stabbiliti fl-Artikolu 108.”

;

(21)

fl-Artikolu 112a, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Ma għandux ikun meħtieġ li d-DECCs jiġu vvalutati minn wieħed mis-sorsi ta’ valutazzjoni tal-kreditu aċċettati mill-Eurosistema skont il-kriterji ta’ aċċettazzjoni ġenerali fit-Titolu V tal-Parti Erbgħa.

2.   Kull pretensjoni ta’ kreditu sottostanti fl-aggregazzjoni ta’ kopertura tad-DECCs għandha jkollha valutazzjoni ta’ kreditu pprovduta minn wieħed mis-sorsi ta’ valutazzjoni tal-kreditu aċċettat mill-Eurosistema skont il-kriterji ta’ aċċettazzjoni ġenerali fit-Titolu V tal-Parti Erbgħa. Barra minn hekk, is-sistema jew is-sors tal-valutazzjoni tal-kreditu użat għandu jkun l-istess sistema jew sors kif magħżula mill-oriġinatur skont l-Artikolu 110. Ir-regoli dwar ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għall-pretensonijiet ta’ kreditu sottostanti stabbiliti fit-Taqsima 1 għandhom ikunu applikabbli.”

;

(22)

fl-Artikolu 118(5), il-punt (b) huwa mħassar;

(23)

fl-Artikolu 128(1), il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(b)

marġni ta’ varjazzjoni (immarkar għas-suq):

 

l-Eurosistema teħtieġ li jinżamm matul perijodu ta’ żmien il-valur tas-suq aġġustat b’haircut tal-assi eleġibbli sottostanti użati fit-tranżazzjonijiet bil-maqlub tagħha li jipprovdu likwidità. Jekk il-valur tal-assi eleġibbli, li huwa mkejjel fuq bażi ta’ kuljum, jaqa’ taħt ċertu livell (sotto-kollateralizzazzjoni), il-BĊN domestiku għandu jirrikjedi lill-kontroparti li tipprovdi assi jew flus kontanti addizzjonali permezz ta’ sejħa ta’ marġni skont l-Artikolu 136. Bl-istess mod, jekk il-valur tal-assi eliġibbli jaqbeż ċertu livell wara r-rivalutazzjoni tagħhom, il-BĊN għandu jirritorna l-flus kontanti żejda;”;

(24)

fl-Artikolu 134, jitħassar il-punt (d);

(25)

L-Artikolu 136 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Assi mobilizzati bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema għandhom ikunu suġġetti għall-valutazzjoni ta’ kuljum mill-BĊNi, skont ir-regoli ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 134 u 135.”

;

(b)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Jekk, wara l-valutazzjoni u l-haircuts, l-assi mobilizzati ma jaqblux mar-rekwiżiti kif ikkalkolati f’dak il-jum, is-sejħiet għall-marġni għandhom jitwettqu skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 11 tal-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22). Jekk il-valur tal-assi eliġibbli mobilizzati bħala kollateral mill-kontroparti, wara r-rivalwazzjoni tagħhom, jeċċedi l-ammont dovut mill-kontroparti flimkien, meta rilevanti, mal-marġni ta’ varjazzjoni, il-BĊN jista’ jirritorna flus kontanti żejda li l-kontroparti jkun ipprovda għas-sejħa ta’ marġni.”

;

(ċ)

il-paragrafu 3 huwa mħassar;

(26)

L-Artikolu 144a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-BĊNi għandhom jipprovdu li kontroparti għandha tibqa’ responsabbli għal ħlas fil-ħin ta’ kull ammont ta’ fluss ta’ flus kontanti negattiv relatat ma’ assi eliġibbli sottomessi jew użati minnha bħala kollateral u ġestiti skont il-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22).”

;

(b)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Jekk kontroparti tonqos milli tagħmel ħlas fil-ħin bis-saħħa tal-paragrafu 1, l-Eurosistema tista’, imma ma hijiex obbligata, tagħmel il-ħlas rilevanti.”

;

(c)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Kwalunkwe ammont imħallas mill-Eurosistema skont il-paragrafu 2 għandu jitqies bħala kreditu mill-Eurosistema, li għalih tkun applikabbli sanzjoni skont l-Artikolu 154.”

;

(27)

L-Artikolu 148 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 148

Mobilizzazzjoni transkonfinali ta’ assi eliġibbli

Il-kontropartijiet jistgħu jużaw assi eliġibbli fuq bażi transkonfinali fiż-żona tal-euro kollha għat-tipi kollha ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema skont il-proċeduri applikabbli għall-mobilizzazzjoni ta’ assi eliġibbli bħala kollateral speċifikat fil-Linja Gwida (UE) 2024/3129 (BĊE/2024/22).”;

(28)

L-Artikolu 149 huwa mħassar;

(29)

L-Artikolu 150 huwa mħassar;

(30)

L-Artikolu 151 huwa mħassar;

(31)

L-Artikolu 152 huwa mħassar;

(32)

L-Anness VI huwa mħassar;

(33)

L-Anness VIa huwa mħassar;

(34)

L-Anness XII huwa emendat kif gej:

(a)

fil- “Lista ta’ eżempji”, “Eżempju 6 Miżuri għall-kontroll tar-riskju” huwa mħassar;

(b)

Taqsima VI, intitolata “EŻEMPJU 6: MIŻURI GĦALL-KONTROLL TAR-RISKJU”, huwa mħassar.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.

2.   Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mit-18 ta’ Novembru 2024. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Ottubru 2024.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Awwissu 2024.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Linja Gwida (UE) 2024/3129 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Awwissu 2024 dwar il-ġestjoni ta’ kollateral f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema (BĊE/2024/22) (ĠU L, 2024/3129, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/3129/oj).

(2)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).


ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/3130/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)