2005R0673 — MT — 01.05.2014 — 009.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 (ĠU L 110, 30.4.2005, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 632/2006 ta’ l-24 ta’ April 2006 |
L 111 |
5 |
25.4.2006 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 409/2007 tas-16 ta’ April 2007 |
L 100 |
16 |
17.4.2007 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 283/2008 tas-27 ta’ Marzu 2008 |
L 86 |
19 |
28.3.2008 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 317/2009 tas-17 ta' April 2009 |
L 100 |
6 |
18.4.2009 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 305/2010 tal-14 ta’ April 2010 |
L 94 |
15 |
15.4.2010 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 311/2011 tal-31 ta' Marzu 2011 |
L 86 |
51 |
1.4.2011 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 349/2013 tas-17 ta’ April 2013 |
L 108 |
6 |
18.4.2013 |
|
|
REGOLAMENT (UE) Nru 37/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Jannar 2014 |
L 18 |
1 |
21.1.2014 |
|
|
REGOLAMENT (UE) Nru 38/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Jannar 2014 |
L 18 |
52 |
21.1.2014 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 303/2014 tal-25 ta’ Marzu 2014 |
L 90 |
6 |
26.3.2014 |
|
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUNSILL Nru 673/2005
tal-25 ta’ April 2005
li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:|
(1) |
Fis-27 ta' Jannar 2003, il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (“DSB”) ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) adotta r-rapport ( 1 ) tal-Korp ta’ l-Appell u r-rapport tal-Panel ( 2 ), kif ikkonfermat mir-rapport tal-Korp ta’ l-Appell, li sab li l-Continued Dumping and Subsidy Offset Act (“CDSOA”) kien inkompatibbli ma’ l-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Uniti skond il-ftehim tal-WTO. |
|
(2) |
Peress li l-Istati Uniti ma rnexxielhomx iġibu l-leġislazzjoni tagħhom f’konformità mal-ftehim kopert, il-Komunità talbet l-awtorizzazzjoni tad-DSB sabiex tissospendi l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tariffarji u obbligazzjonijiet relatati skond il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 lill-Istati Uniti ( 3 ). L-Istati Uniti oġġezzjonaw għal-livelL ta’ sospensjoni tal-konċessjonijiet tariffarji u obbligazzjonijiet relatati u l-kwistjoni tressqet għall-arbitraġġ. |
|
(3) |
Fil-31 ta’ Awwissu 2004, l-Arbitraturi ddeterminaw li l-livell ta’ tixjin jew ta' ħsara kkawżati kull sena lill-Komunità kien ekwivalenti għal 72 % ta’ l-ammont ta’ l-iżburzar tas-CDSOA relatat mad-dazji anti-dumping jew kompensatorji mħallsa fuq importazzjonijiet mill-Komunità għall-aktar sena riċenti li għaliha jkun hemm data disponibbli f'dak il-waqt, kif ippubblikata mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti. L-Arbitratur ikkonkluda li s-sospensjoni mill-Komunità ta’ konċessjonijiet jew obbligazzjonijiet oħra, fil-forma ta’ impożizzjoni ta’ dazju ta’ importazzjoni addizzjonali barra minn dazji doganali konsolidati, fuq lista ta' prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti li jkopru, fuq bażi ta' sena, valur totali ta' kummerċ li ma jaqbiżx l-ammont ta' tixjin jew ħsara tkun konsistenti mar-regoli tal-WTO. Fis-26 ta’ Novembru 2004, id-DSB tat l-awtorizzazzjoni biex l-applikazzjoni lill-Istati Uniti ta’ konċessjonijiet tariffarji u obbligazzjonijiet relatati skond GATT 1994 tkun sospiża bi qbil mad-deċiżjoni ta’ l-Arbitratur. |
|
(4) |
L-iżburzar tas-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha hemm data disponibbli jirrigwarda d-distribuzzjoni ta’ dazji anti-dumping u kompensatorji miġbura matul is-sena Fiskali 2004 (mill-1 ta’ Ottubru 2003 sat-30 ta’ Settembru 2004). Fuq il-bażi ta’ d-data ppublikata mill-Protezzjoni Doganali u tal-Fruntieri ta' l-Istati Uniti, il-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat lill-Komunità huwa kkalkulat li jammonta għal USD 27,81 miljun. Il-Komunità tista’ għalhekk tissospendi l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tariffarji lill-Istati Uniti għal ammont ekwivalenti. L-effett ta’ dazju ad valorem addizzjonali fuq l-importazzjoni ta' 15 % fuq prodotti fl-Anness I li joriġinaw mill-Istati Uniti jirrappreżenta, fuq sena, valur tal-kummerċ li ma jaqbiżx USD 27,81 miljun. Fir-rigward ta’ dawn il-prodotti, il-Komunità għandha tissospendi l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet tariffarji lill-Istati Uniti mill-1 ta' Mejju 2005. |
|
(5) |
Jekk in-nuqqas ta' implimentazzjoni tad-deċiżjoni u r-rakkomandazzjoni tad-DSB ikompli, il-Kummissjoni għandha kull sena taġġusta l-livell ta’ sospensjoni għal-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat lill-Komunità mis-CDSOA f'dak il-waqt. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista fl-Anness I jew ir-rata ta’ dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni sabiex l-effett tad-dazju addizzjonali fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti magħżula, jirrappreżenta, fuq sena, valur tal-kummerċ li ma jaqbiżx l-ammont ta’ tixjin jew ħsara. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni għandha tirrispetta dawn il-kriterji li ġejjin: (a) Il-Kummissjoni għandha temenda r-rata ta’ dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni meta ż-żieda jew it-tneħħija ta' prodotti mil-lista fl-Anness I ma jippermettix li l-livell ta’ sospensjoni jiġi aġġustat għal-livell ta’ tixjin jew ħsara. Inkella, il-Kummissjoni għandha żżid prodotti mal-lista fl-Anness I jekk il-livell ta’ sospensjoni jiżdied jew tirtira prodotti minn din il-lista jekk il-livell ta’ sospensjoni jonqos. (b) Jekk prodotti huma miżjuda, il-Kummissjoni għandha tagħżel il-prodotti mil-lista fl-Anness II b’mod awtomatiku billi timxi skond l-ordni li biha l-prodotti huma elenkati. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni għandha temenda wkoll il-lista fl-Anness II billi tneħħi minnha l-prodotti miżjuda mal-lista fl-Anness I. (ċ) Jekk xi prodotti jiġu irtirati, il-Kummissjoni għandha, l-ewwel, tneħħi l-prodotti li ġew miżjuda mal-lista fl-Anness I aktar tard. Il-Kummissjoni għandha imbagħad tneħħi l-prodotti li bħalissa jinstabu fil-lista ta' l-Anness I billi timxi skond l-ordni ta' dik il-lista. |
|
(7) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 4 ). |
|
(8) |
Għall-prevenzjoni mill-evitar tad-dazju addizzjonali, ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-konċessjonijiet tariffarji u l-obbligazzjonijiet relatati taħt il-GATT 1994 tal-Komunità huma hawnhekk sospiżi fir-rigward ta’ prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dazju ad valorem ta’ 0,35 % addizzjonali għad-dazju doganali applikabbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 ( 5 ) jiġi impost fuq il-prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika elenkati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni għandha taġġusta l-livell ta’ sospensjoni kull sena għal-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat mill-Continued Dumping and Subsidy Offset (CDSOA) lill-Komunità f’dak il-waqt. Il-Kummissjoni għandha temenda r-rata ta’ dazju addizzjonali jew il-lista fl-Anness I taħt dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) Il-livell ta’ tixjin jew ħsara għandu jkun ekwivalenti għal 72 % ta’ l-ammont ta’ l-żburzar taħt is-CDSOA relatati ma' dazji anti-dumping jew kompensatorji mħallsa fuq importazzjonijiet mill-KE għall-aktar sena riċenti li għaliha tkun disponibbli data f'dak il-waqt, kif ippubblikata mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti;
(b) L-emenda għandha ssir sabiex l-effett tad-dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni fuq importazzjonijiet tal-prodotti magħżula li joriġinaw mill-Istati Uniti jirrappreżenta, fuq sena, valur tal-kummerċ li ma jaqbiżx il-livell ta’ tixjin jew ħsara;
(ċ) Ħlief f’ċirkustanzi previsti fil-punt (e), meta l-livell ta’ sospensjoni jiżdied, il-Kummissjoni għandha żżid prodotti mal-lista fl-Anness I. Dawn il-prodotti għandhom ikunu magħżula mil-lista fl-Anness II skond l-ordni ta’ dik il-lista;
(d) Ħlief f’ċirkustanzi previsti fil-punt (e), meta l-livell ta’ sospensjoni jonqos, prodotti għandhom ikunu irtirati mil-lista fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tneħħi, l-ewwel, prodotti li bħalissa huma fil-lista ta' l-Anness II u ġew miżjuda mal-lista fl-Anness I aktar tard. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tneħħi prodotti li jinstabu fuq il-lista ta’ l-Anness I bħalissa, skond l-ordni ta’ dik il-lista;
(e) Il-Kummissjoni għandha temenda r-rata ta’ dazju addizzjonali meta l-livell ta’ sospensjoni ma jistax jiġi aġġustat għal-livell ta’ tixjin jew ħsara biż-żieda jew it-tneħħija ta' prodotti mil-lista fl-Anness I.
2. Meta xi prodotti jiżdiedu mal-lista fl-Anness I, il-Kummissjoni għandha, fl-istess ħin, temenda l-lista fl-Anness II billi tneħħi dawk il-prodotti mil-lista fl-Anness II. L-ordni tal-prodotti li jifdal fil-lista fl-Anness II m’għandhiex tinbidel.
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelgati skont l-Artikolu 4 biex tagħmel aġġustamenti u emendi taħt dan l-Artikolu.
Meta l-informazzjoni dwar l-ammont ta' żborżamenti li jsiru mill-Istati Uniti tkun disponibbli tard fis-sena, b'mod tali li ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati l-iskadenzi tad-WTO u dawk statutorji permezz tal-użu tal-proċedura prevista fl-Artikolu 4, u fejn, fil-każ ta' aġġustamenti u emendi għall-Annessi, raġunijiet imperattivi ta' urġenza hekk jeħtieġu, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4a għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont l-ewwel subparagrafu.
Artikolu 4
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn 20 ta’ Frar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 3(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 4a
1. Atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.
2. Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(5). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Artikolu 5
L-oriġini ta' kull prodott li għalih japplika dan ir-Regolament għandu jkun determinat skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 6
1. Prodotti elenkati fl-Anness I li għalihom inħarġet liċenzja ta’ importazzjoni b'eżenzjoni minn, jew bi tnaqqis ta’ dazju qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu suġġetti għad-dazju addizzjonali.
2. Prodotti elenkati fl-Anness I li għalihom jista' jintwera li kienu diġà fit-triqithom lejn il-Komunità fid-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u li d-destinazzjoni tagħhom ma tistax tinbidel, m’għandhomx ikunu suġġetti għad-dazju addizzjonali.
3. Prodotti elenkati fl-Anness I li jiddaħħlu mingħajr dazji ta’ importazzjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet mid-dazju doganali ( 6 ) m’għandhomx ikunu suġġetti għad-dazju addizzjonali.
4. Prodotti elenkati fl-Anness I jistgħu jitpoġġew taħt il-proċedura doganali “Ipproċessar taħt il-Kontroll Doganali” skond l-Artikolu 551(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunita ( 7 ) ħlief meta l-eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi jkun sar fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali għajr jekk il-prodotti u l-operazzjonijiet mhumiex imsemmija fl-Anness 76, Parti A ta' dak ir-Regolament.
▼M8 —————
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw dazji addizzjonali huma identifikati mill-kodiċijiet NM tagħhom bi tmien ċifri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana ( 8 ) kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1810/2004 ( 9 ).
0710 40 00
9003 19 30
8705 10 00
6204 62 31
ANNESS II
Il-prodotti f’dan l-Anness huma identifikati mill-kodiċijiet NM bi tmien ċifri tagħhom. Id-deskrizzjoni tal-prodotti kklassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tista’ tinstab fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.
( 1 ) L-Istati Uniti – Offsets Act (Byrd Amendment), rapport tal-Korp ta’ l-Appell (WT/DS217/AB/R, WT/DS234/AB/R, 16 ta’ Jannar 2003).
( 2 ) L-Istati Uniti – Offsets Act (Byrd Amendment), Rapport tal-Panel (WT/DS217/R, WT/DS234/R, 16 ta’ Settembru 2002).
( 3 ) L-Istati Uniti – Offsets Act (Byrd Amendment), Rikors mill-Komunitajiet Ewropej għall-Artikolu 22.2 tad-DSU (WT/DS217/22, 16 ta’ Jannar 2004).
( 4 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
( 5 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
( 6 ) ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni 2003.
( 7 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1).
( 8 ) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1
( 9 ) ĠU L 327, 30.10.2004, p. 1.