31997R0748



Official Journal L 110 , 26/04/1997 P. 0021 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/97

tal-25 ta’April 1997

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu għal prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif tal-limiti massimi ta’residwu għal prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’l-ikel [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 716/97 [2] u b’mod partikolari l- l-Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan,

Billi, b’mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimi ta’ residwu jridu jkunu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsubha għat-teħid minn annimali li jipproduċu l-ikel;

Billi limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti biss wara eżami fi ħdan il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji fuq l-informazzjoni rilevanti kollha dwar is-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kunċernata għall-konsumatur fi prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali tal-prodotti ta’ l-ikel,

Billi, fit-twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’l-ikel li ġejjin mill-annimali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat l-ispeċi ta’ l-annimali fejn residwi jistgħu jkunu preżenti, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti, f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti miksuba mill-annimal ittrattat (tessut bersall) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-monitoraġġ ta’ residwi (residwu markatur);

Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti massimi ta’ residwu għandhom ġeneralment jiġu stabbiliti fuq tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi; madankollu, il-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jiġu spustati fil-kummerċ internazzjonali, u limiti massimu ta’ residwu għandhom għalhekk dejjem ikunu stabbiliti fuq tessuti ta’ muskolu jew xaħam;

Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, limiti massimi ta’ residwu jridu jiġu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel;

Billi, moxidektin għandu jiġi mdaħħal fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

Billi isoxsuprina u praziquantel għandhom jiġu mdaħħla fl-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90;

Billi perjodu ta’ 60 jum għandu jiġi permess qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kull bidla li tista’ tkun meħtieġa għall-awtroizzazzjonijiet li ġew mogħtija b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata minn Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħed akkont tad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sabiex l-prodotti mediċinali veterinarji konċernati jitpoġġew fis-suq;

Billi l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat Permanenti fuq Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I u II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma minn hawn emendati kif stabbilit fl-Anness għal dan.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jrbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-25 ta’April 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] ĠU L 106, ta’ l-24.4.1997, p. 10.

[3] ĠU Nru L 317, tas-6.11.1981, p. 1.

[4] ĠU Nru L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi għal Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma emendati kif ġej:

A. L-Anness I hu emendat kif ġej:

2. Aġenti anti-parassitiċi

2.3. Aġenti li jaġixxu kontra l-endo u ekto-parassiti

2.3.1. Avermektini

"Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu markatur | Speċi tal-annimali | MRLs | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra |

2.3.1.5.Moxidectin | Moxidectin | Bovin, ovin | 500 µg/kg | Xaħam | |

100 µg/kg | Fwied | |

50 µg/kg | Muskolu, kliewi" | |

B. L-Anness I hu emendat kif ġej:

2. Komposti organiċi

"Sustanza farmakoloġikament attiva | Speċi tal-annimali | Disposizzjonijiet oħra |

2.79Isoxsuprine | Bovin, ovin | Għal użu terapewtiku biss b'mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KEE |

2.80Praziquantel | Ovin | Għal użu f'nagħaġ li ma jreddawx biss |

--------------------------------------------------