|
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/8 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/715
tal-25 ta’ Mejju 2020
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2019 tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri
(notifikata bid-dokument C(2020) 3260)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mill-Istati Membri, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena li tiġi wara s-sena baġitarja konċernata. |
|
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Meta jiġu approvati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2019, jenħtieġ li titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2018 u l-15 ta’ Ottubru 2019, kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (2). |
|
(3) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew ikunu pagabbli lilu, skont id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament, iridu jiġu stabbiliti billi l-pagamenti mensili għas-sena finanzjarja konċernata jitnaqqsu minn nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena skont l-Artikolu 33(1). Il-Kummissjoni trid tnaqqas dak l-ammont mill-pagament mensili relatat man-nefqa li jsir fit-tieni xahar ta’ wara d-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet, jew iżżidu miegħu. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni ċċekkjat l-informazzjoni li ssottomettew l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-kontrolli tagħha lill-Istati Membri, flimkien mal-emendi meħtieġa. |
|
(5) |
Għal aġenziji tal-pagamenti konċernati kollha, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża magħhom jippermettu li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi. |
|
(6) |
B’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (3), kull skadenza li ma tiġix rispettata matul Awwissu, Settembru u Ottubru trid titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul dawk ix-xhur fl-2019 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tiffissa t-tnaqqis rilevanti. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni diġà naqqset jew issospendiet għadd ta’ pagamenti ta’ kull xahar għas-sena finanzjarja 2019 minħabba nuqqas ta’ konformità mal-limiti massimi finanzjarji jew mal-iskadenzi tal-pagamenti, jew minħabba xi defiċenzi fis-sistema ta’ kontroll. Bl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis dawn l-ammonti mnaqqsa jew sospiżi sabiex tevita li jsiru xi pagamenti jew rimborżi mhux xierqa jew mhux f’waqthom, ta’ ammonti li iktar tard jistgħu jkunu soġġetti għal korrezzjoni finanzjarja. Fejn xieraq, l-ammonti inkwistjoni jistgħu jiġu eżaminati, skont il-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istat Membru kkonċernat irid iħallas 50 % mill-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien tmien snin f’każ li l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistipula li flimkien mal-kontijiet annwali li jridu jissottomettu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-Istati Membri jridu jehmżu tabella ċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jitħallsu minnhom skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li l-Istati Membri jridu jużaw biex jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iżjed minn erba’ snin jew tmien snin rispettivament, abbażi tat-tabelli li l-Istati Membri jkunu mlew. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux l-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk il-kostijiet li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li x’aktarx jiġġarrbu, ikunu jaqbżu l-ammont li jrid jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru ma jkunx jista’ jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont id-dritt nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba ta’ rkupru, jew fi żmien tmien snin qabel ma jitressaq l-irkupru quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li dwarhom Stat Membru jkun iddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni jinsabu fir-rapport sommarju msemmi fl-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 flimkien mal-punt (c)(iv) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 102(1) ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-ammonti ma jiġġarrbux mill-Istati Membri konċernati iżda jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni. |
|
(10) |
It-tnaqqis skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li hu mniżżel fl-Anness I (il-kolonna e) huwa marbut mal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG). Minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-Istrument Temporanju tal-Iżvilupp Rurali (STŻR) iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (4), l-ammonti li jridu jiġu ddebitati l-Istati Membri huma mniżżla fl-Anness II. |
|
(11) |
B’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jista’ jkun tieħu sussegwentement biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Permezz ta’ dan, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri huma approvati fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2019.
L-ammonti rikoverabbli mingħand kull Stat Membru jew pagabbli lilu skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, huma stipulati fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jista’ jkun tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret b’konformità mar-regoli tal-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Aġenziji tal-Pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta' Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36).
ANNESS I
APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AGENZIJI TAL-PAGAMENTI
SENA FINANZJARJA 2019
Ammont li jrid jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew jitħallas lilu
|
SM |
|
2019 — Nefqa / Dħul assenjat lill-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet huma |
Total a + b |
Tnaqqisiet u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha 1) |
Ammont li jrid jiġi debitat skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 |
Total li jinkludi t-tnaqqisiet u s-sospensjonijiet |
Pagamenti lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
Ammont li jrid jiġi rkuprat (-) mill-Istat Membru jew (+) imħallas lilu 2) |
|
|
approvati |
diżassoċjati |
||||||||
|
= nefqa / dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali |
= total tan-nefqa / tad-dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet mensili |
||||||||
|
|
|
a |
b |
c=a+b |
d |
e |
f=c+d+e |
g |
h=f-g |
|
AT |
EUR |
703 966 737,95 |
0,00 |
703 966 737,95 |
-560 013,80 |
0,00 |
703 406 724,15 |
703 403 903,13 |
2 821,02 |
|
BE |
EUR |
550 009 050,96 |
0,00 |
550 009 050,96 |
0,00 |
-16 750,13 |
549 992 300,83 |
550 202 650,44 |
-210 349,61 |
|
BG |
BGN |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-1 387,75 |
-1 387,75 |
0,00 |
-1 387,75 |
|
BG |
EUR |
799 089 404,74 |
0,00 |
799 089 404,74 |
-9 273,42 |
0,00 |
799 080 131,32 |
799 083 546,78 |
-3 415,46 |
|
CY |
EUR |
54 512 614,60 |
0,00 |
54 512 614,60 |
-1 098,70 |
-8 340,56 |
54 503 175,34 |
54 511 524,83 |
-8 349,49 |
|
CZ |
CZK |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-2 362,25 |
-2 362,25 |
0,00 |
-2 362,25 |
|
CZ |
EUR |
874 001 034,77 |
0,00 |
874 001 034,77 |
0,00 |
0,00 |
874 001 034,77 |
874 001 035,10 |
-0,33 |
|
DE |
EUR |
4 898 542 173,55 |
0,00 |
4 898 542 173,55 |
-14 841,47 |
-38 163,59 |
4 898 489 168,49 |
4 898 379 171,81 |
109 996,68 |
|
DK |
DKK |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-68 002,84 |
-68 002,84 |
0,00 |
-68 002,84 |
|
DK |
EUR |
832 217 756,71 |
0,00 |
832 217 756,71 |
0,00 |
0,00 |
832 217 756,71 |
832 146 704,57 |
71 052,14 |
|
EE |
EUR |
133 917 506,66 |
0,00 |
133 917 506,66 |
0,00 |
-1 405,60 |
133 916 101,06 |
133 912 353,58 |
3 747,48 |
|
ES |
EUR |
5 673 013 576,90 |
0,00 |
5 673 013 576,90 |
-8 340 572,36 |
-343 010,66 |
5 664 329 993,88 |
5 664 530 013,10 |
-200 019,22 |
|
FI |
EUR |
527 186 750,70 |
0,00 |
527 186 750,70 |
-12 201,75 |
-33 767,36 |
527 140 781,59 |
527 231 991,12 |
-91 209,53 |
|
FR |
EUR |
7 369 119 413,09 |
0,00 |
7 369 119 413,09 |
-19 469 385,70 |
-268 610,93 |
7 349 381 416,46 |
7 346 614 405,05 |
2 767 011,41 |
|
UK |
GBP |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-12 468,97 |
-12 468,97 |
0,00 |
-12 468,97 |
|
UK |
EUR |
3 209 238 643,58 |
0,00 |
3 209 238 643,58 |
-15 416 788,73 |
0,00 |
3 193 821 854,85 |
3 194 823 812,34 |
-1 001 957,49 |
|
EL |
EUR |
1 911 346 204,25 |
0,00 |
1 911 346 204,25 |
-75 251,36 |
-844 817,29 |
1 910 426 135,60 |
1 911 270 952,89 |
-844 817,29 |
|
HR |
HRK |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-13 189,56 |
-13 189,56 |
0,00 |
-13 189,56 |
|
HR |
EUR |
286 512 040,98 |
0,00 |
286 512 040,98 |
-35 322,54 |
0,00 |
286 476 718,44 |
286 505 848,07 |
-29 129,63 |
|
HU |
HUF |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-27 162 925,00 |
-27 162 925,00 |
0,00 |
-27 162 925,00 |
|
HU |
EUR |
1 277 767 153,77 |
0,00 |
1 277 767 153,77 |
-2 120 600,36 |
0,00 |
1 275 646 553,41 |
1 275 742 003,22 |
-95 449,81 |
|
IE |
EUR |
1 194 327 007,55 |
0,00 |
1 194 327 007,55 |
-29 628,85 |
-24 034,05 |
1 194 273 344,65 |
1 193 276 729,51 |
996 615,14 |
|
IT |
EUR |
4 138 061 977,31 |
0,00 |
4 138 061 977,31 |
-33 531 548,73 |
-4 915 979,72 |
4 099 614 448,86 |
4 100 788 546,81 |
-1 174 097,95 |
|
LT |
EUR |
466 903 768,33 |
0,00 |
466 903 768,33 |
0,00 |
-2 426,15 |
466 901 342,18 |
466 903 768,33 |
-2 426,15 |
|
LU |
EUR |
33 252 999,03 |
0,00 |
33 252 999,03 |
0,00 |
0,00 |
33 252 999,03 |
33 183 121,26 |
69 877,77 |
|
LV |
EUR |
253 721 198,34 |
0,00 |
253 721 198,34 |
0,00 |
-1 576,85 |
253 719 621,49 |
253 721 198,34 |
-1 576,85 |
|
MT |
EUR |
5 679 142,30 |
0,00 |
5 679 142,30 |
-1 119,63 |
-315 100,13 |
5 362 922,54 |
5 702 837,75 |
-339 915,21 |
|
NL |
EUR |
701 147 752,79 |
0,00 |
701 147 752,79 |
-40 474,97 |
-2 647,67 |
701 104 630,15 |
701 365 582,90 |
-260 952,75 |
|
PL |
PLN |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-795 957,42 |
-795 957,42 |
0,00 |
-795 957,42 |
|
PL |
EUR |
3 363 316 204,66 |
0,00 |
3 363 316 204,66 |
0,00 |
0,00 |
3 363 316 204,66 |
3 363 353 062,60 |
-36 857,94 |
|
PT |
EUR |
763 736 847,84 |
0,00 |
763 736 847,84 |
-247 441,33 |
-306 398,99 |
763 183 007,52 |
762 343 600,52 |
839 407,00 |
|
RO |
RON |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-974 171,99 |
-974 171,99 |
0,00 |
-974 171,99 |
|
RO |
EUR |
1 847 891 384,57 |
0,00 |
1 847 891 384,57 |
-9 493 044,08 |
0,00 |
1 838 398 340,49 |
1 844 530 341,45 |
-6 132 000,96 |
|
SE |
SEK |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
-9 866,16 |
-9 866,16 |
0,00 |
-9 866,16 |
|
SE |
EUR |
690 778 215,38 |
0,00 |
690 778 215,38 |
-274 029,79 |
0,00 |
690 504 185,59 |
690 557 292,64 |
-53 107,05 |
|
SI |
EUR |
141 618 537,51 |
0,00 |
141 618 537,51 |
0,00 |
0,00 |
141 618 537,51 |
141 615 579,48 |
2 958,03 |
|
SK |
EUR |
451 514 761,88 |
0,00 |
451 514 761,88 |
-188 214,37 |
-6 073,91 |
451 320 473,60 |
451 324 541,41 |
-4 067,81 |
|
SM |
|
Nefqa 3) |
Dħul assenjat 3) |
Artikolu 54(2) (= e) |
Total (=h) |
|
05 07 01 06 |
6701 |
6702 |
|||
|
|
|
i |
j |
k |
l = i+j+k |
|
AT |
EUR |
2 821,02 |
0,00 |
0,00 |
2 821,02 |
|
BE |
EUR |
0,00 |
-193 599,48 |
-16 750,13 |
-210 349,61 |
|
BG |
BGN |
0,00 |
0,00 |
-1 387,75 |
-1 387,75 |
|
BG |
EUR |
0,00 |
-3 415,46 |
0,00 |
-3 415,46 |
|
CY |
EUR |
0,00 |
-8,93 |
-8 340,56 |
-8 349,49 |
|
CZ |
CZK |
0,00 |
0,00 |
-2 362,25 |
-2 362,25 |
|
CZ |
EUR |
0,00 |
-0,33 |
0,00 |
-0,33 |
|
DE |
EUR |
148 160,27 |
0,00 |
-38 163,59 |
109 996,68 |
|
DK |
DKK |
0,00 |
0,00 |
-68 002,84 |
-68 002,84 |
|
DK |
EUR |
71 052,14 |
0,00 |
0,00 |
71 052,14 |
|
EE |
EUR |
5 153,08 |
0,00 |
-1 405,60 |
3 747,48 |
|
ES |
EUR |
330 952,38 |
-187 960,94 |
-343 010,66 |
-200 019,22 |
|
FI |
EUR |
0,00 |
-57 442,17 |
-33 767,36 |
-91 209,53 |
|
FR |
EUR |
3 340 929,12 |
-305 306,78 |
-268 610,93 |
2 767 011,41 |
|
UK |
GBP |
0,00 |
0,00 |
-12 468,97 |
-12 468,97 |
|
UK |
EUR |
0,00 |
-1 001 957,49 |
0,00 |
-1 001 957,49 |
|
EL |
EUR |
0,00 |
0,00 |
-844 817,29 |
-844 817,29 |
|
HR |
HRK |
0,00 |
0,00 |
-13 189,56 |
-13 189,56 |
|
HR |
EUR |
0,00 |
-29 129,63 |
0,00 |
-29 129,63 |
|
HU |
HUF |
0,00 |
0,00 |
-27 162 925,00 |
-27 162 925,00 |
|
HU |
EUR |
0,00 |
-95 449,81 |
0,00 |
-95 449,81 |
|
IE |
EUR |
1 020 649,19 |
0,00 |
-24 034,05 |
996 615,14 |
|
IT |
EUR |
3 741 881,77 |
0,00 |
-4 915 979,72 |
-1 174 097,95 |
|
LT |
EUR |
0,00 |
0,00 |
-2 426,15 |
-2 426,15 |
|
LU |
EUR |
69 877,77 |
0,00 |
0,00 |
69 877,77 |
|
LV |
EUR |
0,00 |
0,00 |
-1 576,85 |
-1 576,85 |
|
MT |
EUR |
0,00 |
-24 815,08 |
-315 100,13 |
-339 915,21 |
|
NL |
EUR |
0,00 |
-258 305,08 |
-2 647,67 |
-260 952,75 |
|
PL |
PLN |
0,00 |
0,00 |
-795 957,42 |
-795 957,42 |
|
PL |
EUR |
0,00 |
-36 857,94 |
0,00 |
-36 857,94 |
|
PT |
EUR |
1 223 391,41 |
-77 585,42 |
-306 398,99 |
839 407,00 |
|
RO |
RON |
0,00 |
0,00 |
-974 171,99 |
-974 171,99 |
|
RO |
EUR |
0,00 |
-6 132 000,96 |
0,00 |
-6 132 000,96 |
|
SE |
SEK |
0,00 |
0,00 |
-9 866,16 |
-9 866,16 |
|
SE |
EUR |
0,00 |
-53 107,05 |
0,00 |
-53 107,05 |
|
SI |
EUR |
2 958,03 |
0,00 |
0,00 |
2 958,03 |
|
SK |
EUR |
2 006,10 |
0,00 |
-6 073,91 |
-4 067,81 |
|
|
||||||
NB: Nomenklatura 2020: 05 07 01 06, 6701, 6702 |
ANNESS II
APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AGENZIJI TAL-PAGAMENTI
SENA FINANZJARJA 2019 - FAEG
Korrezzjonijiet skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 1306/2013 (*1)
|
Stat Membru |
Munita |
F’munita nazzjonali |
F'Euro |
|
AT |
EUR |
|
|
|
BE |
EUR |
|
|
|
BG |
BGN |
|
|
|
CY |
EUR |
— |
— |
|
CZ |
CZK |
435 235,36 |
— |
|
DE |
EUR |
|
|
|
DK |
DKK |
|
|
|
EE |
EUR |
— |
— |
|
ES |
EUR |
|
|
|
FI |
EUR |
|
|
|
FR |
EUR |
|
|
|
UK |
GBP |
|
|
|
EL |
EUR |
|
|
|
HR |
HRK |
|
|
|
HU |
HUF |
1 228 549,00 |
— |
|
IE |
EUR |
|
|
|
IT |
EUR |
|
|
|
LT |
EUR |
— |
35 266,50 |
|
LU |
EUR |
|
|
|
LV |
EUR |
— |
6 909,00 |
|
MT |
EUR |
— |
— |
|
NL |
EUR |
|
|
|
PL |
PLN |
6 158 601,16 |
— |
|
PT |
EUR |
|
|
|
RO |
RON |
|
|
|
SE |
SEK |
|
|
|
SI |
EUR |
— |
— |
|
SK |
EUR |
— |
80 222,21 |
(*1) Dan l-anness jagħti biss il-korrezzjonijiet marbutin mas-STŻR