Official Journal L 037 , 07/02/1987 P. 0030 - 0030
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0375
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0375
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Jannar 1987 li taċċetta għan-nom tal-Komunità fuq il-Ftehim Ewropew dwar l-Iskambju ta' Blood-grouping Reagents (87/68/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropeja, u partikolarment l-Artikolu 28 tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Artikolu 5(1) tal-Ftehim Ewropew dwar l-Iskambju ta' Blood-grouping Reagents jipprovdi li l-Partijiet fil-Kuntratt għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jeżentu mid-doveri kollha ta'importazzjoni il-blood-grouping reagents li huma mqegħda għad-dispożizzjoni tagħhom mill-Partijiet l-oħra; Billi kull derogazzjoni mit-Tariffa Doganali Komuni, sew jekk awtonoma u sew jekk konvenzjonali, taqa' fil-kompitu ewlieni tal-Komunità; Billi d-dħul fis-seħħ ta'Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li ġġiegħel il-Komunità Ekonomika Ewropea li ssir Parti tal-Kuntratt għal dak il-Ftehim tħalli l-Komunità teżerċita l-kompetenza tagħha f' din l-affari; billi d-derogazzjonijiet li hemm ipprovduti fil-Ftehim huma diġa mogħtija mir-regoli tal- Komunità ta'għajnuna fuq id-dazji; Billi il-Komunità għandha għalhekk ssir Parti tal-Kuntratt fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: L-Artikolu 1 Il-Ftehim Ewropew dwar l-Iskambju tal-Blood-grouping Reagents huwa hawnhekk aċċettat għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat biex jinnomina l-persuni li għandhom il-poter li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbot il-Komunita. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta'Jannar 1987. Għall-Kunsill Il-President L. Tindemans --------------------------------------------------