12008E208

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IL-ĦAMES PARTI L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - TITOLU III: IL-KOPERAZZJONI MAL-PAJJIŻI TERZI U L-GĦAJNUNA UMANITARJA - Kapitolu 1: Il-koperazzjoni fl-iżvilupp - Artikolu 208 (ex Artikolu 177 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0141 - 0141


Artikolu 208

(ex Artikolu 177 TKE)

1. Il-politika ta' l-Unjoni fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp għandha titwettaq fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi ta' l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni. Il-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp ta' l-Unjoni u dik ta' l-Istati Membri għandhom jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin.

L-objettiv prinċipali tal-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp ta' l-Unjoni għandu jkun it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar. L-Unjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

2. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jonoraw l-impenji tagħhom u jieħdu in konsiderazzjoni l-għanijiet li jkunu approvaw fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra kompetenti.

--------------------------------------------------