|
24.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 309/19 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2187
tas-16 ta' Novembru 2017
li ttawwal il-perjodu tal-validità tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/179 li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta' kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika
(notifikata bid-dokument C(2017) 7489)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/179 (2) tippermetti lill-Istati Membri, permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE u flimkien mal-punt 2 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, li jawtorizzaw l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom ta' kaxxi tal-munizzjon magħmulin mill-materjal tal-imballar tal-injam li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
|
(2) |
Ladarba għadhom jgħoddu ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw din l-awtorizzazzjoni u ma hemm l-ebda informazzjoni ġdida li tagħti lok għal reviżjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi, dik l-awtorizzazzjoni għandha tiġi estiża. |
|
(3) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/179, u abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti tal-Istati Uniti, huwa xieraq li l-awtorizzazzjoni tiġġedded għal tliet (3) snin. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/179 tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/179, id-data “il-31 ta' Diċembru 2017” tinbidel għal “il-31 ta' Diċembru 2020”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/179 tal-4 ta' Frar 2015 li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal deroga minn ċerta dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta' kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 30, 6.2.2015, p. 38).