2006R1730 — MT — 09.12.2011 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1730/2006 tat-23 ta’ Novembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-aċidu benzojku (Vevo Vitall) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 325, 24.11.2006, p.9) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1190/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 |
L 302 |
28 |
19.11.2011 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1730/2006
tat-23 ta’ Novembru 2006
rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-aċidu benzojku (Vevo Vitall) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ aċidu benzojku (Vevo Vitall) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes li nfatmu, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2005 li l-aċidu benzojku (Vevo Vitall) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta' l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent ( 2 ). Ikkonkludiet ukoll li l-aċidu benzojku (Vevo Vitall) ma jippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma jippermettix l-awtorizzazzjoni. Skond din l-opinjoni, l-użu ta’ din il-preparazzjoni ttejjeb il-paramentri tal-ħidma, bħall-proporzjon taż-żieda fil-piż jew fl-ikel tal-ħnienes. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri adattati għas-sigurtà ta’ l-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi fl-għalf, f’għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv |
Isem ta’ min għandu l-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kontenut massimu ta’ l-element (Se) f’mg/kg ta’ oġġetti ta’ l-ikel kompluti b’kontenut ta’ umidità ta’ 12 % |
Speċi jew kategorija ta’ annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
mg ta’ sustanzi attivi/kg ta’ oġġetti ta’ l-għalf sħaħ |
|||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tar-rendiment: proporzjon taż-żieda fil-piż jew fl-ikel) |
|||||||||
|
4 d 210 |
►M1 Emerald Kalama Chemical BV ◄ |
Aċidu Benzojku (Vevo Vitall) |
Kompożizzjoni ta’ l-addittiv: Aċidu Benzojku (≥99.9 %) Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Benzenecarboxylic acid, phenylcarboxylic acid, C7H6O2 numru CAS 65-85-0 livell massimu fil: Phtalic acid: ≤ 100 mg/kg Biphenyl: ≤ 100 mg/kg Metalli tqal: ≤ 10mg/kg Arseniku: ≤ 2mg/kg Metodi analitiċi (1) HPLC tal-Fażi Rriversata flimkien mad-ditezzjoni ta’ l-UV. |
Ħnienes (miftuma) |
— |
5 000 |
5 000 |
Oġġetti ta’ għalf kumplimentari għall-qżieqes ma jistax ikun fihom aktar minn 10 000 mg/kg ta’ aċidu benzojku. L-indikazzjonijiet għall-użu għandhom jindikaw li ġej: “Jintuża għal annimali li ma jiżnux aktar minn 25 kg” “Għalf kumplimentari li fih l-aċidu benzojku ma jistax jiġi mitmugħ lil ħnejżriet simili” L-adittiv għandu jkun inkorporat f’oġġetti ta’ l-ikel komposti fil-forma ta’ taħlita minn qabel. “Għas-sigurtà ta’ l-utent: għandhom jittieħdu miżuri biex tiġi minimizzata l-produzzjoni ta’ trab minn dan l-addittiv li jista’ jidħol fil-pulmun. Folji ta’ l-informazzjoni dwar is-sigurtà materjali (MSDS) disponibbli.” |
10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament' |
|
(1) Id-Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/ |
|||||||||
( 1 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
( 2 ) Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effettività tal-prodott VevoVitall® bħala addittiv fl-għalf għall-ħneines li nfatmu skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fit-30 ta' Novembru 2005. Il-Ġurnal EFSA (2005) 290, p. 1-13.