Official Journal L 170 , 03/08/1970 P. 0002 - 0003
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0061
Danish special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0471
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0061
English special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0535
Greek special edition: Chapter 03 Volume 5 P. 0156
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 4 P. 0016
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 4 P. 0016
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju, 1970 dwar l-introduzzjoni tal-metodi tal-Komunità għall-ġbir ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (70/373/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 ta’ dan; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali; Billi l-produzzjoni, il-bejgħ u l-użu tal-għalf għandhom post importanti ħafna fil-Komunità Ekonomika Ewropea; Billi produzzjoni ta’ l-annimali fl-agrikultura tiddependi ħafna fuq l-użu ta’ l-kwantità tajba ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel; Billi l-eżistenza tar-regoli tikkonċerna l-affarijiet ta’ l-ikel hi essenzjali għal żieda fil-produttività agrikulturali; Billi l-introduzzjoni ta’ miżuri tal-Komunità tikkonċerna l-kwalità u l-kompożizzjoni tal-għalf użati fil-Komunità Ekonomika Ewropea tagħmilha neċessarja biex ikunu stabbiliti metodi uniformi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi wżati mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali; Billi, iżjed minn hekk, il-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi wżati għal iċċekkjar tal-qbil man-normi nazzjonali li jibqgħu fis-seħħ iridu jkunu l-istess fil-Komunità kollha; Billi ċerti Stati Membri diġà qed japplikaw metodi uffiċjali għal teħid ta’ kampjuni u analiżi u dawn huma ftit differenti fir-rigward tal-prinċipji bażiċi tagħhom; billi dawn il-metodi jaffettwaw direttament it-twaqqif u t-tħaddim tas-suq komuni u għandhom għalhekk ikunu armonizzati; Billi t-twaqqif ta’ metodi uniformi hu purament miżura ta’ implimentazzjoni ta’ natura teknika u xjentifika; billi hi meħtieġa proċedura rapida li tiżviluppa, ittejjeb u tamplifika dawk il-metodi; billi, biex tiffaċilita l-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri, għandha tkun ipprovduta proċedura għal twaqqif ta’ koperazzjoni mill-qrib bejn Stati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti għall-Għalf; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li l-kontrolli uffiċjali tal-għalf għall-fini ta’ iċċekkjar tal-qbil mal-ħtiġijiet li jqumu taħt id-dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva rigward il-kwalità u l-kompożizzjoni ta’ għalf, jitwettqu billi jintużaw il-metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi li għandu jkun stabbilit fid-direttivi li għalihom jirreferi l-Artikolu 2. Artikolu 2 Il-metodi li għalihom jirreferi l-Artikolu 1 ikunu stabbiliti b’direttiva u bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3, u jingħata kas tal-għerf xjentifiku u tekniku ta’ bħalissa u ta’ metodi ppruvati. Dawn id-Direttivi jistabbilixxu limiti taż-żmien xierqa ħalli dawn il-metodi jiddaħħlu fid-dispożizzjonijiet nazzjonali. Artikolu 3 1. Fejn il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, kwistjonijiet ikunu riferuti mill-President, jew b’inizjattiva personali tiegħu jew b’talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru, lill-Kumitat Permanenti għall-Għalf (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-"Kumitat") imwaqqaf b’deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju, 1970 [1]. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandom ikunu adottati. Il-Kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien stabbilit mill-President skond l-urġenza tal-materja. Opinjonijiet jingħataw b’maġġoranza ta’ tnax-il vot, il-voti ta’ l-Istati Membri jkollhom piż skond kif hemm provdut fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President ma jivvotax. 3. (a) (a) Il-Kummissjoni tadotta l-miżuri maħsuba meta huma jkunu bi qbil ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat. (b) Fejn il-miżuri maħsuba m’humiex bi qbil ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni tipproponi mingħajr dewmien lill-Kunsill il-miżuri li għandhom ikunu adottati. Il-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. (ċ) Jekk, fi żmien tliet xhur tal-proposta li tkun sottomessa lilha, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti jkunu adottatti mill-Kummissjoni. Artikolu 4 Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 jgħoddu għal tmintax-il xahar mid-data li fiha kwistjoni tkun ġiet riferuta l-ewwel lill-Kumitat jew taħt l-Artikolu 3(1) jew taħt kull dispożizzjoni oħra korrispondenti. Artikolu 5 Stati Membri, f’perjodu ta’ sena wara n-notifika ta’ dan, iġibu fis-seħħ b’liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex titħares din id-Direttiva. Huma jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Artikolu 6 Din id-Direttiva hi għall-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 20 ta’ Lulju, 1970. Għall-Kunsill Il-President W. Scheel [1] ĠU L 170, 3.8.1970, p. 1. --------------------------------------------------