<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-79/15 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0079</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:584">EU:C:2017:584</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170726">26.7.2017</DATE> – KAWŻA C-79/15 P</P><P>IL-KUNSILL vs HAMAS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Politika estera u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Ġlieda kontra t-terroriżmu</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi adottati kontra ċerti persuni u entitajiet</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(4) u (6)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2580/2001</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(3)</KEYWORD><KEYWORD>Żamma ta’ organizzazzjoni fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Bażi fattwali ta’ deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni adottata minn awtorità kompetenti</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-79/15 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fl-<DATE ISO="20150220">20 ta’ Frar 2015</DATE></P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn B. Driessen, G. Étienne u M. Bishop, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>appellant,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>sostnut minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Franċiża</HT>, irrappreżentata minn D. Colas, F. Fize u G. de Bergues, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-appell,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Hamas</HT>, stabbilit f’Doha (Qatar), irrappreżentat minn L. Glock, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn F. Castillo de la Torre, M. Konstantinidis u R. Tricot, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, Viċi President, L. Bay Larsen, T. von Danwitz (Relatur), J. L. da Cruz Vilaça u M. Vilaras, Presidenti ta’ Awla, J. Malenovský, E. Levits, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev, C. Vajda, S. Rodin, F. Biltgen, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: V. Giacobbo-Peyronnel, amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20160503">3 ta’ Mejju 2016</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160922">22 ta’ Settembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jitlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20141217">17 ta’ Diċembru 2014</DATE>, Hamas vs Il-Kunsill (T-400/10, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1095">EU:T:2014:1095</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li biha din tal-aħħar annullat:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/386/PESK, tat-<DATE ISO="20100712">12 ta’ Lulju 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="178" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 178, p. 28</REF.DOC.OJ>), tal-Kunsill 2011/70/PESK, tal-<DATE ISO="20110131">31 ta’ Jannar 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="028" PAGE.FIRST="57" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 28, p. 57</REF.DOC.OJ>), tal-Kunsill 2011/430/PESK, tat-<DATE ISO="20110718">18 ta’ Lulju 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="188" PAGE.FIRST="47" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 188, p. 47</REF.DOC.OJ>), li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/872/PESK, tat-<DATE ISO="20111222">22 ta’ Diċembru 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="54" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 343, p. 54</REF.DOC.OJ>), tal-Kunsill 2012/333/PESK, tal-<DATE ISO="20120625">25 ta’ Ġunju 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="165" PAGE.FIRST="72" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 165, p. 72</REF.DOC.OJ>), tal-Kunsill 2012/765/PESK, tal-<DATE ISO="20121210">10 ta’ Diċembru 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="50" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 337, p. 50</REF.DOC.OJ>), tal-Kunsill 2013/395/PESK, tal-<DATE ISO="20130725">25 ta’ Lulju 2013</DATE>, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="57" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 201, p. 57</REF.DOC.OJ>), tal-Kunsill 2014/72/PESK, tal-<DATE ISO="20140210">10 ta’ Frar 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="040" PAGE.FIRST="56" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 40, p. 56</REF.DOC.OJ>), u tal-Kunsill 2014/483/PESK, tat-<DATE ISO="20140722">22 ta’ Lulju 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="217" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 217, p. 35</REF.DOC.OJ>), li jaġġornaw u, fejn applikabbli jemendaw il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li jħassru, rispettivament, id-Deċiżjonijiet 2011/430, 2011/872, 2012/333, 2012/765, 2013/395 u 2014/72, kif ukoll</P></ITEM><ITEM><P>ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 610/2010, tat-<DATE ISO="20100712">12 ta’ Lulju 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="178" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 178, p. 1</REF.DOC.OJ>), tal-Kunsill (UE)Nru 83/2011, tal‑<DATE ISO="20110131">31 ta’ Jannar 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="028" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 28, p. 14</REF.DOC.OJ>), tal-Kunsill (UE) Nru 687/2011, tat-<DATE ISO="20110718">18 ta’ Lulju 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="188" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 188, p. 2</REF.DOC.OJ>), tal-Kunsill (UE) Nru 1375/2011, tat-<DATE ISO="20111222">22 ta’ Diċembru 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 343, p. 10</REF.DOC.OJ>), tal-Kunsill (UE) Nru 542/2012, tal-<DATE ISO="20120625">25 ta’ Ġunju 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="165" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 165, p. 12</REF.DOC.OJ>), tal-Kunsill (UE) Nru 1169/2012, tal‑<DATE ISO="20121210">10 ta’ Diċembru 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 337, p. 2</REF.DOC.OJ>), tal-Kunsill (UE) Nru 714/2013, tal-<DATE ISO="20130725">25 ta’ Lulju 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 201, p. 10</REF.DOC.OJ>), tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014, tal-<DATE ISO="20140210">10 ta’ Frar 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="040" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 40, p. 9</REF.DOC.OJ>), u tal-Kunsill (UE) Nru 790/2014, tat‑<DATE ISO="20140722">22 ta’ Lulju 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="217" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 217, p. 1</REF.DOC.OJ>), li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassru r-Regolament ta’ Implementazzoni rispettivament (UE) Nru 1285/2009, Nru 610/2010, Nru 83/2011, Nru 687/2011, Nru 1375/2011, Nru 542/2012, Nru 1169/2012, Nru 714/2013 u Nru 125/2014,</P></ITEM></LIST></P><P>(iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>atti kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lill-Hamas, inkluż lill-Hamas-Izz al-Din al-Qassem (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Hamas<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Ir-Riżoluzzjoni 1373 (2001) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20010928">28 ta’ Settembru 2001</DATE>, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1373 (2001), li tistabbilixxi strateġiji fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u b’mod partikolari l-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Il-paragrafu 1(ċ) ta’ din ir-riżoluzzjoni jipprovdi, b’mod partikolari, li l-Istati kollha għandhom jiffriżaw mingħajr dewmien il-fondi u l-assi finanzjarji l-oħra jew ir-riżorsi ekonomiċi ta’ persuni li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu atti terroristiċi, jew li jipparteċipaw jew jiffaċilitaw it-twettiq ta’ atti terroristiċi, tal-entitajiet li jappartjenu lil dawn il-persuni jew ikkontrollati minnhom, u tal-persuni u tal-entitajiet li jaġixxu f’isem, jew huma mmexxija, minn dawn il-persuni u entitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-imsemmija riżoluzzjoni ma tistabbilixxix lista ta’ persuni li fil-konfront tagħhom għandhom jiġu applikati dawn il-miżuri restrittivi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Sabiex tiġi implementata l-imsemmija Riżoluzzjoni 1373 (2001), il-Kunsill adotta fis-<DATE ISO="20011227">27 ta’ Diċembru 2001</DATE>, il-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din il-Pożizzjoni Komuni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din il-Pożizzjoni Komuni taħdem flimkien mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli li ġejjin lill-persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti terroristiċi u mniżżla fl-Anness.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-lista f’dan l-Anness għandha tinbena fuq il-bażi ta’ informazzjoni preċiża jew materjali fir-relevanza li turi deċiżjoni ittieħdet minn awtorità kompetenti b’rispett ta’ nies, gruppi u entitajiet konċernati, irrispettivament minn jekk din tikkonċernax jew le x’ta bidu għall-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjoni għall-att terroristiku, attentat, tipparteċipa jew tiffaċilita dan it-tip ta’ att ibbażat fuq xhieda serja u kredibbli jew indikazzjonijiet jew kundanna għal dawn l-atti. Il-persuni, gruppi jew entitajiet identifikati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li huma relatati mat-terroriżmu u kontra min tkun ordnat is-sanzjonijiet jistgħu jkunu inklużi fil-lista.</ALINEA><ALINEA>Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>awtorita kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandha tfisser awtorita ġudizzjarja, jew, fejn awtoritajiet ġudizzjarji li m’għandhomx kompetenza fil-qasam konċernat f’dan il-paragrafu, awtorità kompeteneti ekwivalenti f’dak il-qasam.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Għandha ssir reviżjoni ta’ l-ismijiet tal-persuni jew entitajiet fil-lista ta’ l-Anness, għall-inqas darba kull sitt xhur biex jiġi assigurat li hemm raġunijiet biex jinżammu fuq il-lista.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Peress li kien neċessarju regolament sabiex jiġu implementati, fil-livell Komunitarju, il-miżuri deskritti fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, tas-<DATE ISO="20011227">27 ta’ Diċembru 2001</DATE>, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1 p. 207, u r-rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="052" PAGE.FIRST="58" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 52, p. 58</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ħlief kif permess taħt l-Artikoli 5 u 6:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma ta’, jew fil-pusses ta’, persuna naturali jew ġuridika jew entità nominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u mniżżla fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-ebda fondi, assi finanzjarji oħra u risorsi ekonomiċi m’għandhom jiġu magħmula disponibbli, direttament jew indirettament, lil, jew għall-benefiċċju ta’, persuna naturali jew legali, grupp jew entità inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ħlief kif permess taħt l-Artikoli 5 u 6, għandu jkun projbit li tipprovdi servizzi finanzjarji lil, jew għall-benefiċċju ta’, persuna naturali jew legali, grupp jew entità inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Kunsill, jaġixxi b’unanimità, għandu jistabbilixxi, jirrevedi u jemenda l-lista ta’ persuni, gruppi jew entitajiet li għalihom japplika dan ir-Regolament, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(4), (5) u (6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK; din il-lista għandha tinkludi:</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>persuni naturali li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu, jipparteċipaw fi jew jiffaċilitaw l-għamil ta’ xi att ta’ terroriżmu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>persuni legali, gruppi jew entitajiet li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu, jipparteċipaw fi jew jiffaċilitaw l-għamil ta’ xi att ta’ terroriżmu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>legali, gruppi jew entitajiet li huma ta’ jew kontrollati minn persuna naturali jew legali, grupp jew entità waħda jew iktar imsemmija fil-punti (i) u (ii); jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iv)</NO.P><TXT>persuni naturali legali, gruppi jew entitajiet li jaġixxu fl-interess ta’ jew fuq id-direzzjoni ta’ persuna naturali jew legali, grupp jew entità waħda jew iktar imsemmija fil-punti (i) u (ii).<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-atti kontenzjużi</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20011227">27 ta’ Diċembru 2001</DATE>, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931, ir-Regolament Nru 2580/2001 u d-Deċiżjoni 2001/927/KE, li tistabbilixxi l-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>lista kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="344" PAGE.FIRST="83" DATE.PUB="2001">ĠU 2001, L 344, p. 83</REF.DOC.OJ>). L-inklużjoni tal-Hamas tinsab fil-listi annessi mal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 u mad-Deċiżjoni 2001/927.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-imsemmija inklużjoni nżammet permezz ta’ atti ulterjuri tal-Kunsill, partikolarment permezz tal-atti kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-espożizzjonijiet tal-motivi marbuta ma’ dawn l-atti, il-Kunsill iddeskriva lill-Hamas bħala grupp terroristiku u għamel riferiment għal serje ta’ atti terroristiċi li dan tal-aħħar wettaq sa mis-sena 2005. Barra minn hekk, il-Kunsill semma b’mod partikolari deċiżjoni adottata matul is-sena 2001 mir-Renju<?PAGE NO="5"?> Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u żewġ deċiżjonijiet adottati matul l-istess sena mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerika. Id-deċiżjoni tar-Renju Unit hija deċiżjoni tas-Secretary of State for the Home Departement (ministeru tal-intern) li tikkundanna lil Hamas, ikkunsidrat bħala organizzazzjoni involuta f’atti ta’ terroriżmu. Id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti jikkonsistu f’deċiżjoni tal-Gvern li tikklassifika l-Hamas bħala organizzazzjoni terroristika barranija, skont it-Taqsima 219 tal-US Immigration and Nationality Act (liġi tal-Istati Uniti dwar l-imigrazzjoni u n-nazzjonalità), u f’deċiżjoni li tikklassifika lill-Hamas bħala entità identifikata espressament bħala entità terroristika internazzjonali, skont id-Digriet Presidenzjali 13224 (iktar ’il quddiem, flimkien imsejħa d- <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Billi kkonstata, fir-rigward tad-deċiżjoni msemmija iktar ’il fuq tar-Renju Unit, li din tal-aħħar kienet ġiet eżaminata mill-ġdid b’mod regolari minn kummissjoni governattiva nazzjonali u, fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti, li dawn ġew issuġġettati għal stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju, il-Kunsill ikkunsidra li dawn id-deċiżjonijiet ġew adottati minn awtoritajiet kompetenti, fis-sens tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931. Fl-aħħar, il-Kunsill ikkonstata li l-imsemmija deċiżjonijiet kienu għadhom fis-seħħ u kkunsidra li r-raġunijiet li kienu ġġustifikaw l-inklużjoni tal-Hamas fil-lista kontenzjuża kienu għadhom validi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20100912">12 ta’ Settembru 2010</DATE>, il-Hamas ippreżenta rikors għall-annullament kontra d-Deċiżjoni 2010/386 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 610/2010. Peress li dawn l-atti tħassru u ġew issostitwiti, suċċessivament, bl-atti tal-Kunsill ta’ Jannar, ta’ Lulju u ta’ Diċembru 2011, ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2012, ta’ Lulju 2013 kif ukoll ta’ Frar u ta’ Lulju 2014 imsemmija fil-punt 1 ta’ din is-sentenza, il-Hamas suċċessivament aġġusta t-talbiet inizjali tiegħu, b’tali mod li r-rikors tiegħu jitlob ukoll l-annullament ta’ dawn l-aħħar imsemmija atti, sa fejn dawn jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tiegħu maħsuba għall-annullament tal-att tal-Kunsill ta’ Lulju 2010 u ta’ Jannar 2011 imsemmija fil-punt 1 ta’ din is-sentenza, il-Hamas invoka erba’ motivi, ibbażati, rispettivament, fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tad-dritt għall-proprjetà u fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Insostenn tat-talba tiegħu għall-annullament tal-atti adottati mill-Kunsill mix-xahar ta’ Lulju 2011 sax-xahar ta’ Lulju 2014 u msemmija fil-punt 1 ta’ din is-sentenza (iktar ’il quddiem, imsejħa flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>atti adottati mill-Kunsill mix-xahar ta’ Lulju 2011 sax-xahar ta’ Lulju 2014<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), il-Hamas invoka tmien motivi, ibbażati, rispettivament, fuq il-ksur tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931, fuq żbalji dwar il-materjalità tal-fatti, fuq żball ta’ evalwazzjoni dwar in-natura terroristika ta’ din l-entità, fuq it-teħid inkunsiderazzjoni insuffiċjenti tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>minħabba d-dekors taż-żmien<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ interferenza, fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif ukoll fuq il-ksur tad-dritt għall-proprjetà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali laqgħet ir-raba’ u s-sitt motiv kontra l-atti adottati mill-Kunsill mix-xahar ta’ Lulju 2011 sax-xahar ta’ Lulju 2014 u, abbażi ta’ dan, annullat l-atti kontenzjużi sa fejn dawn kienu jikkonċernaw lil Hamas.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>It-talbiet tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tagħti deċiżjoni finali dwar il-kwistjonijiet li huma s-suġġett tal-appell; u</P></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><P>tikkundanna lill-Hamas għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fl-ewwel istanza u fil-kuntest tal-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Hamas jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell. Sussidjarjament, f’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tagħti deċiżjoni finali fuq il-kwistjonijiet li huma suġġetti għall-appell, huwa jżomm fermi l-motivi u t-talbiet kollha mressqa matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. Huwa jitlob ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti mill-Hamas fl-ewwel istanza u fil-kuntest tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea tintervjeni insostenn tat-talbiet ifformulati mill-Kunsill fl-appell tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, li tagħti deċiżjoni finali fuq il-kwistjonijiet li huma suġġetti għall-appell u li tiċħad ir-rikors tal-Hamas.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-appell</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel aggravju</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tiegħu, li jikkonċerna b’mod partikolari l-punti 101, 103, 109 sa 111, 121, 125 sa 127 u 141 tas-sentenza appellata, il-Kunsill isostni, minn naħa, li din is-sentenza hija bbażata fuq il-premessa li l-Kunsill għandu regolarment jipprovdi raġunijiet ġodda għaż-żamma tal-Hamas fil-lista kontenzjuża. Fl-assenza ta’ annullament jew ta’ rtirar tad-deċiżjonijiet nazzjonali li jkunu ġġustifikaw l-inklużjoni inizjali tal-Hamas f’din il-lista u fin-nuqqas ta’ elementi oħra li jimmilitaw favur l-irtirar ta’ dan tal-aħħar mill-imsemmija lista, il-Kunsill kellu kull dritt li jżomm lill-Hamas fil-lista kontenzjuża, fuq il-bażi biss tad-deċiżjonijiet nazzjonali li ġġustifikaw l-inklużjoni inizjali ta’ dan tal-aħħar f’din l-istess lista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kunsill isostni li kien b’mod żbaljat li l-Qorti Ġenerali rrifjutat l-użu ta’ informazzjoni li toriġina minn sorsi pubbliċi għall-finijiet tar-reviżjonijiet perijodiċi. Il-Kunsill jikkunsidra li huwa għandu jkun jista’ jibbaża ruħu, għal dan l-għan, fuq elementi oħra li ma humiex id-deċiżjonijiet nazzjonali, sa fejn ħafna drabi ma tkunx teżisti deċiżjoni nazzjonali li tkun ittieħdet wara l-inklużjoni inizjali ta’ persuna jew ta’ entità fil-lista kontenzjuża. Ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali jmur kontra l-għan tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, previst mill-Pożizzjoni Komuni 2001/931.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u r-Repubblika Franċiża jintervjenu insostenn tal-argumenti tal-Kunsill, billi jenfasizzaw b’mod partikolari d-distinzjoni li tagħmel il-Pożizzjoni Komuni 2001/931 bejn, min-naħa, l-inklużjoni inizjali ta’ entità fil-lista kontenzjuża, prevista fl-Artikolu 1(4) ta’ din il-Pożizzjoni Komuni, u, min-naħa l-oħra, ir-reviżjonijiet sussegwenti, previsti fl-Artikolu 1(6) ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, skont il-Hamas, il-Kunsill jippretendi b’mod żbaljat li ż-żamma tiegħu fil-lista kontenzjuża seta’ jsir biss abbażi tad-deċiżjonijiet nazzjonali li ġġustifikaw l-inklużjoni inizjali tiegħu f’din il-lista. Id-dikjarazzjoni tal-Kunsill li l-Qorti Ġenerali warrbet b’mod żbaljat l-użu ta’ informazzjoni li toriġina minn sorsi pubbliċi tiskontra mal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Al-Aqsa vs Il-Kunsill u Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Al-Aqsa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-539/10 P u C-550/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:711">EU:C:2012:711</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li teżiġi, sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni ta’ persuni jew entitajiet ikkonċernati u fid-dawl tal-assenza ta’ mezzi ta’ investigazzjoni proprji tal-Unjoni Ewropea, li l-miżuri restrittivi imposti mill-Unjoni għandhom ikunu bbażati fuq elementi eżaminati u adottati f’deċiżjonijiet ta’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Fid-dawl tas-serjetà tal-effett tal-miżuri restrittivi fuq il-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati, dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għar-reviżjonijiet preskritti mill-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Id-diffikultà, affaċċjata wara l-proskrizzjoni tal-Hamas fir-Renju Unit u l-iffriżar ta’ fondi adottat fil-konfront tiegħu mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, li jiġu adottati deċiżjonijiet ġodda ta’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma tpoġġix f’dubju l-obbligu tal-Kunsill li jibbaża ruħu unikament fuq fatti evalwati minn tali awtoritajiet. Barra minn hekk, din id-diffikultà tista’ tingħeleb billi, f’każ ta’ bżonn, l-awtorità nazzjonali kompetenti tintalab tadotta pożizzjoni dwar fatt partikolari, li jista’ jikkostitwixxi att terroristiku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-ewwel aggravju jirrigwarda l-kundizzjonijiet li fihom il-Kunsill jista’, fil-kuntest ta’ reviżjoni tal-inklużjoni ta’ persuna jew ta’ entità fil-lista kontenzjuża, li huwa obbligat li jwettaq skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931, iżomm lil din il-persuna jew entità fl-imsemmija lista. Bil-għan li jiġu ddeterminati dawn il-kundizzjonijiet, jeħtieġ li l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 jiġi interpretat filwaqt li jittieħed kont b’mod partikolari tal-artikulazzjoni tiegħu mal-Artikolu 1(4) ta’ din tal-aħħar, li jirregola l-kundizzjonijiet tal-inklużjoni inizjali tal-persuna jew tal-entità kkonċernata fl-imsemmija lista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, fir-rigward tad-deċiżjonijiet inizjali ta’ ffriżar ta’ fondi, li l-kliem tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 jagħmel riferiment għad-deċiżjoni adottata minn awtorità nazzjonali, li tirrikjedi informazzjoni preċiża jew atti li juru li tali deċiżjoni ġiet adottata. Dan ir-rekwiżit huwa intiż li jiżgura li, fl-assenza ta’ mezzi tal-Unjoni sabiex tmexxi hija stess investigazzjonijiet dwar l-involviment ta’ persuna jew ta’ entità f’atti terroristiċi, id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-inklużjoni inizjali ta’ persuna jew entità fil-lista kontenzjuża tittieħed fuq bażi fattwali suffiċjenti, li tippermetti lil dan tal-aħħar jikkonkludi dwar l-eżistenza ta’ periklu li, fl-assenza tal-adozzjoni ta’ miżuri projbittivi, il-persuna jew l-entità kkonċernata tkompli bl-involviment tagħha f’attivitajiet terroristiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Al-Aqsa vs Il-Kunsill u Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Al-Aqsa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-539/10 P u C-550/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:711">EU:C:2012:711</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, fir-rigward tad-deċiżjonijiet sussegwenti ta’ ffriżar ta’ fondi, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kwistjoni rilevanti waqt l-eżami taż-żamma ta’ persuna jew ta’ entità fil-lista kontenzjuża hija dik dwar jekk, mill-inklużjoni ta’ din il-persuna jew ta’ dik l-entità fil-lista jew mir-reviżjoni preċedenti, is-sitwazzjoni fattwali inbidlitx b’tali mod li ma tkunx għadha tippermetti li tinsilet l-istess konklużjoni dwar l-involviment tal-persuna jew tal-entità inkwistjoni f’attivitajiet terroristiċi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Al-Aqsa vs Il-Kunsill u l-Pajjiżi l-Baxxi vs Al-Aqsa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-539/10 P u C-550/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:711">EU:C:2012:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punti 101 u 125 tas-sentenza appellata, li l-lista ta’ atti terroristiċi li twettqu mill-Hamas sa mis-sena 2005, inklużi fl-espożizzjonijiet tal-motivi marbuta mal-atti kontenzjużi, kellha rwol determinanti għaż-żamma, mill-Kunsill, tal-iffriżar ta’ fondi tal-Hamas. Fil-punti 110 u 127 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li r-riferiment għal kull att terroristiku ġdid li l-Kunsill inserixxa fil-motivazzjoni tiegħu fl-okkażjoni ta’ reviżjoni abbażi tal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 għandu jkun ġie ssuġġettat għal eżami u għal deċiżjoni nazzjonali adottata minn awtorità kompetenti. Billi kkonstatat, b’mod partikolari fil-punti 109 u 131 tas-sentenza appellata, li l-Kunsill kien ibbaża l-allegazzjonijiet tiegħu marbuta ma’ atti terroristiċi mwettqa mill-Hamas sa mis-sena 2005 mhux fuq tali deċiżjonijiet, iżda fuq informazzjoni miġbura minnu mill-istampa u mill-internet, il-Qorti Ġenerali għalhekk annullat l-atti kkontestati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-ewwel parti tal-ewwel aggravju</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju tiegħu, il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li huwa kellu regolarment jipprovdi motivi ġodda sabiex iżomm lill-Hamas fil-lista kontenzjuża u li ma setax, fl-assenza ta’ elementi li jimmilitaw favur l-irtirar ta’ din l-entità minn din il-lista, iżomm lil dan tal-aħħar fil-lista, sempliċement abbażi tad-deċiżjonijiet nazzjonali li ġġustifikaw l-inklużjoni inizjali tiegħu fil-lista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punt 119 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, tal-inqas impliċitament, qieset li d-deċiżjoni tar-Renju Unit u/jew id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti fihom infushom ma kinux jikkostitwixxu bażi suffiċjenti għaż-żamma tal-Hamas fil-lista kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 25 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, fil-kuntest ta’ reviżjoni abbażi tal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931, il-Kunsill jista’ jżomm lill-persuna jew lill-entità kkonċernata fil-lista kontenzjuża jekk huwa jikkonkludi li jkun għad hemm ir-riskju ta’ involviment ta’ din tal-aħħar f’attivitajiet terroristiċi li jkun iġġustifika l-inklużjoni inizjali tagħha fil-lista. B’hekk, iż-żamma ta’ persuna jew ta’ entità fil-lista kontenzjuża essenzjalment tikkostitwixxi estensjoni tal-inklużjoni inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-verifika tal-persistenza tar-riskju ta’ involviment tal-persuna jew tal-entità kkonċernata f’attivitajiet terroristiċi, l-eżitu sussegwenti tad-deċiżjoni nazzjonali li tkun serviet bħala bażi għall-inklużjoni inizjali ta’ din il-persuna jew ta’ dik l-entità fil-lista kontenzjuża għandu debitament jittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari t-tħassir jew l-irtirar ta’ din id-deċiżjoni nazzjonali minħabba fatti jew elementi ġodda jew ta’ tibdil tal-evalwazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minkejja dan, fil-każ odjern tqum il-kwistjoni dwar jekk iż-żamma fis-seħħ tad-deċiżjoni nazzjonali li serviet bħala bażi għall-inklużjoni inizjali fil-lista kontenzjuża tistax, fiha nnifisha, tkun suffiċjenti għaż-żamma tal-persuna jew tal-entità kkonċernata f’din il-lista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jekk, fid-dawl taż-żmien dekors u skont l-evoluzzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ, is-sempliċi fatt li tibqa’ fis-seħħ d-deċiżjoni nazzjonali li serviet bħala bażi għall-inklużjoni inizjali ma jippermettix iktar li jiġi konkluż li ppersista r-riskju ta’ involviment tal-persuna jew tal-entità kkonċernata f’attivitajiet terroristiċi, il-Kunsill ikun obbligat li jibbaża ż-żamma ta’ din il-persuna jew din l-entità fl-imsemmija lista fuq evalwazzjoni aġġornata tas-sitwazzjoni, filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi fattwali iktar riċenti, li juru li l-imsemmi riskju jissussisti (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-584/10 P, C-593/10 P et C-595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0156">156</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, laħaq iddekorra żmien twil bejn, min-naħa, l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet nazzjonali li servew bħala bażi għall-inklużjoni inizjali tal-Hamas fil-lista kontenzjuża u din l-inklużjoni inizjali, li jmorru lura għas-sena 2001, u, min-naħa l-oħra, l-adozzjoni tal-atti kontenzjużi, matul il-perijodu ta’ bejn is-snin 2010 u l-2014. Għaldaqstant il-Kunsill kien obbligat li jibbaża ż-żamma tal-Hamas f’din il-lista fuq elementi iktar riċenti, li juru li kien għadu preżenti r-riskju ta’ involviment ta’ din l-entità f’attivitajiet terroristiċi. Għaldaqstant, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostni l-Kunsill, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta kkunsidrat, tal-inqas b’mod impliċitu, li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti u/jew id-deċiżjoni tar-Renju Unit ma kinux jikkostitwixxu, fihom infushom, bażi suffiċjenti sabiex iservu bħala bażi għall-atti kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandha, għalhekk, tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq it-tieni parti tal-ewwel aggravju</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset, b’mod partikolari fil-punti 109, 110, 125 sa 127 u 141 tas-sentenza appellata, li l-Kunsill kellu jibbaża ruħu esklużivament fuq elementi li jinsabu fid-deċiżjonijiet nazzjonali tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex iżomm persuna jew entità fil-lista kontenzjuża, u li l-Kunsill kien kiser kemm l-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 kif ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni tiegħu billi bbaża ruħu, f’dan il-każ, fuq informazzjoni miksuba mill-istampa u mill-internet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931, hemm lok li jiġi rrilevat, qabel xejn, li dan l-artikolu jagħmel distinzjoni bejn, minn naħa, l-inklużjoni inizjali ta’ persuna jew ta’ entità fil-lista kontenzjuża, msemmija fil-paragrafu 4 tagħha, u, min-naħa l-oħra, iż-żamma f’din il-lista ta’ persuna jew ta’ entità li tinsab diġà f’din il-lista, imsemmija fil-paragrafu 6 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931, l-inklużjoni inizjali ta’ persuna jew ta’ entità fil-lista kontenzjuża tippreżumi l-eżistenza ta’ deċiżjoni nazzjonali li toriġina minn awtorità kompetenti jew ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li tkun tordna sanzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, tali kundizzjoni ma hijiex prevista fl-Artikolu 1(6) ta’ din il-pożizzjoni komuni, li skontha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Għandha ssir reviżjoni ta’ l-ismijiet tal-persuni jew entitajiet fil-lista ta’ l-Anness, għall-inqas darba kull sitt xhur biex jiġi assigurat li hemm raġunijiet biex jinżammu fuq il-lista.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Din id-distinzjoni hija spjegata mill-fatt li, kif ġie rrilevat fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, iż-żamma ta’ persuna jew ta’ entità fil-lista ta’ ffriżar ta’ fondi tikkostitwixxi, essenzjalment, l-estensjoni tal-inklużjoni inizjali u tippreżumi, għaldaqstant, il-persistenza ta’ riskju ta’ involviment tal-persuna jew tal-entità kkonċernata f’attivitajiet terroristiċi, kif ġie kkonstatat inizjaliment mill-Kunsill, abbażi tad-deċiżjoni nazzjonali li serviet bħala bażi għal din l-inklużjoni inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 jirrikjedi li l-Kunsill iwettaq, tal-inqas darba kull semester, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, sabiex jiżgura ruħu li ż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[żamma]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> f’din il-lista ta’ persuna jew ta’ entità li diġà ġiet inkluża fl-imsemmija lista, abbażi ta’ deċiżjoni nazzjonali adottata minn awtorità kompetenti, għadha ġġustifikata, ma jirrikjedix madankollu li kull element ġdid li l-Kunsill jipprevalixxi ruħu minnu sabiex jiġġustifika ż-żamma tal-persuna jew tal-entità kkonċernata fil-lista kontenzjuża għandu jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni nazzjonali adottata minn awtorità kompetenti suċċessivament għal dik li tkun serviet bħala bażi għall-inklużjoni inizjali. Billi imponiet tali rekwiżit, il-Qorti Ġenerali ttrasponiet il-kundizzjoni marbuta mal-eżistenza ta’ tali deċiżjoni, stabbilita fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931, unikament bil-ħsieb tal-inklużjoni inizjali ta’ persuna jew ta’ entità fl-imsemmija lista, għar-reviżjonijiet li jinkombu lill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 1(6) ta’ din il-pożizzjoni komuni. B’hekk, il-Qorti Ġenerali injorat id-distinzjoni eżistenti bejn id-deċiżjoni ta’ inklużjoni inizjali ta’ persuna jew ta’ entità fil-lista kontenzjuża u d-deċiżjoni sussegwenti konsistenti fiż-żamma tal-persuna jew tal-entità kkonċernata f’din il-lista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Sussegwentement, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 adottata mill-Qorti Ġenerali hija msejsa, tal-inqas impliċitament, fuq il-kunsiderazzjoni li jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jadottaw b’mod regolari deċiżjonijiet li jistgħu jservu bħala bażi għar-reviżjonijiet li għandhom isiru mill-Kunsill, skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931, jew li l-Kunsill għandu l-possibbiltà li jitlob, f’każ ta’ bżonn, lil dawn l-awtoritajiet sabiex jadottaw tali deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, din l-aħħar kunsiderazzjoni ma hija bl-ebda mod fondata fid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi speċifikat, minn naħa, li l-fatt li l-Istati Membri jinformaw lill-Kunsill bid-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u jittrażmettulu dawn id-deċiżjonijiet ma jfissrix li dawn l-awtoritajiet huma obbligati li jadottaw b’mod regolari jew, tal-inqas, f’każ ta’ bżonn deċiżjonijiet li jistgħu jservu bħala bażi għal dawn ir-reviżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fl-assenza ta’ kull bażi speċifika fil-kuntest tas-sistema ta’ miżuri restrittivi stabbilita mill-Pożizzjoni Komuni 2001/931, il-prinċipju ta’ koperazzjoni leali, sanċit fl-Artikolu 4(3) TUE, ma jawtorizzax lill-Kunsill li jobbliga lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jadottaw, f’każ ta’ bżonn, deċiżjonijiet nazzjonali li jistgħu jservu bħala bażi għar-reviżjonijiet li għandhom isiru mill-Kunsill, abbażi tal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, hemm lok li jiġi rrilevat li din is-sistema ma tipprovdix għal mekkaniżmu li jippermetti lill-Kunsill jiġi pprovdut, f’każ ta’ bżonn, b’deċiżjonijiet nazzjonali adottati wara l-inklużjoni inizjali tal-persuna jew tal-entità kkonċernata fil-lista kontenzjuża sabiex iwettaq ir-reviżjonijiet li huwa għandu jwettaq skont l-Artikolu 1(6) ta’ din il-Pożizzjoni Komuni u li fil-kuntest tagħhom huwa obbligat li jivverifika l-persistenza tar-riskju ta’ involviment ta’ din il-persuna jew ta’ din l-entità f’attivitajiet terroristiċi. Fl-assenza ta’ tali mekkaniżmu, ma jistax jiġi kkunsidrat li din is-sistema tirrekjedi lill-Kunsill li jwettaq dawn ir-reviżjonijiet esklużivament abbażi ta’ tali deċiżjonijiet nazzjonali, u dan sabiex ma jiġux indebitament ristretti l-mezzi li l-Kunsill għandu għal dan l-iskop.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-aħħar, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, għall-kuntrarju ta’ dak li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat, b’mod partikolari fil-punt 110 tas-sentenza appellata, l-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 lanqas ma hija ġġustifikata min-neċessità li jiġu protetti l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, fir-rigward tal-inklużjoni inizjali fil-lista kontenzjuża, il-persuna jew l-entità kkonċernata hija protetta, b’mod partikolari, mill-possibbiltà li tikkontesta kemm id-deċiżjonijiet nazzjonali li servew bħala bażi għal din l-inkużjoni quddiem il-qrati nazzjonali kif ukoll l-imsemmija inklużjoni, innifisha, quddiem il-qrati tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta’ ffriżar ta’ fondi sussegwenti, il-persuna jew l-entità kkonċernata hija protetta, b’mod partikolari, mill-possibbiltà li teżerċita azzjoni kontra dawn tal-aħħar quddiem il-qorti tal-Unjoni. Din tal-aħħar hija obbligata li tivverifika, b’mod partikolari, minn naħa, l-osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE u, għaldaqstant, in-natura suffiċjentement preċiża u konkreta tal-motivi invokati, kif ukoll, min-naħa l-oħra, il-punt dwar jekk dawn il-motivi humiex sostnuti (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-584/10 P, C-593/10 P u C-595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0119">119</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kunsill vs Fulmen u Mahmoudian</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-280/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:775">EU:C:2013:775</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, hemm lok li jiġi speċifikat li l-persuna jew l-entità kkonċernata tista’, fil-kuntest ta’ azzjoni ppreżentata kontra ż-żamma fil-lista kontenzjuża, tikkontesta l-elementi kollha li fuqhom il-Kunsill jibbaża ruħu sabiex juri l-persistenza tar-riskju tal-involviment tagħha f’attivitajiet terroristiċi, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk dawn l-elementi humiex ibbażati fuq deċiżjoni nazzjonali adottata minn awtorità kompetenti jew minn sorsi oħra. F’każ ta’ kontestazzjoni, il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-fondatezza tal-fatti allegati u l-qorti tal-Unjoni għandha tivverifika l-eżattezza materjali ta’ dawn tal-aħħar (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/10 P, C-593/10 P u C-595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0121">121</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kunsill vs Fulmen u Mahmoudian</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-280/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:775">EU:C:2013:775</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kunsill kien kiser l-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 meta bbaża ruħu, fl-espożizzjonijiet tal-motivi marbuta mal-atti kontenzjużi, fuq elementi miksuba minn sorsi li ma humiex deċiżjonijiet nazzjonali adottati minn awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kkonstatat mill-Qorti Ġenerali, hemm lok li jitfakkar li l-evalwazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, tan-natura suffiċjenti, jew le, tal-motivazzjoni hija suġġetta għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-584/10 P, C-593/10 P u C-595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0140">140</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-punt 141 tas-sentenza appellata jirriżulta li, sabiex tikkonstata l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha unikament fuq l-assenza ta’ riferiment, fir-rigward tal-lista tal-atti terroristiċi mwettqa mill-Hamas sa mis-sena 2005, li tinsab fl-espożizzjonijiet tal-motivi marbuta mal-atti kontenzjużi, għal deċiżjonijiet nazzjonali li joriġinaw minn awtoritajiet kompetenti. Il-konstatazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni b’hekk tikkostitwixxi l-konsegwenza diretta tal-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931, li fir-rigward tagħha ġie stabbilit li din kienet ivvizzjata minn żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-iżball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-interpretazzjoni tagħha ta’ dan l-Artikolu 1 iwassal sabiex jivvizzja wkoll bi żball ta’ liġi l-konstatazzjoni tagħha dwar il-ksur, mill-Kunsill, tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li t-tieni parti tal-ewwel aggravju għandha, għalhekk, tintlaqa’, jeħtieġ li tiġi annullata s-sentenza appellata fl-intier tagħha fuq din il-bażi, mingħajr il-bżonn li tingħata deċiżjoni fuq it-tieni u t-tielet aggravji tal-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, hija tista’ jew tiddeċiedi definittivament il-kawża hija stess, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li l-Qorti Ġenerali tat deċiżjoni biss fuq ir-raba’ u s-sitt motiv tat-talba tal-Hamas intiża għall-annullament tal-atti adottati mill-Kunsill mix-xahar ta’ Lulju 2011 sax-xahar ta’ Lulju 2014 u l-motivi l-oħra invokati quddiem il-Qorti Ġenerali jqajmu, parzjalment, kwistjonijiet ta’ evalwazzjoni tal-fatti, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-kawża ma tinsabx fi stadju li tiġi deċiża u li hemm lok li l-kawża tiġi rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali filwaqt li jiġu rriżervati l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><HT TYPE="BOLD">Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</HT></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141217">17 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Hamas vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-400/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1095">EU:T:2014:1095</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża hija rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>