|
2.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 61/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/288
tat-28 ta’ Frar 2020
li jemenda għat-311-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-23 ta' Frar 2020, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ entrati fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Aġent Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi”:
|
1. |
“L-Istat Iżlamiku fil-Provinċja tal-Afrika tal-Punent (ISWAP) (magħruf ukoll bħala: (a) L-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante – l-Afrika tal-Punent (ISIL-WA); (b) L-Istat Iżlamiku tal-Iraq u s-Sirja – l-Afrika tal-Punent (ISIS-WA); (c) L-Istat Iżlamiku tal-Iraq u s-Sirja fil-Provinċja tal-Afrika tal-Punent (ISISWAP); (d) L-Istat Iżlamiku tal-Iraq u l-Levante – l-Afrika tal-Punent). Informazzjoni oħra: Assoċjat mal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq). Ġie ffurmat f’Marzu 2015 minn Abubakar Shekau. Sottogrupp dissidenti li nqata’ minn ma’ Jama'atu Ahlis Sunna Lidda'Awati Wal-Jihad (Boko Haram). Wettaq attakki terroristiċi fin-Niġerja. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7e(e): 23.2.2020.” |
|
2. |
“L-Istat Iżlamiku fil-Gran Saħara (ISGs) (magħruf ukoll bħala: (a) L-Istat Iżlamiku fl-Iraq u s-Sirja – il-Gran Saħara (ISIS-GS); (b) L-Istat Iżlamiku fl-Iraq u s-Sirja – il-Gran Saħara (ISIS-GS); (c) L-Istat Iżlamiku tal-Iraq u l-Levante – il-Gran Saħara (ISIL-GS); (d) L-Istat Iżlamiku tal-Gran Saħel; (e) ISIS fil-Gran Saħel; (f) ISIS fil-Gran Saħara; (g) ISIS fis-Saħel Iżlamiku). Informazzjoni oħra: Ġie ffurmat f’Mejju 2015 minn Adnan Abu Walid al-Sahraoui. Assoċjat mal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq). Sottogrupp dissidenti li nqata’ minn ma’ Al-Mourabitoun. Wettaq attakki terroristiċi fil-Mali, fin-Niġer u fil-Burkina Faso. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7e(e): 23.2.2020.” |