21.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/28


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9102 — Carlyle/Investindustrial/B&B Italia/Louis Poulsen/Flos)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 338/15)

1.   

Fl-14 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CEP IV Daisy S.à r.l., ikkontrollata minn The Carlyle Group (flimkien “Carlyle”, l-Istati Uniti),

—

Investindustrial Vehicle, ikkontrollata mill-Investindustrial Group (flimkien “Investindustrial”, ir-Renju Unit),

—

B&B Italia SpA (“B&B Italia”, l-Italja),

—

Louis Poulsen A/S (“Louis Poulsen”, id-Danimarka),

—

Flos SpA (“Flos”, l-Italja).

Carlyle u Investindustrial jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ B&B Italia, Flos u Louis Poulsen fl-intier tagħhom. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Carlyle: bħala maniġer tal-assi alternattivi globali, iġġestixxi fondi li jinvestu globalment f’kapital ta’ akkwiżizzjoni u ta’ tkabbir, proprjetà immobbli, infrastruttura u enerġija, kreditu strutturat, fondi ta’ ħħeġġjar, dejn tas-suq tan-nofs u ekwità privata,

—   għal Investindustrial: bħala grupp Ewropew ta’ kumpaniji ta’ investiment, azzjonarji u ta’ konsulenza finanzjarja, li jinvesti f’kumpaniji ta’ daqs medju attivi f’setturi bħal servizzi ta’ manifattura industrijali, ta’ bejgħ bl-imnut, ta’ divertiment u tan-negozju,

—   għal B&B Italia: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ għamara ta’ disinjaturi b’enfasi fuq għamara ta’ ġewwa u ta’ barra għal applikazzjonijiet residenzjali, inkluża għamara għas-salotti, għall-kmamar tas-sodda u għall-kċejjen, kif ukoll apparati tad-dawk għal ġewwa,

—   għal Louis Poulsen: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ soluzzjonijiet għad-dawl minn disenjaturi, inklużi prodotti tad-dawl għal barra u għal ġewwa għal użu professjonali jew mill-konsumaturi,

—   għal Flos: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ soluzzjonijiet għad-dawl minn disenjaturi, inklużi prodotti tad-dawl għal barra u għal ġewwa għal użu professjonali jew mill-konsumaturi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati jressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata kull darba:

M.9102 — Carlyle/Investindustrial/B&B Italia/Louis Poulsen/Flos

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.