|
4.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 1/5 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007
li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokumenti sottomessi għal eżaminazzjoni dettaljata fid-dawl tal-possibbiltà ta’ inklużjoni ta’ l-ipconazole u l-maltodextrin f’Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6479)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/20/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi għall-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. |
|
(2) |
Dokument għas-sustanza attiva Ipconazole kien ippreżentat minn Kureha GmbH li tar-Renju Unit fit-30 ta’ Marzu 2007 b’applikazzjoni għall-kisba ta’ l-inklużjoni tagħha fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dwar il-maltodextrin il-Biological Crop Protection Ltd. kienet ressqet dokument lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-2 ta’ Lulju 2007, flimkien ma’ applikazzjoni biex din is-sustanza tiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, fuq eżami preliminari, id-dokumenti għas-sustanzi attivi kkonċernati jidhru li jissodisfaw il-ħtiġiet tad-dettalji u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dokumenti li tressqu jidhru wkoll li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skond l-Artikolu 6(2) għad-Direttiva 91/414/KEE, id-dokumenti sussegwentement intbagħtu mill-applikant lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra, u ġew riferuti lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali. |
|
(4) |
B’din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b’mod formali fil-livell Komunitarju li d-dokumenti jitqiesu li jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għall-inqas għal prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni m’ għandhiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant jippreżenta data jew tagħrif ulterjuri sabiex jiċċara ċerti punti fid-dokument. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dokumenti li jikkonċernaw is-sustanzi attivi identifikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, li tressqu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi fl-Anness I għal dik id-Direttiva, jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva.
Id-dokumenti jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, fid-dawl ta’ l-użi proposti.
Artikolu 2
L-Istat Membru relatur għandu jeżamina fid-dettall id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet ta’ l-eżami tiegħu flimkien ma’ rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew le fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kundizzjoni dwar dawn l-inklużjonijiet mill-iktar fis u mhux aktar tard minn perjodu ta’ sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).
ANNESS
IS-SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA B’DIN ID-DEĊIŻJONI
|
Isem Komuni, Numru ta’ Identifikazzjoni CIPAC |
L-applikant |
Id-data ta’ l-applikazzjoni |
Stat Membru Relatur |
|
Ipconazole Nru CIPAC: 798 |
Kureha GmbH |
fit-30 ta’ Marzu 2007 |
Renju Unit |
|
Maltodextrin Nru CIPAC: 801 |
Biological Crop Protection Ltd |
fit-2 ta’ Lulju 2007 |
Renju Unit |