|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5171 |
20.8.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11623 – BPCE / SGEF)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5171)
1.
Fid-9 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BPCE Group (Franza), (2) |
|
— |
in-negozju tal-finanzjament għall-apparat ta’ Société Générale (“SGEF”), (Franza), li jappartjeni għal Générale S.A. (Franza). |
BPCE Group se jakkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-intier ta’ SGEF.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
BPCE Group jopera fis-setturi tal-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur u tal-assigurazzjoni fi Franza u huwa attiv ukoll madwar id-dinja permezz tas-servizzi tal-immaniġġjar ta’ assi u ta’ ġid ipprovduti minn Natixis Investment Managers u l-attivitajiet bankarji bl-ingrossa ta’ Natixis Corporate & Investment Banking. BPCE Group, permezz ta’ BPCE Lease, huwa attiv ukoll fis-settur tal-lokazzjoni, |
|
— |
SGEF hija attiva fis-settur tal-lokazzjoni fl-Ewropa, fil-Brażil u fl-Istati Uniti, u tispeċjalizza fil-finanzjament għall-apparat professjonali u tal-bejjiegħ f’erba’ setturi kbar: it-trasport, l-apparat industrijali, it-teknoloġija, u s-settur mediku u ambjentali. SGEF toffri firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet għall-finanzjament tal-apparat (inklużi b’mod partikolari self, lokazzjonijiet finanzjarji, lokazzjonijiet operatorji u lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri) u servizzi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (3), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha tiġi speċifikata dejjem:
M.11623 – BPCE / SGEF
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) inkluża BPCE S.A,
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5171/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)