15.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/13


Irtirar ta’ avviż ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9097 — Boeing/Embraer)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 167/05)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004

Fit-30 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet avviż (1) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

Fl-4 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedimenti (3) skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Ibbażata fuq dikjarazzjonijiet mill-partijiet u evidenza fil-file, il-konċentrazzjoni, kif notifikata mill-partijiet, kienet ikkonsidrata bħala li ġiet abbandonata għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet.


(1)  ĠU C 304, 9.9.2019, p. 3.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(3)  ĠU C 347, 14.10.2019, p. 8.