Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għal opinjoni mogħtija mis-servizz legali tal-Kunsill (dokument Nru 6865/09) dwar l-abbozz ta’ emendi tal-Parlament Ewropew għall-proposta ta’ regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2) ClientEarth hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3) Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.