25.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 197/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 705/2008

ta’ l-24 ta’ Lulju 2008

li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 243/2008 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fuq l-awtoritajiet illegali tal-gżira ta' Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2008/611/PESK tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Lulju 2008 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-gvern illegali tal-gżira t'Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Wara li kkunsidra talba għall-appoġġ mill-President tal-Kummissjoni ta’ l-Unjoni Afrikana, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK (2) li timponi ċerti miżuri restrittivi fuq il-gvern illegali t’Anjouan u ċerti persuni assoċjati. Il-miżuri restrittivi previsti minn dik il-Pożizzjoni Komuni jinkludu l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi tal-persuni kkonċernati, li ġew implimentati fil-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 243/2008 (3).

(2)

B'segwitu għall-azzjoni militari tal-25 ta’ Marzu 2008 u l-istabbiliment mill-ġdid ta’ l-awtorità tal-gvern ta’ l-Unjoni tal-Komoros fil-gżira ta’ Anjouan, il-Pożizzjoni Komuni 2008/611/PESK tipprevedi t-tħassir tal-miżuri restrittivi imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 243/2008 għandu għalhekk jiġi mħassar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 243/2008 huwa b'dan mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(1)  Ara paġna 59 ta’ dan il-ĠU.

(2)   ĠU L 59, 4.3.2008, p. 32.

(3)   ĠU L 75, 18.3.2008, p. 53.