|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2405 |
13.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2405
tat-12 ta’ Settembru 2024
li jikkanċella l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja tal-prodott bijoċidali uniku “SchwabEX-Guard” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/114
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ Jannar 2022, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/114 (2) ta awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0025436-0000 lid-detentur tal-awtorizzazzjoni Sumitomo Chemical Agro Europe SAS għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-istess prodott bijoċidali uniku “SchwabEX-Guard” f’konformità mal-Artikolu 44(5) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(2) |
Fil-21 ta’ Marzu 2024, f’konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, Sumitomo Chemical Agro Europe SAS ippreżentat talba biex din l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tiġi kkanċellata lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”). It-talba ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-QP093655-06 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali. |
|
(3) |
Sumitomo Chemical Agro Europe SAS ipprovdiet li t-talba saret minħabba raġunijiet kummerċjali. |
|
(4) |
Fil-25 ta’ Marzu 2024, l-Aġenzija bagħtet it-talba lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, jixraq li l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “SchwabEX-Guard” tiġi kkanċellata fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u konsegwentement li jitħassar ir-Regolament (UE) 2022/114. |
|
(6) |
Huwa xieraq ukoll li jingħata perjodu ta’ konċessjoni għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-ħażniet eżistenti f’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “SchwabEX-Guard” mogħtija bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/114 lil Sumitomo Chemical Agro Europe SAS bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0025436–0000 hija kkanċellata.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/114 jitħassar.
Artikolu 3
Il-prodott bijoċidali “SchwabEX-Guard” ma għandhomx ikomplu jitqiegħdu fis-suq mit-3 ta’ April 2025 u l-istokkijiet eżistenti ta’ tali prodotti bijoċidali ma għandhomx jibqgħu jintużaw mit-3 ta’ Ottubru 2025.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/114 tas-26 ta’ Jannar 2022 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “SchwabEX-Guard” (ĠU L 19, 28.1.2022, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/114/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2405/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)