|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/265 |
18.1.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/265
tas-17 ta’ Jannar 2024
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kumpless taż-żingu (II)–betaina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr l-annimali akkwatiċi mrobbija fis-sistemi tal-akkwakultura tal-baħar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kumpless taż-żingu (II)–betaina. Ma’ dik l-applikazzjoni ngħataw ukoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kumpless taż-żingu (II)–betaina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”, u fil-grupp funzjonali “komposti ta’ mikroelementi”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-11 ta’ Jannar 2023 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-kumpless taż-żingu (II)–betaina hu sikur għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u għall-konsumaturi, diment li ma jinqabżux il-livelli massimi awtorizzati għaż-żingu totali fl-għalf. Fir-rigward tas-sikurezza tal-kumpless taż-żingu (II)–betaina għall-ambjent, id-data disponibbli ma tippermettix li ssir konklużjoni dwar is-sikurezza tiegħu għas-sediment tal-baħar meta dik is-sustanza tintuża fil-gaġeġ tal-baħar. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-kumpless taż-żingu (II)–betaina jitqies bħala sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda minħabba l-preżenza tan-nikil. Jirrita l-għajnejn, iżda mhux il-ġilda. L-Awtorità kkonkludiet li s-sustanza hi effikaċi bħala sors taż-żingu biex tkopri r-rekwiżiti tal-annimali. L-Awtorità dehrilha li ma kienx hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni jidhrilha li l-kumpless taż-żingu (II)–betaina jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dik is-sustanza jiġi awtorizzat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex ikunu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li taqa’ fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “komposti ta’ mikroelementi”, hi awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2023; 21(2):7819.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kontenut tal-element (Zn) f’mg/kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta’ mikroelementi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3b616 |
Kumpless taż-żingu (II)–betaina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kumpless taż-żingu (II)–betaina b’minimu ta’ 20 % żingu u minimu ta’ 41 % betaina Nikil: massimu ta’ 60 mg/kg Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi Isem: katena-[μ3-sulfto- (trimetilammonjo)aċetato-żingu(II)] Formola kimika: [Zn((CH3)3NCH2COO) (SO4)]n Speċifikazzjonijiet
Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni taż-żingu totali fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni taż-żingu totali fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni taż-żingu totali fl-għalf kompost:
Għall-kwantifikazzjoni tal-betaina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-kubrit u tas-sulfat fl-addittiv tal-għalf:
Prova ta’ formazzjoni kumplessa bejn iż-żingu, il-betaina u s-sulfat: Diffrazzjoni tar-raġġi X tat-trab (XRD) (2) |
|
— |
— |
200 |
|
is-7 ta’ Frar 2034 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
— |
— |
150 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
— |
— |
180 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Speċijiet u kategoriji oħra għajr l-annimali akkwatiċi mrobbija fis-sistemi tal-akkwakultura tal-baħar |
— |
— |
120 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Stoe Stadi P diffratometru fil-ġeometrija tal-Guinier bl-użu tar-radjazzjoni Cu-Κα1 (Johann Gemonochromator) u detettur tal-istoe imageplate IP-PSD.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/265/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)