<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-729/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0729</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:721">EU:T:2018:721</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>23</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20181025">25.10.2018</DATE> – Kawża T‑729/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">PO <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs SEAE</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>SEAE</KEYWORD><KEYWORD>Remunerazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Uffiċjali assenjati fid-delegazzjoni ta’ Beijing</KEYWORD><KEYWORD>Allowances tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Allowance tal-edukazzjoni għas-sena 2015/2016</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD><KEYWORD>Qabża tal-limitu massimu stabbilit għall-pajjiżi terzi</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li jiġi stabbilit limitu massimu għar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi f’każijiet eċċezzjonali</KEYWORD><KEYWORD>DĠI</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-729/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">PO</HT>, uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea,</P><P><HT TYPE="BOLD">PP</HT>, uffiċjal tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna,</P><P><HT TYPE="BOLD">PQ</HT>, uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea,</P><P><HT TYPE="BOLD">PR</HT>, uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea,</P><P>inizjalment irrappreżentati minn N. de Montigny u J.-N. Louis, u sussegwentement minn N. de Montigny, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)</HT>, irrappreżentat minn S. Marquardt u R. Spac, bħala aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukati,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tas-SEAE li għas-sena skolastika 2015/2016, ma jirrimborsax lir-rikorrenti għall-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-ammont li jikkorrispondi għal-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi (sitt darbiet il-limitu bażiku), miżjud b’EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> (total ta’ EUR 27 788.40),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn D. Gratsias, President, I. Labucka u A. Dittrich (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: M. Marescaux, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-miżuri kkontestati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, PO, PP, PQ u PR, kienu ġew assenjati fid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina f’Beijing bħala membri tal-persunal tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">PO</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110826">26 ta’ Awwissu 2011</DATE>, PO ġie assenjat lid-Delegazzjoni tal-Unjoni fiċ-Ċina f’Beijing fl-interess tas-servizz. Meta wasal fiċ-Ċina, huwa rreġistra lit-tfal tiegħu fil-British School of Beijing.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20150909">9 ta’ Settembru 2015</DATE>, skont l-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), PO talab ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi (allowance tal-edukazzjoni B) għas-sena 2015/2016 li qabżu l-limitu massimu li din id-dispożizzjoni tipprovdi għall-uffiċjali assenjati f’pajjiż terz, li jikkorrispondi għal sitt darbiet il-limitu bażiku għal allowance tal-edukazzjoni skont l-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Għas-sena 2015/2016, il-limitu bażiku tal-allowance tal-edukazzjoni kien ta’ EUR 260.95 fix-xahar għal kull tifel/tifla u l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi kien ta’ EUR 1 565.70 fix-xahar, jiġifieri EUR 18 788.40 fis-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, PO rċieva posta elettronika mill-Awtorità tal-Ħatra (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Awtorità tal-Ħatra<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) li informatu bil-fatt li r-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi għal kull tifel/tifla kien limitat għal livell li jikkorrispondi għall-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi miżjud b’EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> (EUR 28 788.40 fis-sena). Id-differenza bejn l-allowances skolastiċi li rċieva PO u l-ispejjeż skolastiċi sostnuti minnu għat-tfal tiegħu għas-sena skolastika 2015/2016 kienet tammonta għal EUR 17 330.11.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20160307">7 ta’ Marzu 2016</DATE>, wara talba ta’ PO, dan tal-aħħar ġie informat bil-fatt li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>posta elettronika tat-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> kienet tikkostitwixxi d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li fir-rigward tagħha huwa seta’ jressaq ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160315">15 ta’ Marzu 2016</DATE>, PO ressaq ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kontra l-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>, l-Awtorità tal-Ħatra adottat deċiżjoni li tiċħad l-ilment ta’ PO.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">PP</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20150801">1 ta’ Awwissu 2015</DATE>, PP ġie assenjat lid-Delegazzjoni tal-Unjoni fiċ-Ċina f’Beijing fl-interess tas-servizz. Fid-dawl tal-wasla tiegħu fiċ-Ċina, fid-<DATE ISO="20150519">19 ta’ Mejju 2015</DATE>, huwa rreġistra lit-tfal tiegħu fid-Dulwich College Beijing.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150825">25 ta’ Awwissu 2015</DATE>, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, PP talab ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi (allowance tal-edukazzjoni B) għas-sena 2015/2016 li jaqbżu l-limitu massimu stabbilit għall-pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, PP rċieva posta elettronika mill-Awtorità tal-Ħatra, li informatu bil-fatt li r-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi għal kull tifel/tifla kien limitat għal livell li jikkorrispondi għall-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi miżjud b’EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>. Minn referenza fit-tmiem ta’ din il-posta elettronika jirriżulta li din tal-aħħar intbagħtet biss b’għan informattiv u ma kinitx tikkostitwixxi deċiżjoni li tikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal. Id-differenza bejn l-allowances tal-edukazzjoni li rċieva PP u l-ispejjeż skolastiċi sostnuti minnu għat-tfal tiegħu għas-sena skolastika 2015/2016 kienet tammonta għal EUR 23 791.93.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>, fuq talba ta’ PP, l-Awtorità tal-Ħatra kkonfermat li huwa kien ser jirċievi biss somma għal kull tifel/tifla li tikkorrispondi għal-limitu massimu stabbilit għall-pajjiżi terzi miżjud b’EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160113">13 ta’ Jannar 2016</DATE>, PP informa lill-Awtorità tal-Ħatra bil-konsegwenzi finanzjarji li kienu ser jirriżultaw għalih u talab sabiex jirċievi d-deċiżjoni finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>, PP ġie informat bil-fatt li d-deċiżjoni finali kienet il-posta elettronika tal-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20160316">16 ta’ Marzu 2016</DATE>, PP ippreżenta lment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kontra l-posta elettronika tal-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE> u, sa fejn kien neċessarju, kontra l-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> u r-rendikont tal-paga tiegħu ta’ Frar 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>, is-SEAE adotta deċiżjoni li ċaħdet l-ilment ta’ PP.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">PQ</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-2015, PQ ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għal pożizzjoni fid-delegazzjoni tal-Unjoni fiċ-Ċina, f’Beijing. Fid-<DATE ISO="20151019">19 ta’ Ottubru 2015</DATE>, ġie propost lilu sabiex jokkupa din il-pożizzjoni mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE>, PQ talab ħlas bil-quddiem tal-allowance tal-edukazzjoni kif ukoll ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi (allowance tal-edukazzjoni B), għas-sena 2015/2016 li jaqbżu l-limitu massimu stabbilit għall-pajjiżi terzi, abbażi tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, PQ irċieva posta elettronika tal-Awtorità tal-Ħatra li informatu bil-fatt li r-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi għal kull tifel/tifla kien limitat għal livell li jikkorrispondi għall-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi miżjud b’EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>. Minn referenza fit-tmiem din il-posta elettronika jirriżulta li din tal-aħħar intbagħtet biss b’għan informattiv u ma kinitx tikkostitwixxi deċiżjoni li tikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal. L-ammont tal-ispejjeż skolastiċi kien ġie kkalkolat prorata għal tmien xhur fuq tnax.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Meta wasal fiċ-Ċina fl-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, PQ irreġistra lit-tfal tiegħu fil-Western Academy of Beijing. Id-differenza bejn l-allowances tal-edukazzjoni li rċieva PQ u l-ispejjeż skolastiċi sostnuti minnu għas-sena skolastika 2015/2016 kienet ta’ EUR 10,011.94.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160314">14 ta’ Marzu 2016</DATE>, PQ ippreżenta lment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kontra l-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>, is-SEAE adotta deċiżjoni li ċaħdet l-ilment ta’ PQ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">D.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">PR</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20130814">14 ta’ Awwissu 2013</DATE>, PR bdiet l-funzjonijiet tagħha fid-delegazzjoni tal-Unjoni fiċ-Ċina, f’Beijing. Meta waslet fiċ-Ċina, hija rreġistrat lil tnejn mit-tfal tagħha fil-Western Academy of Beijing.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150925">25 ta’ Settembru 2015</DATE>, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, PR talbet ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi (allowance tal-edukazzjoni B) għas-sena 2015/2016 li jaqbżu l-limitu massimu stabbilit għall-pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, PR irċeviet posta elettronika mill-Awtorità tal-Ħatra, li informatha bil-fatt li r-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi għal kull tifel/tifla kien limitat għal livell li jikkorrispondi għall-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi miżjud b’EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>. Minn referenza fit-tmiem ta’ din il-posta elettronika jirriżulta li din tal-aħħar intbagħtet biss b’għan informattiv u ma kinitx tikkostitwixxi deċiżjoni li tikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal. Id-differenza bejn l-allowances tal-edukazzjoni li tirċievi PR u l-ispejjeż skolastiċi sostnuti minnha għat-tfal tagħha għas-sena skolastika 2015/2016 kienet ta’ EUR 17 960.45.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20160107">7 ta’ Jannar 2016</DATE>, wara talba, l-Awtorità tal-Ħatra kkonfermat lil PR li l-ammont li kienet ser tirċievi għall-allowance tal-edukazzjoni għal kull tifel/tifla ma kienx ser jaqbeż il-livell li jikkorrispondi għal-limitu massimu stabbilit għall-pajjiżi terzi miżjud b’EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160304">4 ta’ Marzu 2016</DATE>, PR talbet li tintbagħtilha deċiżjoni uffiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20160307">7 ta’ Marzu 2016</DATE>, PR irċeviet posta elettronika tal-Awtorità tal-Ħatra, li informatha li l-att li jikkawża preġudizzju kienet il-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160312">12 ta’ Marzu 2016</DATE>, PR ippreżentat ilment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal kontra l-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>, is-SEAE adotta deċiżjoni li ċaħdet l-ilment ta’ PR.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ir-rikorrenti ressqu dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20170106">6 ta’ Jannar 2017</DATE>, is-SEAE ppreżenta r-risposta tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentaw ir-replika tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170503">3 ta’ Mejju 2017</DATE>, is-SEAE ppreżenta l-kontroreplika tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, stiednet lis-SEAE sabiex jippreżenta xi dokumenti. Is-SEAE kkonforma ma’ din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla lid-Deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>li jiġu limitati għal EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> l-ispejjeż skolastiċi sostnuti minnhom<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>;</P></ITEM><ITEM><P>sa fejn ikun neċessarju, tannulla:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-posta elettronika tal-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>kull posta elettronika oħra li tikkonferma lid-Deċiżjoni tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>il-formoli ta’ evalwazzjoni tal-allowance tal-edukazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>ir-rendikonti tal-paga li jsemmu l-ammont tal-allowance tal-edukazzjoni li ngħatat;</P></ITEM></LIST></P></ITEM><ITEM><P>sa fejn ikun neċessarju, tannulla lid-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-ilmenti tagħhom tal-<DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Is-SEAE jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiddikjara lir-rikors ammissibbli, iżda infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż tal-istanza.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE, tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 201, p. 30</REF.DOC.OJ>), is-SEAE huwa korp tal-Unjoni Ewropea funzjonalment awtonomu, isseparat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea, u li għandu l-kapaċità legali meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu u jilħaq l-objettivi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2010/427, ir-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll il-kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, japplikaw għall-aġenti tas-SEAE. Minn naħa tiegħu, l-Artikolu 1B(a) tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi li, sakemm mhux previst mod ieħor, is-SEAE huwa assimilat, għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal, mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan tat-talbiet għall-annullament tar-rikorrenti, għandu jiġi nnotat li dawn tal-aħħar jikkonċernaw prinċipalment lill-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> kif ukoll lid-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti u li huwa biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>sa fejn ikun neċessarju<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> li r-rikorrenti għandhom jitolbu l-annullament tal-posta elettronika sussegwenti għal dik tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, tal-formoli ta’ evalwazzjoni tal-allowance tal-edukazzjoni, u tar-rendikonti tal-paga li jsemmu l-ammont tal-allowance tal-edukazzjoni rċevuta. Fid-dawl tal-għan tat-talbiet għal annullament, fl-ewwel lok, ser ikunu eżaminati t-talbiet għall-annullament li jikkonċernaw lill-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, kif ukoll id-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti u, fit-tieni lok, it-talbet għall-annullament l-oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talbiet għall-annullament li jikkonċernaw lill-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> u d-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħhom għall-annullament tal-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> kif ukoll tad-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel motiv, huma jsostnu li, peress li l-każijiet tagħhom huma eċċezzjonali, huma kellhom dritt għal rimbors sħiħ tal-ispejjeż skolastiċi skont l-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal. Dan id-dritt ma setgħax jiġi limitat minn kunsiderazzjonijiet ta’ ordni baġitarja. Fil-kuntest tal-ewwel motiv, huma jsostnu wkoll li f’kull każ, id-deċiżjonijiet ikkontestati kellhom jiġu bbażati fuq dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>DĠI<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), li s-SEAE kellu jadotta konformement mal-proċedura prevista mill-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-linji gwida tas-SEAE li jikkonċernaw l-allowances tal-edukazzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>linji gwida<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Awtorità tal-Ħatra kisret il-prinċipji tad-dritt primarju, bħalma huma d-drittijiet tat-tfal, id-dritt għal ħajja tal-familja, id-dritt għall-edukazzjoni, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, il-prinċipju taċ-ċertezza legali, il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif ukoll il-prinċipju tad-drittijiet miksuba u tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi analizzat l-argument imressaq minn PR fil-kuntest tar-raba’ motiv, li huwa bbażat fuq il-fatt li, fid-dawl tal-argumenti li kienet ressqet, il-motivazzjoni li tidher fil-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> u fid-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tagħha ma hijiex suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ser ikunu eżaminati l-argumenti li r-rikorrenti żviluppaw fil-kuntest tar-raba’ motiv u li huma intiżi sabiex juru li l-kunsiderazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, li tipprovdi li l-każijiet tagħhom ma humiex eċċezzjonali fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal hija vvizzjata minn żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandhom jiġu eżaminati l-argumenti tar-rikorrenti żviluppati fil-kuntest tal-ewwel sar-raba’ motivi intiżi li juru li, peress li dawn kienu jinsabu f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, is-SEAE kien obbligat iħallas l-ispejjeż skolastiċi sħaħ li jaqbżu l-limitu massimu stabbilit għall-pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, għandhom jiġu eżaminati l-argumenti tar-rikorrenti żviluppati fil-kuntest tat-tieni sar-raba’ motivi li jirrigwardaw il-limitazzjoni tar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi li wettqet l-Awtorità tal-Ħatra fil-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, għandhom jiġu analizzati l-argumenti tar-rikorrenti żviluppati b’mod partikolari fil-kuntest tal-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li s-SEAE kellu jadotta DĠI.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argument ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-kuntest tar-raba’ motiv, PR issostni li, fid-dawl tal-motivi li hija kienet ressqet, il-motivazzjoni tal-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> u tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tagħha ma hijiex suffiċjenti. L-Awtorità tal-Ħatra ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li hija kienet invokat fit-talba tagħha għar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi, li jiġġustifikaw rimbors sħiħ ta’ dawl l-ispejjeż. Ir-reġistrazzjoni tat-tfal tagħha fil-Western Academy of Beijing hija ġġustifikata, fil-fehma<?PAGE NO="7"?> tagħha, min-neċessità, għat-tfal tagħha, li jżommu u jtejbu l-livell tagħhom fil-lingwa materna Olandiża, fid-dawl tal-fatt li t-tfal tagħha kienu inizjalment edukati bl-Olandiż u probabbilment kienu ser ikomplu l-edukazzjoni tagħhom b’din il-lingwa jekk jirritornaw lura fis-snin li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal, li jikkostitwixxi biss repetizzjoni tal-obbligu ġenerali stabbilit mill-Artikolu 296 TFUE, għandu l-għan, minn naħa, li jagħti lill-interessat indikazzjoni biżżejjed sabiex jevalwa l-fondatezza tal-att li jikkawża preġudizzju fil-konfront tiegħu u l-opportunità li jippreżenta rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jippermetti lil dan tal-aħħar li jistħarreġ il-legalità tal-att (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050929">29 ta’ Settembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Napoli Buzzanca vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑218/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:343">EU:T:2005:343</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar ukoll li l-motivazzjoni ta’ deċiżjoni li tiċħad l-ilment għandha tikkoinċidi mal-motivazzjoni tad-deċiżjoni li kontriha kien sar l-ilment u tista’ tikkompleta lil din il-motivazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150116">16 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Trentea vs FRA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑107/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:20">EU:T:2015:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment ta’ PR, għandu jiġi nnotat li, b’mod partikolari fil-paġni 21 u 22 ta’ din id-deċiżjoni, l-Awtorità tal-Ħatra esponiet, essenzjalment, li anki f’xi każijiet eċċezzjonali fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, ma jeżistix l-obbligu awtomatiku għas-SEAE li tirrimborsa l-ammont sħiħ tal-ispejjeż skolastiċi sostnuti li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi. Din indikat ukoll li hija kellha d-dritt li tikkunsidra r-restrizzjonijiet baġitarji. Barra minn hekk, fil-paġni 20 u 21 ta’ din id-deċiżjoni, l-Awtorità tal-Ħatra ppreċiżat li d-dritt għall-edukazzjoni abbażi tal-Artikolu 14(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ma jkoprix l-edukazzjoni fi skola privata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dawn il-motivi ppermettew lil PR tifhem ir-raġunijiet għalfejn, minkejja ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li hija kienet invokat fit-talba tagħha għar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi, l-Awtorità tal-Ħatra kienet iddeċidiet li ma tħallasx lura l-ammont sħiħ ta’ dawn l-ispejjeż. Dawn il-motivi ppermettew ukoll lill-Qorti Ġenerali teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-motiv ta’ PR ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argumenti intiżi sabiex juru li l-kunsiderazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tgħid li l-każijiet tar-rikorrenti ma kinux eċċezzjonali hija vvizzjata minn żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Uħud mill-argumenti żviluppati mir-rikorrenti fil-kuntest tar-raba’ motiv jissuġġerixxu li l-Awtorità tal-Ħatra kienet ikkunsidrat inġustament li l-każijiet tar-rikorrenti ma kinux eċċezzjonali u li din il-kunsiderazzjoni kienet ivvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li dawn l-argumenti tar-rikorrenti huma bbażati fuq il-premessa li tgħid li, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, l-Awtorità tal-Ħatra ma kinitx ikkunsidrat li kienu jinsabu f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal tipprevedi li, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Awtorità tal-Ħatra, l-uffiċjal għandu jirċievi allowance tal-edukazzjoni biex ikopri l-ispejjeż attwali tal-edukazzjoni li ntefqu, bil-pagament jitħallas fuq il-preżentazzjoni ta’ dokumenti ta’ sostenn. It-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni tipprevedi li, ħlief f’każijiet eċċezzjonali deċiżi mill-Awtorità tal-Ħatra, din l-allowance ma tistax taqbeż<?PAGE NO="8"?> il-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi. Kif tindika l-aħħar sentenza, l-Awtorità tal-Ħatra hija għalhekk intitolata li tagħti rimbors li jaqbeż il-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi biss f’każijiet eċċezzjonali f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, l-ammont irrimborsat mis-SEAE għall-ispejjeż skolastiċi tat-tfal tagħhom jaqbeż il-limitu massimu stabbilit. Minn dan isegwi li l-Awtorità tal-Ħatra kkunsidrat li l-każijiet tar-rikorrenti kienu eċċezzjonali fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-premessa tar-rikorrenti li tgħid li l-Awtorità tal-Ħatra ma kinitx ikkunsidrat li huma jinsabu f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali hija għaldaqstant żbaljata. Għalhekk, l-argumenti tagħhom għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argumenti intiżi sabiex juru li l-Awtorità tal-Ħatra kienet marbuta sabiex tirrimborsa l-ammont sħiħ lir-rikorrenti tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti jqisu li l-każijiet tagħhom huma eċċezzjonali, l-Awtorità tal-Ħatra kienet marbuta sabiex tirrimborsa l-ammont sħiħ tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi. Insostenn ta’ dan l-argument, huma jressqu, fl-ewwel lok, argumenti intiżi għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal u, fit-tieni lok, xi argumenti bbażati fuq il-linji gwida.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argumenti intiżi għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li, abbażi tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Awtorità tal-Ħatra kienet marbuta li tirrimborsa l-ammont sħiħ tal-ispejjeż skolastiċi tagħhom li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi. Il-każijiet tagħhom huma eċċezzjonali minħabba l-fatt li, fil-fehma tagħhom, il-forom ta’ tagħlim f’Beijing li kienu adatti għat-tfal tagħhom iġġeneraw spejjeż skolastiċi li qabżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi. Insostenn tal-argument tagħhom, huma jsostnu argumenti bbażati fuq il-kliem tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal u tax-xogħol preparatorju tal-imsemmi anness kif ukoll fuq l-argumenti bbażati fuq interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, tal-prinċipju ta’ protezzjoni tad-drittijiet kweżiti u tal-aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, tad-drittijiet tat-tfal, tad-dritt għall-ħajja tal-familja, tad-dritt għall-edukazzjoni u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argumenti bbażati fuq il-kliem tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal u tax-xogħol preparatorju tal-imsemmi anness</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti, l-Awtorità tal-Ħatra esponiet, essenzjalment, li l-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal ma jipprevedix id-dritt inkundizzjonat għar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi u li, ’il fuq minn dan il-limitu massimu, hija kellha d-dritt li tillimita l-allowance tal-edukazzjoni billi tieħu inkunsiderazzjoni l-baġit disponibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal hija żbaljata. Dan l-artikolu ma jippermettix li jiġi limitat ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi f’każijiet eċċezzjonali, li fihom l-uniċi forom ta’ tagħlim adattati għat-tfal ta’ uffiċjali f’delegazzjoni li huma disponibbli fl-Istat terz inkwistjoni jiġġeneraw spejjeż li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi. Insostenn ta’ din l-interpretazzjoni, huma jsostnu li<?PAGE NO="9"?> l-kliem tat-tieni sentenza ta’ dan l-artikolu ma jipprevedix limiti għall-ammont tal-allowances tal-edukazzjoni li għandhom jitħallsu f’każijiet eċċezzjonali u jinvokaw ix-xogħol preparatorju tal-imsemmi anness.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Is-SEAE jikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi li l-allowances tal-edukazzjoni huma intiżi sabiex ikopru l-ispejjeż skolastiċi attwali. Madankollu, għandu jiġi nnotat ukoll li, abbażi tat-tieni sentenza ta’ dan l-artikolu, bħala prinċipju, l-ammont tal-allowances skolastiċi ma jistax jaqbeż il-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi. Ċertament, din is-sentenza tipprevedi wkoll li, f’każijiet eċċezzjonali, l-imsemmi limitu massimu jista’ jinqabeż. Madankollu, il-kliem ta’ din is-sentenza ma jippermettix li jiġi ddeterminat sa fejn l-allowances tal-edukazzjoni għandhom ikopru l-ispejjeż skolastiċi li huma neċessarji sabiex tingħata forma ta’ tagħlim xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar x’jikkostitwixxi każ eċċezzjonali fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jiġi nnotat li mix-xogħol preparatorju ta’ dan l-anness, jirriżulta li dan l-artikolu huwa intiż sabiex jitwettaq l-għan li jkun permess għat-tfal tal-uffiċjali tal-Unjoni li jirċievu tagħlim mingħajr ħlas u jipprevedi li jiġi evitat li uffiċjal li jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu barra mill-Unjoni jbati minn diskriminazzjoni fuq dan il-punt. F’dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat ukoll li dan ix-xogħol preparatorju jibda mill-prinċipju li l-forom ta’ tagħlim pubbliku mingħajr ħlas disponibbli fil-pajjiż tal-impjieg ma humiex neċessarjament adattati għat-tfal tal-uffiċjali tal-Unjoni. Barra minn hekk, minn dan jirriżulta li l-forom ta’ tagħlim li huma disponibbli f’pajjiż terz u li huma adattati għat-tfal tal-uffiċjali tal-Unjoni jistgħu jkunu limitati u għoljin ħafna, u li l-possibbiltà li jinqabeż il-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi stabbilit mit-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal inħoloq sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni tali sitwazzjoni. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi konkluż li r-rikorrenti jinsabu f’sitwazzjonijiet li fihom il-possibbiltà li jinqabeż il-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi kienet prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Madankollu, bil-kontra ta’ dak li jinvokaw ir-rikorrenti, mix-xogħol preparatorju tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal ma jistax jiġi dedott li t-tieni sentenza tal-Artikolu 15 ta’ dan l-Anness għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’xi każijiet eċċezzjonali fis-sens ta’ din is-sentenza, jeżisti dritt illimitat għar-rimbors tal-ammont sħiħ tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-imsemmi xogħol, il-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi ġie introdott sabiex jiġu evitati spejjeż eċċessivi li jirriżultaw mir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi. Issa, l-interpretazzjoni sostnuta mir-rikorrenti ma tiħux suffiċjentement inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ dan il-limitu massimu u tad-deċiżjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li tgħid li, bħala prinċipju, li r-rimborsi tal-allowances skolastiċi ma għandhomx jaqbżu lil dan il-limitu. F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li l-ispejjeż tal-edukazzjoni sabiex jinkiseb tagħlim adattat f’pajjiż terz jistgħu jiddependu fuq fatturi li ma humiex taħt il-kontroll tas-SEAE, bħar-rata tal-kambju jew mid-domanda għal tali forom ta’ tagħlim. Billi stabbilixxa l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi, il-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq jevita li xi spejjeż eċċessivi li jistgħu jirriżultaw minn tali fatturi jkunu ta’ piż għall-baġit tas-SEAE. Issa, interpretazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal fis-sens li, f’każijiet eċċezzjonali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jeżisti dritt illimitat għar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi, indipendentement mill-konsegwenzi għall-baġit tas-SEAE, ma tiħux inkunsiderazzjoni lil dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jistax jitqies li l-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq jeskludi biss ir-rimbors tal-parti mill-ispejjeż skolastiċi li taqbeż il-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi li tirriżulta mill-fatt li, filwaqt li jkunu jeżistu stabbilimenti li joffru tagħlim adattat fejn l-ispejjeż skolastiċi jkunu<?PAGE NO="10"?> inqas għoljin, il-membri tal-persunal tas-SEAE jagħżlu li jirreġistraw lit-tfal tagħhom fi stabbiliment li jeżiġi spejjeż skolastiċi ogħla. Fil-fatt, kieku l-leġiżlatur xtaq jillimita ruħu sabiex jeskludi biss ir-rimbors ta’ din il-parti tal-ispejjeż skolastiċi, setgħa jindika dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-konklużjonijiet, għandu jiġi konkluż li, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, la l-kliem tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, u lanqas ix-xogħol preparatorju ta’ dan l-anness ma jimponu interpretazzjoni tat-tieni sentenza ta’ dan l-artikolu fis-sens li, f’xi każijiet eċċezzjonali fis-sens ta’ din is-sentenza, jeżisti dritt għar-rimbors sħiħ u illimitat tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi. Bil-kontra, din is-sentenza għandha tiġi interpretata fis-sens li, fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, l-Awtorità tal-Ħatra għandha d-dritt li tieħu inkunsiderazzjoni r-restrizzjonijiet baġitarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argumenti bbażati fuq il-kliem tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal u tax-xogħol preparatorju ta’ dan l-anness, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argumenti bbażati fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet kweżiti u tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti, kif ukoll tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fid-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti ta’ PO u PP, l-Awtorità tal-Ħatra esponiet li l-limitazzjoni tar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi tar-rikorrenti, sa ammont li jikkorrispondi għal-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi miżjud b’EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> ma kienx kuntrarju għall-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti. Dawn tal-aħħar ma rċevewx assigurazzjonijiet preċiżi, inkundizzjonati u konsistenti, li joriġinaw minn sorsi awtorizzati u affidabbli, li kienu ser jiksbu rimbors sħiħ tal-ispejjeż skolastiċi għat-tul ta’ żmien tal-assenjazzjoni tagħhom fiċ-Ċina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li dawn il-kunsiderazzjonijiet huma żbaljati. Il-prinċipju ta’ ċertezza legali, il-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet kweżiti tagħhom u tal-aspettattivi leġittimi tagħhom, kif ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, jipprekludu l-limitazzjoni tar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Is-SEAE jikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq il-fatt li l-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi emenda tar-regoli applikabbli mingħajr diskussjoni jew informazzjoni minn qabel u mingħajr miżuri tranżitorji, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal ma ġiex emendat. F’dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat ukoll li, skont l-indikazzjonijiet ipprovduti mis-SEAE waqt is-seduta, u li ma ġewx ikkontestati mir-rikorrenti, il-limitazzjoni tar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi għal EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> kienet diġà ġiet applikata għall-ispejjeż skolastiċi għas-sena 2014/2015. Għaldaqstant, dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tad-drittijiet kweżiti tar-rikorrenti, biżżejjed jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma ressqu l-ebda prova li tista’ turi li huma jiddisponu minn dritt kweżiti għar-rimbors totali tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi għas-sena skolastika 2015/2016. Bil-kontra, hekk kif jirriżulta mill-konstatazzjonijiet imwettqa mill-Awtorità tal-Ħatra fid-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti ta’ PO u PP, li ma ġewx ikkontestati mir-rikorrenti, fil-kuntest tad-deċiżjonijiet tiegħu fir-rigward ta’ talbiet għar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi għas-snin skolastiċi preċedenti, is-SEAE kien ħa ħsieb li jippreċiża li dawk id-deċiżjonijiet kienu jikkonċernaw biss lis-sena skolastika inkwistjoni u li dawn ma kienu jagħtu ebda dritt għas-snin skolastiċi futuri. Għaldaqstant, dan l-argument għandu jiġi miċħud ukoll.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, id-dritt li tintalab il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tippresupponi li jkunu sodisfatti tliet kundizzjonijiet, jiġifieri, l-ewwel nett, li assigurazzjonijiet preċiżi, inkundizzjonati u konkordanti, li joriġinaw minn sorsi awtorizzati u affidabbli, ikunu ngħataw lill-persuna kkonċernata mill-amministrazzjoni tal-Unjoni, it-tieni nett, li dawn l-assigurazzjonijiet għandhom ikunu ta’ natura li joħolqu aspettattiva leġittima fil-persuna li huma indirizzati lejha u, it-tielet nett, li l-assigurazzjonijiet mogħtija għandhom ikunu konformi mar-regoli applikabbli (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051115">15 ta’ Novembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Righini vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑145/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:395">EU:T:2005:395</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0130">130</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-kliem tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-kontenut tal-linji gwida, li jipprevedu li t-talbiet għar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi jiġu eżaminati abbażi tal-baġit disponibbli, is-sempliċi fatt li, fil-passat, ir-rikorrenti setgħu jirċievu allowances tal-edukazzjoni li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi u li jkopru l-ispejjeż sħaħ tat-tagħlim ma jistax fih innifsu jitqies bħala assigurazzjoni preċiża, inkundizzjonata u konkordanti fis-sens tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 79 iktar ’il fuq. Dan huwa iktar minnu meta, fil-kuntest tad-deċiżjonijiet tiegħu li jirrigwardaw talbiet għar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi għas-snin skolastiċi preċedenti, is-SEAE kien ħa ħsieb li jippreċiża li d-deċiżjonijiet kienu jikkonċernaw biss lis-sena skolastika inkwistjoni u li dawn ma kienu jagħtu l-ebda dritt għas-snin skolastiċi futuri (ara l-punt 78 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti jinvokaw ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Id-deċiżjonijiet ikkontestati kienu ngħataw f’nofs is-sena skolastika, filwaqt li l-ispejjeż ta’ reġistrazzjoni kienu diġà tħallsu mill-uffiċjali. F’dak il-mument ma setgħux jirreaġixxu iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, essenzjalment, dan l-argument tar-rikorrenti huwa bbażat fuq il-premessa żbaljata li tgħid li, qabel ir-reġistrazzjoni tat-tfal tagħhom fl-iskejjel inkwistjoni, huma kellhom id-dritt li jistrieħu fuq il-fatt li l-ammont sħiħ tal-ispejjeż skolastiċi, inkluż l-ammont li jaqbeż il-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi, kien ser ikun irrimborsat lilhom. Issa, hekk kif diġà ġie espost fil-punti 77 sa 80 iktar ’il fuq, ma teżistix bażi valida għal tali aspettattivi. Għaldaqstant, dan l-argument ukoll għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bil-kontra ta’ dak li jsostnu r-rikorrenti, la l-prinċipju ta’ ċertezza legali, la l-prinċipju ta’ osservanza tad-drittijiet kweżiti tagħhom jew tal-aspettattivi leġittimi tagħhom, u lanqas il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba ma kienu jipprekludu lill-Awtorità tal-Ħatra milli tillimita r-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argumenti bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti tat-tielet motiv u tat-tielet parti tat-tielet motiv, ir-rikorrenti jressqu argumenti bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, huwa pprojbit li sitwazzjonijiet paragunabbli jiġu ttrattati b’mod differenti jew li sitwazzjonijiet differenti jiġu ttrattati b’mod ugwali, sakemm tali differenza fit-trattament ma tkunx oġġettivament iġġustifikata (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900628">28 ta’ Ġunju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Hoche</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑174/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:270">EU:C:1990:270</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>L-elementi li jikkaratterizzaw sitwazzjonijiet differenti u n-natura paragunabbli tagħhom għandhom, b’mod partikolari, jiġu ddeterminati u evalwati fid-dawl tas-suġġett u tal-għan tal-att tal-Unjoni li jistabbilixxi d-distinzjoni inkwistjoni. F’dan il-kuntest, għandhom barra minn hekk jittieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipji u l-għanijiet tal-qasam li jagħmel parti minnu l-att inkwistjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Arcelor Atlantique u Lorraine <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑127/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:728">EU:C:2008:728</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Differenza fit-trattament tkun iġġustifikata jekk tkun ibbażata fuq kriterju oġġettiv u raġonevoli, jiġifieri meta din tkun relatata ma’ għan legalment ammissibbli mfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, u meta din id-differenza tkun proporzjonata mal-għan imfittex mit-trattament ikkonċernat (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Arcelor Atlantique u Lorraine <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑127/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:728">EU:C:2008:728</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fid-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti, l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Hija ma ttrattatx sitwazzjonijiet identiċi b’mod differenti. L-uffiċjali fid-delegazzjoni ma jinsabux fl-istess sitwazzjoni bħal dawk l-uffiċjali assenjati fis-sede ta’ Brussell (il-Belġju). Huwa minħabba din ir-raġuni li l-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi regoli speċifiċi għall-uffiċjali assenjati f’pajjiż terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li dawn il-kunsiderazzjonijiet huma żbaljati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huma jsostnu li l-uffiċjali f’delegazzjoni huma ttrattati bl-istess mod bħall-uffiċjali li jinsabu fis-sede, filwaqt li jinsabu f’sitwazzjonijiet differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Is-SEAE jikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>L-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 101a tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Anness X ta’ dawn ir-Regolamenti jiddetermina d-dispożizzjonijiet speċifiċi u ta’ deroga applikabbli għall-uffiċjali li jservu f’pajjiż terz u dan l-Anness jipprovdi regoli speċifiċi dwar l-allowances tal-edukazzjoni li jirċievu l-imsemmija uffiċjali, li huma differenti minn dawk applikabbli għall-uffiċjali li jaħdmu fis-sede. Fil-fatt, l-Artikolu 15 tal-Anness X mhux biss jipprevedi li l-limitu massimu għall-imsemmija allowances jikkorrispondi għal sitt darbiet il-limitu massimu bażiku għall-allowances tal-edukazzjoni abbażi tal-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, iżda jipprevedi wkoll il-possibbiltà li dan il-limitu massimu jinqabeż f’każijiet eċċezzjonali. Għaldaqstant, bil-kontra ta’ dak li jsostnu r-rikorrenti, l-uffiċjali assenjati f’delegazzjoni ma humiex ittrattati bl-istess mod bħall-uffiċjali assenjati fis-sede.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li, filwaqt li kemm l-uffiċjali assenjati fis-sede kif ukoll l-uffiċjali fid-delegazzjoni jiddisponu minn dritt għat-tagħlim mingħajr ħlas tat-tfal tagħhom, huma ttrattati b’mod differenti peress li għat-tfal tal-uffiċjali fid-delegazzjoni, ir-rimbors tal-allowances tal-edukazzjoni jistgħu jiġu limitati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Is-SEAE jikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li, hekk kif ġie espost fil-punt 92 iktar ’il fuq, minn naħa, il-limitu massimu legalment stabbilit għall-uffiċjali f’delegazzjoni huwa ogħla minn dak stabbilit għall-uffiċjali assenjati fis-sede u, min-naħa l-oħra, il-limitu massimu għall-uffiċjali f’delegazzjoni jista’ jinqabeż f’każijiet eċċezzjonali, filwaqt li tali possibbiltà ma teżistix għall-uffiċjali assenjati fis-sede. Għaldaqstant, ir-regoli previsti fl-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedu trattament iktar favorevoli għar-rikorrenti milli għall-uffiċjali assenjati fis-sede.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Madankollu, permezz tal-argument tagħhom, ir-rikorrenti jixtiequ wkoll isostnu li teżisti differenza fit-trattament li tirriżulta mill-fatt li, bis-saħħa tal-iskejjel Ewropej jew tal-allowances tal-edukazzjoni li jirċievu, it-tfal tal-uffiċjali assenjati fis-sede għandhom aċċess mingħajr ħlas għal forma ta’ tagħlim adattata, filwaqt li l-allowances tal-edukazzjoni li rċevew ma jippermettux lit-tfal tagħhom sabiex jirċievu tagħlim adattat mingħajr ħlas f’Beijing.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li wieħed mill-għanijiet imfittxija mill-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal huwa li l-uffiċjali assenjati fil-pajjiżi terzi jiġu ttrattati b’mod mhux diskriminatorju meta mqabbla mal-uffiċjali assenjati fis-sede f’dak li jikkonċerna l-miżati tat-tagħlim<?PAGE NO="13"?> tat-tfal tagħhom (ara l-punt 68 iktar ’il fuq). Għaldaqstant, fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 86 iktar ’il fuq, għandu jiġi eżaminat jekk, fid-dawl ta’ dan l-għan, l-uffiċjali assenjati fid-delegazzjoni humiex ittrattati b’mod diskriminatorju meta mqabbla ma’ dawk assenjati fis-sede.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi rrilevat li, waqt is-seduta, is-SEAE espona li f’Beijing jeżistu skejjel li joffru tagħlim adattat li l-ispejjeż skolastiċi tagħhom kienu inqas minn dawk sostnuti mir-rikorrenti. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li la fil-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, u lanqas fid-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tar-rikorrenti, is-SEAE ma bbażax ruħu fuq il-kunsiderazzjoni li tgħid li kien disponibbli tagħlim adattat għal ammont ugwali jew inqas mil-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi, miżjud b’EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>F’kull każ, jekk jitqies li ma teżistix skola f’Beijing li tista’ toffri tagħlim adattat għat-tfal tar-rikorrenti għal ammont ta’ EUR 27 788.40, li jikkorrispondi għal-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi, miżjud b’EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>, ċertament ir-rikorrenti kienu jkunu ġew ittrattati b’mod differenti meta mqabbla mal-uffiċjali assenjati fis-sede jekk jitqies li l-ispejjeż skolastiċi tat-tfal tal-uffiċjali assenjati fis-sede huma <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> rrimborsati b’mod sħiħ. Madankollu, differenza fit-trattament tikkostitwixxi biss diskriminazzjoni jekk ma hijiex iġġustifikata oġġettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, f’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li s-SEAE jiddisponi minn marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa f’dak li jikkonċerna il-mod kif iqassam il-baġit li jiddisponi minnu għal spejjeż mhux obbligatorji. Hekk kif espona s-SEAE waqt is-seduta, l-għan imfittex minnu għal-limitazzjoni fir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi miżjud b’EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>, kien li jestendi r-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi għall-massimu tal-uffiċjali possibbli li għamlu t-talba, filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni l-limiti baġitarji għal tali spejjeż. Fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa li jiddisponi minnha s-SEAE, l-għażla ta’ dan l-għan ma tistax tiġi kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma jikkontestawx l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet baġitarji. Huma jillimitaw ruħhom sabiex isostnu li l-Awtorità tal-Ħatra ma ħaditx inkunsiderazzjoni suffiċjentement il-fatt li l-limitazzjoni tar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi jista’ jiġġenera spejjeż oħra, bħall-ispejjeż ta’ repetizzjoni tat-tfal, u l-ispejjeż taċ-ċaqliq, ta’ akkomodazzjoni, ta’ trasferimenti u ta’ invalidità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, permezz ta’ dawn l-argumenti, essenzjalment, ir-rikorrenti għandhom l-intenzjoni li jpoġġu indiskussjoni n-natura xierqa tal-limitazzjoni tar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi miżjuda b’EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi estiż ir-rimbors ta’ dawn l-ispejjeż għall-massimu possibbli tal-uffiċjali li jagħmlu din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa li jiddisponi minnha s-SEAE f’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali għandha tillimita ruħha sabiex tistħarreġ jekk l-argumenti tar-rikorrenti humiex ta’ natura li juru l-eżistenza ta’ żball manifest imwettaq mis-SEAE. Dan ikun biss il-każ jekk l-argumenti tar-rikorrenti jkunu ta’ natura li jċaħħdu lill-kunsiderazzjonijiet tas-SEAE mill-plawżibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-argument ibbażat fuq spejjeż li jistgħu jirriżultaw minn eventwali repetizzjonijiet, ċaqliq, akkomodazzjoni, trasferimenti u invalidità, li bl-ebda mod ma huwa ddettaljat, ma huwiex ta’ natura li jrendi implawżibbli l-kunsiderazzjoni tas-SEAE li tgħid li l-limitazzjoni tar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi għal EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> tikkostitwixxi mezz xieraq sabiex jitqassam il-baġit limitat li dan jiddisponi minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argumenti mressqa mir-rikorrenti ma humiex ta’ natura li juru li eventwali differenza fit-trattament ma kinitx oġġettivament iġġustifikata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argument ibbażat fuq diskriminazzjoni tar-rikorrenti fil-konfront tal-uffiċjali assenjati fis-sede għandu jiġi miċħud ukoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, sa fejn ir-rikorrenti jsostnu li ġew iddiskriminati meta mqabbla mal-uffiċjali assenjati f’delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi fejn l-ammont li jikkorrispondi għall-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi miżjud b’EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> huwa suffiċjenti sabiex ikopri l-ispejjeż skolastiċi sabiex jibbenefikaw minn tagħlim adattat, għandu jiġi miċħud dan l-argument b’riferiment għall-kunsiderazzjonijiet żviluppati fil-punti 93 sa 106 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti bbażat fuq il-fatt li s-SEAE jiffavorixxi lill-uffiċjali mingħajr tfal, biżżejjed li jiġi rrilevat li l-uffiċjali li għandhom it-tfal ma humiex ittrattati bl-istess mod bħall-uffiċjali mingħajr tfal. Fil-fatt, l-Artikolu 3 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedu l-għoti ta’ allowances tal-edukazzjoni biss għall-uffiċjali li għandhom tfal taħt ir-responsabbiltà tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ebda mill-argumenti bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni mressqa mir-rikorrenti ma jistgħu juru li, fid-dawl ta’ dan il-prinċipju, l-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jiġi interpretat bħala li jagħtihom id-dritt għar-rimbors tal-ammont sħiħ tal-ispejjeż skolastiċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argumenti bbażati fuq ksur tad-drittijiet tat-tfal, tad-dritt għall-ħajja tal-familja u tad-dritt għall-edukazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tielet parti tat-tielet motiv, ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li, fid-dawl tad-drittijiet tat-tfal, tad-dritt għall-ħajja tal-familja u tad-dritt għall-edukazzjoni, l-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal kellu jiġi interpretat bħala li jagħtihom dritt għar-rimbors totali tal-ispejjeż skolastiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Fid-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti ta’ PO, PP u ta’ PR, l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-edukazzjoni. Fl-ewwel lok, l-Awtorità tal-Ħatra esponiet li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ma tipprevedix dispożizzjoni li tobbliga lil min jimpjega sabiex jirrimborsa kompletament l-ispejjeż skolastiċi tal-persunal tiegħu li jirriżultaw mir-reġistrazzjoni tat-tfal tagħhom fi skola privata, u fit-tieni lok, li d-dritt għal edukazzjoni previst fl-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma huwiex ippreġudikat, peress li huwa intiż sabiex jipproteġi d-dritt li jiġi segwit b’xejn it-tagħlim obbligatorju fl-Istati Membri, iżda ma jagħtix id-dritt li jiġi segwit tagħlim fl-iskejjel privati bħalma huma l-iskejjel magħżula mir-rikorrenti, u fit-tielet lok u fi kwalunkwe każ, limitazzjoni ta’ dan id-dritt tista’ tiġi ġġustifikata bl-applikazzjoni tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li dawn il-kunsiderazzjonijiet huma żbaljati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huma jsostnu li, skont l-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kull persuna għandha dritt għall-edukazzjoni, u li dan id-dritt jinkludi l-fakultà li jiġi segwit mingħajr ħlas it-tagħlim obbligatorju. B’mod ġenerali, fil-pajjiżi tal-Unjoni, l-edukazzjoni hija obbligatorja għat-tfal li għandhom l-età bejn 6 sa 16-il sena. It-tfal tal-uffiċjali f’delegazzjoni jiddisponu minn dritt għal edukazzjoni ta’ livell simili. Issa, f’ċerti pajjiżi terzi, l-għażla ta’ skejjel li joffru dan il-livell huwa limitat. Għaldaqstant, id-dritt għall-edukazzjoni ma jkunx limitat għat-tagħlim pubbliku b’xejn f’dawn il-pajjiżi terzi. Dan ikun partikolarment il-każ meta, f’pajjiż terz, l-edukazzjoni pubblika ma tiġi offruta la bil-lingwa materna li jitkellmu t-tfal tal-persunal f’delegazzjoni u lanqas bl-Ingliż, iżda biss bil-lingwa nazzjonali ta’ dan il-pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Is-SEAE jikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tad-dritt għall-edukazzjoni ggarantit mill-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jitfakkar li, ċertament, il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, jiggarantixxi l-fakultà li tiġi segwita b’xejn l-edukazzjoni obbligatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Issa, qabel kollox, hekk kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 2</REF.DOC.OJ>), li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni debitament skont l-Artikolu 52(7) tal-imsemmija Karta, l-Artikolu 14 tagħha ma jimponix li l-istabbilimenti privati li joffru tali edukazzjoni jkunu mingħajr ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-Artikolu 14(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma jistax jiġi dedott li l-Unjoni hija marbuta li tiżgura, fuq it-territorju ta’ pajjiż terz, edukazzjoni obbligatorja mingħajr ħlas li tikkorrispondi għal dik eżistenti fl-Istati Membri tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma jsostnux li t-tfal tagħhom ma kellhomx aċċess għall-edukazzjoni pubblika nazzjonali fiċ-Ċina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Apparti dan, fir-rigward tal-argumenti tar-rikorrenti bbażati fuq il-fatt li t-tfal tal-persunal fid-delegazzjoni għandhom id-dritt għal forma ta’ edukazzjoni adattata, għandu jitfakkar li għandha ssir distinzjoni bejn id-drittijiet iggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u d-drittijiet iggarantiti mir-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Minn naħa, fir-rigward tad-drittijiet li jirriżultaw mir-Regolamenti tal-Persunal, huwa biżżejjed li jitfakkar li l-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lis-SEAE sabiex jirrimborsa l-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi b’mod illimitat (ara l-punti 64 sa 73 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, sa fejn l-argumenti tar-rikorrenti jirreferu għall-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jitfakkar li dan l-artikolu jagħti drittijiet minimi lil kull persuna u li d-dritt tat-tfal tal-uffiċjali għal forma ta’ edukazzjoni xierqa fi Stat terz ma huwiex parti minn dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq limitazzjoni tad-dritt għall-edukazzjoni stabbilit mill-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Fit-tieni lok u f’kull każ, anki jekk jitqies li rimbors mhux totali tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiż terzi jillimita d-dritt għall-edukazzjoni previst mill-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jitfakkar li tali limitazzjoni tista’ tiġi ġġustifikata bl-applikazzjoni tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Fil-fatt, din hija limitazzjoni prevista minn liġi li ssegwi għan ta’ interess ġenerali tal-Unjoni, jiġifieri l-għan li jiġi estiż ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi lejn il-massimu ta’ uffiċjali possibbli li jagħmlu t-talba għalih, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-limiti baġitarji għal tali spejjeż (ara l-punti 100 sa 105 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bil-kontra ta’ dak li jsostnu r-rikorrenti, id-dritt għall-edukazzjoni stabbilit fl-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma jimponix interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal fis-sens li, minħabba s-sitwazzjonijiet eċċezzjonali li kienu jinsabu fihom, is-SEAE kien marbut jirrimborsa kompletament l-ispejjeż skolastiċi tagħhom li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jsostnu li, fid-dawl tad-drittijiet tat-tfal stabbiliti mill-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tad-dritt għall-ħajja tal-familja stabbilit mill-Artikolu 9 tal-imsemmija Karta u tal-protezzjoni tal-familja previst mill-Artikolu 33 ta’ din il-Karta, l-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jiġi interpretat fis-sens li, peress li l-każijiet tagħhom huma eċċezzjonali, dawn jiddisponu minn dritt għar-rimbors totali tal-ispejjeż skolastiċi li jeċċedu l-ammont massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi. Billi ċċaqalqu lejn iċ-Ċina flimkien mal-familja tagħhom,<?PAGE NO="16"?> huma eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-ħajja tal-familja. F’dan il-kuntest, huma jsostnu li l-uffiċjali assenjati f’delegazzjoni ma jagħmlux dan neċessarjament minħabba għażla tagħhom stess. Minn naħa, ċerti uffiċjali, bħal PO u PP, kienu ġew assenjati fiċ-Ċina fl-interess tas-servizz. Min-naħa l-oħra, il-persunal kollu tas-SEAE għandu jeżerċita perjodikament il-funzjonijiet tiegħu fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Il-piż finanzjarju li toħloq ir-restrizzjoni tar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi fuq ċerti familji ta’ uffiċjali jippreġudika kemm id-drittijiet tat-tfal tagħhom, kif ukoll id-drittijiet tagħhom għall-ħajja tal-familja, peress li, minħabba dan il-piż, it-tfal jistgħu jiġu separati mill-ġenitur tagħhom fid-delegazzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jsegwu forma ta’ edukazzjoni xierqa f’wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Is-SEAE jikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li l-argumenti tar-rikorrenti li huma intiżi sabiex juru l-eżistenza ta’ limitazzjoni tad-dritt għall-ħajja tal-familja u tad-drittijiet tat-tfal huma bbażati fuq il-premessa li tgħid li uffiċjal jista’ jiġi assenjat kontra r-rieda tiegħu f’delegazzjoni tal-Unjoni f’pajjiż terz li fih l-ispejjeż skolastiċi jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li r-rikorrenti ddeċidew li jingħaqdu mas-SEAE, bl-għarfien li dan jimplika l-eżerċizzju perjodiku tal-funzjonijiet tagħhom f’delegazzjonijiet tal-Unjoni (ara, f’dan ir-rigward, it-tielet sentenza tal-Artikolu 6(10) tad-Deċiżjoni 2010/427).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma pprovawx li ġew assenjati kontra r-rieda tagħhom fid-delegazzjoni tal-Unjoni fiċ-Ċina f’Beijing. Fil-fatt, mill-fajl jirriżulta li ċerti rikorrenti kienu talbu fuq l-inizjattiva tagħhom stess sabiex jiġu assenjati fid-delegazzjoni tal-Unjoni fiċ-Ċina. Fir-rigward tal-uffiċjali li ġew assenjati mad-delegazzjoni tal-Unjoni fiċ-Ċina fl-interess tas-servizz, ġie kkonfermat mir-rikorrenti waqt is-seduta li dan ma kienx seħħ kontra r-rieda tagħhom. F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat ukoll li s-SEAE espona fil-kitbiet tiegħu u waqt is-seduta li l-membri tal-persunal tas-SEAE ma jiġux assenjati f’delegazzjoni tal-Unjoni f’pajjiż terz kontra r-rieda tagħhom u li r-rikorrenti ma kkontestawx din l-allegazzjoni b’mod iddettaljat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li t-totalità tal-ispejjeż skolastiċi li qabżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi ma ġiex irrimborsat lir-rikorrenti ma jistax jitqies bħala limitazzjoni tad-drittijiet tat-tfal tagħhom fis-sens tal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tad-dritt għall-ħajja tal-familja fis-sens tal-Artikolu 9 tal-imsemmija Karta, u lanqas tad-dritt għall-protezzjoni tal-familja previst mill-Artikolu 33 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Fit-tieni lok u f’kull każ, għandu jitfakkar li limitazzjoni eventwali tad-dritt għall-ħajja tal-familja li tirriżulta mill-fatt li, minħabba l-piż finanzjarju kkawżat mir-rimbors parzjali tal-ispejjeż skolastiċi fil-pajjiż ta’ assenjazzjoni, xi tfal ma jkunux jistgħu jakkumpanjaw lil wieħed mill-ġenituri tagħhom meta jiġu assenjat lil delegazzjoni tal-Unjoni f’pajjiż terz, tista’ tiġi ġġustifikata abbażi tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (ara l-punt 123 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandhom jiġu miċħuda l-argumenti tar-rikorrenti bbażati fuq ksur tad-drittijiet tat-tfal, tad-dritt għal ħajja tal-familja u għall-protezzjoni tal-familja kif ukoll tad-dritt għal edukazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argumenti bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li, billi llimitat ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi, minkejja li kienu jinsabu f’każijiet eċċezzjonali fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Awtorità tal-Ħatra ħadet inkunsiderazzjoni biss l-għan ta’ tnaqqis tal-impatt finanzjarju li jimplika<?PAGE NO="17"?> r-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi. Billi pproċediet b’dan il-mod, mingħajr ma ħadet suffiċjentement inkunsiderazzjoni d-drittijiet u l-interessi tagħhom, l-Awtorità tal-Ħatra kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Is-SEAE jikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, biżżejjed jitfakkar li, fil-kuntest tal-eżami ta’ ksur tad-drittijiet invokati mir-rikorrenti, li sar fil-punti 74 sa 132 iktar ’il fuq, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-argumenti mressqa mir-rikorrenti f’dan ir-rigward diġà ttieħdu inkunsiderazzjoni (ara b’mod partikolari l-punti 100 sa 105 iktar ’il fuq). Issa, dan l-eżami ma weriex li, billi ma rrimborsatx lir-rikorrenti l-ammont sħiħ tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi, l-Awtorità tal-Ħatra ppreġudikat b’mod sproporzjonat id-drittijiet tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argumenti bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu miċħuda wkoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi konkluż li l-ebda wieħed mill-argumenti mressqa mir-rikorrenti bbażati fuq il-kliem u l-għanijiet imfittxija mill-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, tal-prinċipju tal-osservanza tad-drittijiet kweżiti u tal-aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-drittijiet tat-tfal, tad-dritt għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-edukazzjoni jew tal-prinċipju ta’ proporzjonalità ma jista’ juri li, fis-sitwazzjoni li kienu jinsabu fiha r-rikorrenti, l-Awtorità tal-Ħatra kienet obbligata tirrimborsa l-ammont sħiħ tal-ispejjeż tal-edukazzjoni tagħhom li jeċċedi l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argument ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-linji gwida</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Fid-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti ta’ PQ u ta’ PR, l-Awtorità tal-Ħatra esponiet li osservat il-linji gwida. Dawn tal-aħħar jipprevedu li r-rimbors ta’ dawn l-ispejjeż isir fuq il-bażi tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>baġit disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti jsostnu li dawn il-kunsiderazzjonijiet huma żbaljati. Il-linji gwida jipprekludu li r-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi jkun limitat meta l-uniċi forom ta’ edukazzjoni adattati għat-tfal tal-uffiċjali tal-Unjoni assenjati f’pajjiż terz jiġġeneraw spejjeż li jeċċedu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi. Dawn ma jipprevedux limitu għar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi f’każijiet eċċezzjonali fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Is-SEAE jikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Dawn l-argumenti tar-rikorrenti għandhom jiġu miċħuda. Fil-fatt, minn naħa, għandu jiġi rrilevat li mil-linji gwida, kif kienu applikabbli f’dan il-każ, jirriżulta b’mod ċar li d-deċiżjonijiet dwar it-talbiet għar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi kienu adottati fuq il-bażi tal-baġit disponibbli. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li l-linji gwida ma fihom l-ebda element li jippermetti li jitqies li l-Awtorità tal-Ħatra ma setgħetx ma tiħux inkunsiderazzjoni l-limiti baġitarji meta l-uniċi forom ta’ edukazzjoni adattati għat-tfal tal-uffiċjali tal-Unjoni jiġġeneraw spejjeż li jeċċedu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li ebda wieħed mill-argumenti mressqa mir-rikorrenti ma jista’ juri li, fis-sitwazzjonijiet eċċezzjonali li kienu jinsabu fihom, huma kellhom dritt għar-rimbors sħiħ tal-ispejjeż skolastiċi tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="18"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argumenti li jirrigwardaw il-limitazzjoni tar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi mwettqa mill-Awtorità tal-Ħatra</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Fil-punti 62 sa 142 iktar ’il fuq, ġew eżaminati biss l-argumenti tar-rikorrenti intiżi sabiex juru li, peress li l-każijiet tagħhom huma eċċezzjonali, l-Awtorità tal-Ħatra kienet marbuta li tirrimborsa kompletament l-ispejjeż skolastiċi tat-tfal tagħhom. Issa, fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ma jillimitawx ruħhom li jsostnu dawn l-argumenti, iżda jressqu wkoll argumenti intiżi sabiex ipoġġu indiskussjoni l-metodi tal-limitazzjoni tar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi li għamlet użu minnhom l-Awtorità tal-Ħatra fid-deċiżjonijiet ikkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Fid-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti, l-Awtorità tal-Ħatra esponiet, b’mod partikolari, li l-limitazzjoni tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi li hija kienet wettqet ma kinitx diskriminatorja. Peress li l-allowances tal-edukazzjoni kienu dovuti għal kull tifel/tifla, limitazzjoni tagħhom tapplika wkoll għal kull tifel/tifla. Tali metodu ma huwiex manifestament żbaljat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li l-kunsiderazzjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra ma humiex konformi mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, mal-linji gwida, mad-drittijiet tat-tfal, mad-dritt għall-ħajja tal-familja, mad-dritt għall-edukazzjoni u mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Is-SEAE jikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jsostnu li l-limitazzjoni tar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi mwettqa mill-Awtorità tal-Ħatra ma kinitx konformi mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u mal-linji gwida minħabba l-fatt li l-Awtorità tal-Ħatra ma kinitx ipproċediet għall-eżami individwali tat-talbiet għar-rimbors tal-uffiċjali inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, kif jirriżulta b’mod partikolari mid-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tar-rikorrenti, l-Awtorità tal-Ħatra eżaminat it-talbiet tagħhom għar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi, fid-dawl tas-sitwazzjoni individwali tagħhom. Huwa biss minħabba l-fatt li l-ammonti tal-ispejjeż skolastiċi li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti kienu talbu r-rimbors kienu kollha qabżu l-limitu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> stabbilit mill-Awtorità tal-Ħatra li l-ammonti tal-benefiċċji mogħtija lir-rikorrenti kienu identiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq il-fatt li l-limitu applikat mill-Awtorità tal-Ħatra huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, minħabba l-fatt li dan jittratta b’mod identiku lill-familji b’ġenitur wieħed u lill-familji kbar, minn naħa, u familji oħra, min-naħa l-oħra, minkejja li dawn jinsabu f’sitwazzjonijiet differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, huwa pprojbit li sitwazzjonijiet differenti jiġu trattati bl-istess mod, sakemm tali trattament differenti ma jkunx oġġettivament iġġustifikat, u li l-elementi li jikkaratterizzaw sitwazzjonijiet differenti u għaldaqstant in-natura paragunabbli tagħhom għandhom, b’mod partikolari, jiġu ddeterminati u evalwati fid-dawl tas-suġġett u tal-għan tal-att tal-Unjoni li jistabbilixxi d-distinzjoni inkwistjoni, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji u l-għanijiet tal-qasam li jagħmel parti minnu l-att inkwistjoni (ara l-punti 85 u 86 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Issa, ir-rikorrenti ma jinvokawx l-eżistenza ta’ għan tar-Regolamenti tal-Persunal li minnu jista’ jiġi dedott li, f’dak li jikkonċerna l-ammont tal-allowance tal-edukazzjoni tat-tfal, l-Awtorità tal-Ħatra kellha tikkunsidra s-sitwazzjoni tal-familji b’ġenitur wieħed u dawk ta’ familji li għandhom ħafna tfal bħala differenti minn dik ta’ familji oħra, liema ħaġa tkun teħtieġ trattament differenti. Bil-kontra, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li mill-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, jirriżulta li, l-allowance tal-edukazzjoni għandha titħallas għal kull wild dipendenti u, min-naħa l-oħra,<?PAGE NO="19"?> li fir-Regolamenti tal-Persunal, il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa limiti massimi ta’ dawn l-allowances għall-edukazzjoni. Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, ma jistax jitqies li, billi llimitat ir-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi għal kull tifel/tifla, li jaqbeż il-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi għal EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>, l-Awtorità tal-Ħatra ttrattat żewġ sitwazzjonijiet differenti b’mod identiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrenti bbażati fuq il-fatt li l-Awtorità tal-Ħatra kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, billi ttrattat lill-familji b’ġenitur wieħed u lill-familji l-kbar b’mod identiku għal familji oħra, għandu wkoll jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-argumenti l-oħra bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-argumenti bbażati fuq ksur tad-drittijiet tat-tfal, id-dritt għall-ħajja tal-familja u d-dritt għall-edukazzjoni, kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jsir riferiment għall-kunsiderazzjonijiet żviluppati fil-punti 62 sa 142 iktar ’il fuq. Barra minn hekk, fil-każ li xi wieħed minn dawn id-drittijiet jiġi limitat minħabba l-limitazzjoni tar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma jressqu ebda argument dettaljat intiż sabiex juri li, fid-dawl tal-għan imfittex mis-SEAE, jiġifieri l-għan li jestendi r-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi lin-numru massimu ta’ uffiċjali possibbli li jkunu talbuh, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-restrizzjonijiet baġitarji li s-SEAE kien suġġett għalihom, din il-limitazzjoni kienet manifestament sproporzjonata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argumenti intiżi għal-limitazzjoni tar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi mwettqa mill-Awtorità tal-Ħatra għandhom ukoll jiġu miċħuda fit-totalità tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">5.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argumenti bbażati fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati kellhom jiġu bbażati fuq id-DĠI</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjonijiet ikkontestati kellhom jiġu bbażati fuq DĠI adottati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110(1) tar-Regolamenti tal-Persunal. Tali proċedura tipprevedi l-konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal tas-SEAE u li l-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal jagħti opinjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>Is-SEAE jikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi nnotat li permezz tad-Deċiżjoni tiegħu HR DEC(2014)02, tat-<DATE ISO="20140203">3 ta’ Frar 2014</DATE>, is-SEAE ddeċieda li japplika d-dispożizzjonijiet li jidhru fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 8971 finali, tas-<DATE ISO="20131216">16 ta’ Diċembru 2013</DATE>, dwar dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni dwar l-għoti ta’ allowance għall-edukazzjoni prevista fl-Artikolu 3 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, u li din l-ewwel deċiżjoni ġiet adottata skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Madankollu, permezz tal-argumenti tagħhom, ir-rikorrenti ma jpoġġux indiskussjoni l-eżistenza ta’ dawn id-DĠI tas-SEAE dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, iżda jsostnu li s-SEAE kellu jadotta DĠI dwar ir-regola derogatorja prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, li jippermetti lill-imsemmi dipartiment jaqbeż il-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi f’każijiet eċċezzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, jeżisti l-obbligu li jiġu adottati DĠI skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110(1) tar-Regolamenti tal-Persunal fil-preżenza ta’ dispożizzjoni espliċita. Fin-nuqqas ta’ klawżola espliċita, tali obbligu huwa permess biss b’mod eċċezzjonali, jiġifieri<?PAGE NO="20"?> meta d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal ma jkunux ċari u preċiżi sa tali punt li dawn ma jkunux adattati għal applikazzjoni nieqsa minn arbitrarjetà (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Vanhalewyn vs SEAE</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑792/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:156">EU:T:2016:156</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu għalhekk jiġi eżaminat jekk teżistix dispożizzjoni espliċita li tipprovdi l-obbligu tal-Awtorità tal-Ħatra li tfassal DĠI, fl-eżerċizzju tas-setgħa deċiżjonali tagħha prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, jiġifieri s-setgħa tagħha li tiddeċiedi, f’każijiet eċċezzjonali, li tirrimborsa l-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li tali dispożizzjoni espliċita ma tirriżultax mit-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, li jillimita ruħu sabiex jirreferi għad-deċiżjonijiet individwali li l-Awtorità tal-Ħatra għandha tadotta f’ċirkustanzi eċċezzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, anki fil-każ fejn l-ewwel sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, li tipprevedi l-kundizzjonijiet li fihom uffiċjal għandu jirċievi allowance tal-edukazzjoni huma stabbiliti mill-Awtorità tal-Ħatra, tipprovdi l-każijiet eċċezzjonali, imsemmija fit-tieni sentenza ta’ dan l-artikolu, li fihom l-Awtorità tal-Ħatra tista’ taqbeż il-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi, għandu jiġi rrilevat li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal ma tipprevedix b’mod espliċitu li dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti taħt il-forma ta’ DĠI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi eżaminat jekk it-tielet paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, li minnu jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[i]d-[DĠI] għandhom jiġi deċiżi konformement mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, għandha titqies bħala stipulazzjoni espressa li teħtieġ l-adozzjoni ta’ DĠI fir-rigward tal-eżerċizzju tas-setgħa deċiżjonali mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li s-setgħa deċiżjonali mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra permezz tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal tirrigwarda każijiet eċċezzjonali. Barra minn hekk, kif ġie espost b’mod partikolari fil-punti 64 sa 73 iktar ’il fuq, fil-kuntest ta’ din is-setgħa deċiżjonali, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tieħu inkunsiderazzjoni r-restrizzjonijiet baġitarji eżistenti għar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi. Minħabba dawn il-limitazzjonijiet, din għandha tieħu inkunsiderazzjoni t-talbiet kollha għar-rimbors tal-ispejjeż magħmula mill-membri tal-persunal tas-SEAE, li l-ammonti tagħhom jistgħu jvarjaw minħabba fatturi barra mill-kontroll ta’ dak is-servizz, bħar-rati tal-kambju jew it-talba għal tali forom ta’ edukazzjoni. Minn dan isegwi li, fil-kuntest tas-setgħa deċiżjonali tagħha, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tingħata ċerta flessibbiltà, li tippermettilha li tieħu inkunsiderazzjoni l-ammont totali li għalih hemm talba għal rimbors, il-baġit disponibbli u ċirkustanzi eċċezzjonali invokati mill-persuni interessati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lis-SEAE jadotta DĠI li jirrigwardaw it-twettiq tal-eżerċizzju tas-setgħa deċiżjonali mogħtija permezz tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Bil-kontra ta’ dak li jsostnu r-rikorrenti, din il-konklużjoni hija konformi mas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Vanhalewyn vs SEAE</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑792/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:156">EU:T:2016:156</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kunsiderazzjonijiet li wasslu lill-Qorti Ġenerali sabiex tikkunsidra li s-SEAE kien marbut li jadotta DĠI fir-rigward tal-proċedura prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal ma jistgħux jiġu trasposti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-imsemmi Anness.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 32 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Vanhalewyn vs SEAE</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑792/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:156">EU:T:2016:156</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), f’dak li jikkonċerna l-proċedura prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, il-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq jiżgura li l-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-pajjiżi terzi fejn il-kundizzjonijiet tal-ħajja jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk abitwali fl-Unjoni, jiġu stabbiliti b’mod astratt u indipendenti minn kull proċedura li għandha l-għan li tiddetermina, f’każ speċifiku, jekk il-kundizzjonijiet tal-ħajja li jipprevalu f’pajjiż jippreżentawx tali ekwivalenza. Għaldaqstant, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi deċiżjoni ta’ portata ġenerali, li tapplika għall-membri tal-persunal kollha tas-SEAE li huma assenjati f’pajjiż terz. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, meta l-kundizzjonijiet ta’ għajxien f’pajjiż terz ma jkunux ekwivalenti għal dawk li jipprevalu normalment fl-Unjoni, il-membri tal-persunal tas-SEAE assenjati f’dak il-pajjiż għandhom ikunu intitolati għal allowance tal-kundizzjonijiet tal-ħajja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>Bil-kontra, kif ġie espost fil-punti 62 sa 142 iktar ’il fuq, anki jekk membru tal-persunal tas-SEAE jkun jinsab f’każ eċċezzjonali fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, din id-dispożizzjoni ma tagħtix dritt inkundizzjonat għal rimbors sħiħ tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi. Barra minn hekk, is-setgħa deċiżjonali mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra minn din id-dispożizzjoni ma tikkonċernax deċiżjoni ta’ portata ġenerali, iżda deċiżjonijiet ta’ portata individwali li għandhom jiġu adottati f’każijiet eċċezzjonali u, kif ġie espost fil-punt 164 iktar ’il fuq, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ din is-setgħa, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tieħu inkunsiderazzjoni sitwazzjonijiet individwali tal-membri tal-persunal tagħha li talbu rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi. F’dan il-kuntest, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tiddisponi minn flessibbiltà li tippermettilha li tieħu inkunsiderazzjoni, minn naħa, is-sitwazzjoni individwali ta’ kull membru tal-persunal tas-SEAE li għamel talba għar-rimbors tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi u, min-naħa l-oħra, ir-restrizzjonijiet baġitarji li huwa suġġett għalihom il-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kunsiderazzjoni tal-Qorti Ġenerali dwar it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, li tgħid li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jiggarantixxi li l-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-pajjiżi terzi fejn il-kundizzjonijiet tal-ħajja jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk abitwali fl-Unjoni, jiġu stabbiliti b’mod astratt u indipendenti minn kull proċedura li għandha l-għan li tiddetermina, f’każ speċifiku, jekk il-kundizzjonijiet tal-ħajja li jipprevalu f’pajjiż jippreżentawx tali ekwivalenza u għalhekk fil-kuntest ta’ DĠI, ma hijiex trasponibbli għas-setgħa deċiżjonali mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra permezz tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi konkluż li ma teżisti ebda dispożizzjoni espliċita li tipprevedi l-obbligu li jiġu adottati xi DĠI li jikkonċernaw l-eżerċizzju tas-setgħa deċiżjonali tal-Awtorità tal-Ħatra previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni espliċita li tipprevedi l-obbligu li jiġu adottati DĠI, tali obbligu huwa permess biss b’mod eċċezzjonali, jiġifieri meta d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal ma jkunux ċari u preċiżi sa tali punt li dawn ma jkunux adattati għal applikazzjoni nieqsa minn arbitrarjetà (ara l-punt 159 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tan-natura eċċezzjonali tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li taqbeż il-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-fatt li l-Awtorità tal-Ħatra għandha tingħata ċerta flessibbiltà fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni (ara l-punt 164 iktar ’il fuq), ma jistax jitqies li l-fatt li dan l-artikolu jħalli marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ lill-Awtorità tal-Ħatra huwa biżżejjed sabiex jintwera nuqqas ta’ ċarezza jew ta’ previżjoni ta’ din id-dispożizzjoni fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 159 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>F’kull każ, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma ressqu ebda argument ta’ natura li juri li, fl-assenza ta’ DĠI, it-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal ma twassalx għal applikazzjoni nieqsa minn arbitrarjetà. Fil-fatt, minn naħa, hekk kif jirriżulta mill-punti 62 sa 154 iktar ’il fuq, l-argumenti tar-rikorrenti intiżi sabiex juru li s-SEAE wettaq żball fir-rigward tal-applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom jiġu miċħuda. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma ressqux argumenti ddettaljati oħra f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Finalment u f’kull każ, għandu jiġi rrilevat li, anki kieku s-SEAE kien obbligat jadotta DĠI, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet żviluppati fil-punti 64 sa 137 iktar ’il fuq, f’tali DĠI, ma kienx ikun obbligat li jipprevedi obbligu li jirrimborsa l-ammont totali tal-ispejjeż skolastiċi li jaqbżu l-limitu massimu legalment stabbilit għall-pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandhom jiġu miċħuda l-argumenti bbażati fuq il-fatt li s-SEAE kien obbligat jadotta DĠI fir-rigward tas-setgħa deċiżjonali tiegħu prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>Għalhekk, il-motivi kollha tar-rikorrenti għandhom jiġu miċħuda. Għaldaqstant, it-talba għall-annullament li tipprevedi l-posta elettronika tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> u t-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti tar-rikorrenti għandhom jiġu miċħuda, mingħajr ma jkun neċessarju li tingħata deċiżjoni fuq l-ammissibbiltà ta’ din l-aħħar talba.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talbiet għall-annullament l-oħra</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-talbiet għal annullament li jipprevedu l-posta elettronika sussegwenti għal dik tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il formoli ta’ evalwazzjoni tal-allowance tal-edukazzjoni u r-rendikonti tal-paga li jindikaw l-ammont tal-allowance tal-edukazzjoni rċevuta, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, insostenn ta’ dawn l-applikazzjonijiet, ir-rikorrenti jillimitaw ruħhom li jressqu l-motivi li diġà ġew eżaminati u miċħuda fil-punti 41 sa 177 iktar ’il fuq. Għaldaqstant, dawn it-talbiet ukoll għandhom jiġu miċħuda, mingħajr ma huwa neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-rikors għandu jiġi miċħud fit-totalità tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0180"><NO.P>180</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li, fil-każ li r-rikors ikollu jiġi miċħud, huma ma għandhomx jiġu kkundannati għall-ispejjeż iġġenerati mill-fatt li s-SEAE iddeċieda li jkun assistit minn avukati. Din id-deċiżjoni ma għandhiex tippreġudikahom. Il-kundanna tar-rikorrenti għall-ispejjeż u għall-infiq ta’ avukati esterni, filwaqt li s-SEAE jiddisponi minn servizz legali intern, jikkostitwixxi ostakolu għad-dritt tagħhom ta’ aċċess għal qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0181"><NO.P>181</NO.P><TXT>Is-SEAE jikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0182"><NO.P>182</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0183"><NO.P>183</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti tilfu, hemm lok li huma jiġu kkundannati għall-ispejjeż, kif mitlub mis-SEAE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0184"><NO.P>184</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-talba tar-rikorrenti li ma jiġux ikkundannati għall-ispejjeż ġġenerati mill-fatt li s-SEAE iddeċieda li jkun assistit minn avukati, sa fejn din tirrigwarda n-natura rekuperabbli tal-ispejjeż, għandu jitfakkar li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi dwar in-natura rekuperabbli tal-ispejjeż fuq talba tal-parti interessata, permezz ta’ digriet adottat abbażi tal-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura (ara<?PAGE NO="23"?> f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140402">2 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ben Ali vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑133/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:176">EU:T:2014:176</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Tali talba għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli fil-kuntest ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0185"><NO.P>185</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-każ fejn din it-talba tirrigwarda l-Artikolu 135(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li jipprovdi li, meta jkun meħtieġ għal raġunijiet ta’ ekwità, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li parti li titlef għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, parti biss mill-ispejjeż tal-parti l-oħra, jew saħansitra li ma għandhiex tiġi kkundannata f’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li ċ-ċirkustanzi invokati mir-rikorrenti ma jiġġustifikawx l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Bil-kontra, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, applikabbli għall-Qorti Ġenerali bis-saħħa tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-imsemmi statut, jirriżulta li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huma, fir-rigward tal-mod li bih huma jridu jiġu rrappreżentati jew assistiti quddiem il-qorti tal-Unjoni, liberi li jiddeċiedu li jirrikorru għall-assistenza ta’ avukat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0186"><NO.P>186</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talba tar-rikorrenti li ma jiġux ikkundannati għall-ispejjeż iġġenerati mill-fatt li s-SEAE iddeċieda li jkun assistit minn avukati għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">PO, PP, PQ u PR huma kkundannati sabiex ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Labucka</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Dittrich</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>