|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6577 |
12.11.2024 |
P9_TA(2024)0154
Miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE/Euratom/Ukrajna
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Marzu 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (COM(2024)0050 – C9-0021/2024 – 2024/0028(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2024/6577)
Emendi 23 u 26
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emendi 24 u 28
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
7. Jekk, matul il-perjodu mis-6 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-volumi kumulattivi tal-importazzjoni tal-bajd, tal-pollam jew taz-zokkor mill-1 ta’ Jannar 2024 jilħqu l-medja aritmetika rispettiva tal-volumi tal-importazzjoni rreġistrati fl-2022 u fl-2023, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 21 jum u wara li tinforma lill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit bl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/478: |
7. Jekk, matul il-perjodu mis-6 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-volumi kumulattivi tal-importazzjoni tal-qamħ komuni, tad-dqiq u l-gerbub tal-qamħ, tax-xgħir, tad-dqiq u l-gerbub tax-xgħir, tal-ħafur, tal-qamħirrum, tad-dqiq u l-gerbub tal-qamħirrum, tal-ħbub imfesdqa misħuqa u l-grixa tax-xgħir, tal-ħbub taċ-ċereali maħduma mod ieħor, tal-għasel, tal-bajd, tal-pollam jew taz-zokkor mill-1 ta’ Jannar 2024 jilħqu l-medja aritmetika rispettiva tal-volumi tal-importazzjoni rreġistrati fl-2021, fl-2022 u fl-2023, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 14-il jum u wara li tinforma lill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit bl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/478: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
Jekk, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-5 ta’ Ġunju 2025, il-volumi kumulattivi tal-importazzjoni tal-bajd, tal-pollam jew taz-zokkor għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 jilħqu ħames partijiet minn kull tnax tal-medja aritmetika rispettiva tal-volumi tal-importazzjoni rreġistrati fl-2022 u fl-2023, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 21 jum u wara li tinforma lill-Kumitat dwar is-Salvagwardji, tintroduċi mill-ġdid għal dak il-prodott il-kwota tariffarja korrispondenti sospiża mill-Artikolu 1(1), il-punt b. |
Jekk, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-5 ta’ Ġunju 2025, il-volumi kumulattivi tal-importazzjoni tal-qamħ komuni, tad-dqiq u l-gerbub tal-qamħ, tax-xgħir, tad-dqiq u l-gerbub tax-xgħir, tal-ħafur, tal-qamħirrum, tad-dqiq u l-gerbub tal-qamħirrum, tal-ħbub imfesdqa misħuqa u l-grixa tax-xgħir, tal-ħbub taċ-ċereali maħduma mod ieħor, tal-għasel, tal-bajd, tal-pollam jew taz-zokkor għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 jilħqu ħames partijiet minn kull tnax tal-medja aritmetika rispettiva tal-volumi tal-importazzjoni rreġistrati fl-2021, fl-2022 u fl-2023, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 14-il jum u wara li tinforma lill-Kumitat dwar is-Salvagwardji, tintroduċi mill-ġdid għal dak il-prodott il-kwota tariffarja korrispondenti sospiża mill-Artikolu 1(1), il-punt b. |
||||
|
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, it-termini bajd, pollam u zokkor jirreferu għall-prodotti kollha koperti mill-kwoti tariffarji fl-Appendiċi tal-Anness I-A tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għal, rispettivament, il-bajd u l-albumini, il-laħam tal-pollam u l-preparazzjonijiet tal-laħam tal-pollam, u z-zokkor, u l-medja aritmetika għandha tiġi kkalkulata billi s-somma tal-volumi tal-importazzjoni fl-2022 u fl-2023 tiġi diviża bi tnejn . |
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, it-termini qamħ komuni, dqiq u gerbub tal-qamħ, xgħir, dqiq u gerbub tax-xgħir, ħafur, qamħirrum, dqiq u gerbub tal-qamħirrum, ħbub imfesdqa misħuqa u grixa tax-xgħir, ħbub taċ-ċereali maħduma mod ieħor, għasel, bajd, pollam jew zokkor , jirreferu għall-prodotti kollha koperti mill-kwoti tariffarji fl-Appendiċi tal-Anness I-A tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għal, rispettivament, il-qamħ komuni, id-dqiq u l-gerbub tal-qamħ, ix-xgħir, id-dqiq u l-gerbub tax-xgħir, il-ħafur, il-qamħirrum, id-dqiq u l-gerbub tal-qamħirrum, il-ħbub imfesdqa misħuqa u l-grixa tax-xgħir, il-ħbub taċ-ċereali maħduma mod ieħor, l-għasel, il-bajd u l-albumini, il-laħam tal-pollam u l-preparazzjonijiet tal-laħam tal-pollam, u z-zokkor, u l-medja aritmetika għandha tiġi kkalkulata billi s-somma tal-volumi tal-importazzjoni fl-2021, fl-2022 u fl-2023 tiġi diviża bi tlieta . |
(1) Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0077/2024).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6577/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)