27.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 434/19


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10468 — NREP/NOVO HOLDINGS/INDUSTRIENS PENSIONSFORSIKRING/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 434/06)

1.   

Fid-19 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

NREP AB (l-Isvezja),

—

Novo Holdings A/S (id-Danimarka), li tappartjeni għan-Novo Group,

—

Industriens Pensionsforsikring A/S (id-Danimarka).

NREP AB, Novo Holdings A/S u Industriens Pensionsforsikring A/S jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab maħluqa ġdida (joint venture. “JV”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

NREP AB: tiġġestixxi fondi billi tamministra fondi li l-għan tagħhom huwa li jinvestu fi, iħaddmu u jiżviluppaw proprjetà immobbli fil-pajjiżi Nordiċi,

—

Novo Holdings A/S: tiġġestixxi l-assi ta’ investiment tal-Fondazzjoni Novo Nordisk bħala l-kumpanija azzjonista tan-Novo Group. Novo Holdings A/S tinvesti fix-xjenzi tal-ħajja kif ukoll infrastruttura ta’ kwalità għolja u proprjetà immobbli moderna u sostenibbli.

—

Industriens Pensionsforsikring A/S: kumpanija tal-pensjoni tax-xogħol li tamministra l-iskema obbligatorja tal-pensjoni tas-suq tax-xogħol għall-impjegati skont il-Ftehim Daniż ta’ Negozjar Kollettiv għal Impjegati Industrijali. Industriens Pensionsforsikring A/S tinvesti f’varjetà ta’ assi, inklużi proprjetajiet, l-aktar f’pajjiżi żviluppati,

—

Il-JV hija maħsuba biex tkun proprjetarja, tiżviluppa, tħaddem, u parzjalment tbigħ proprjetajiet residenzjali u kummerċjali f’żoni ta’ Jernbanebyen, li jinsabu fiċ-ċentru ta’ Kopenħagen.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10468 — NREP/NOVO HOLDINGS/INDUSTRIENS PENSIONSFORSIKRING/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.