|
24.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 473/31 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10513 — ACCIAIERIA ARVEDI / FINARVEDI / ACCIAI SPECIALI TERNI / THYSSENKRUPP STAINLESS / THYSSENKRUPP STAINLESS TURKEY METAL SANAYI VE T)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 473/13)
1.
Fis-17 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Acciaieria Arvedi S.p.A. (l-Italja) (“Acciaieria Arvedi”), ikkontrollata minn Finarvedi S.p.A. (l-Italja); |
|
— |
Acciai Speciali Terni S.p.A. (l-Italja) (“AST”); |
|
— |
ThyssenKrupp Stainless GmbH (il-Ġermanja), ikkontrollata minn AST; |
|
— |
ThyssenKrupp Stainless Turkey Metal Sanayi ve Ticaret A.S. (it-Turkija), ikkontrollata minn AST. |
Acciaieria Arvedi takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ AST, Thyssenkrupp Stainless GmbH u Thyssenkrupp Stainless Turkey Metal Sanayi ve Ticaret A.S. kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Acciaieria Arvedi: il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tal-azzar tal-karbonju, inklużi kojls tal-azzar bil-karbonju, tubi tal-azzar tal-karbonju wweldjati u tubi tal-azzar tal-karbonju miġbuda kiesħa, tubi tal-azzar inossidabbli wweldjati kif ukoll attivitajiet oħra fis-settur tal-azzar, |
|
— |
AST, Thyssenkrupp Stainless GmbH u Thyssenkrupp Stainless Turkey Metal Sanayi ve Ticaret A.S.: il-manifattura, id-distribuzzjoni u l-provvista ta’ ċerti prodotti tal-azzar inossidabbli, bħal folji jew kojls tal-azzar standard jew ta’ daqs doganali fil-gradi kollha tal-azzar inossidabbli, pajpijiet u tubi wweldjati u profili rettangolari għal diversi setturi bħall-industrija awtomobilistika, il-produzzjoni tal-enerġija, l-industriji tal-produzzjoni tal-azzar, il-preservazzjoni tal-ikel u s-suq tal-kostruzzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10513 — ACCIAIERIA ARVEDI / FINARVEDI / ACCIAI SPECIALI TERNI / THYSSENKRUPP STAINLESS / THYSSENKRUPP STAINLESS TURKEY METAL SANAYI VE T
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).