IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.11.2025
COM(2025) 668 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Rapport ta' Progress tal-UE dwar l-Azzjoni Klimatika 2025
{SWD(2025) 347 final}
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.11.2025
COM(2025) 668 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Rapport ta' Progress tal-UE dwar l-Azzjoni Klimatika 2025
{SWD(2025) 347 final}
Werrej
1. Azzjoni klimatika: avvanzi u sfidi
1.1 Impatti tat-tibdil fil-klima u emissjonijiet ta’ gassijiet serra: xejriet reċenti
1.2 Lejn l-objettivi klimatiċi
1.3 Progress fuq il-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar il-klima
1.4 Il-progress fl-Istati Membri
1.5 Opinjoni pubblika dwar it-tibdil fil-klima
2. Is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet
2.1 Limitu massimu fuq l-emissjonijiet skont l-EU ETS
2.2 Ix-xejriet tal-emissjonijiet
2.3 Dħul mill-irkant
2.4 Avjazzjoni
2.5 Trasport marittimu
2.6 Bini, trasport u industrija żgħira
3. Emissjonijiet tal-kondiviżjoni tal-isforzi
3.1 Miri għall-kondiviżjoni tal-isforzi
3.2 Progress lejn il-miri tal-kondiviżjoni tal-isforzi
3.3 Ix-xejriet tal-emissjonijiet skont it-tip ta’ gass
3.4 Trasport bit-triq
4. Settur tal-użu tal-art
4.1 Il-mira tal-LULUCF
4.2 Valutazzjoni tal-progress
4.3 Azzjoni biex jiżdied il-monitoraġġ tal-art
4.4 Inizjattivi relatati rilevanti għall-agrikoltura u l-forestrija
4.5 Inċentivi għall-assorbimenti tal-karbonju u prattiki sostenibbli
5. Ġestjoni tal-karbonju industrijali
6. Reżiljenza u adattament għat-tibdil fil-klima
6.1 Perikli klimatiċi u telf ekonomiku
6.2 Azzjoni tal-UE biex tingħata spinta lir-reżiljenza għall-klima
6.3 Progress fl-Istati Membri dwar il-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima
6.4 Azzjoni reġjonali u lokali
7. Investimenti fl-azzjoni klimatika
7.1 Ħtiġijiet ta’ investiment
7.2 Mobilizzazzjoni tal-investiment tas-settur privat
7.3 Finanzjament mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet
7.4 In-nefqa fuq il-klima fil-baġit tal-UE
8. Azzjoni internazzjonali dwar il-klima
8.1 Impenn multilaterali
8.2 Impenn bilaterali
8.3 Finanzjament għall-klima u kooperazzjoni internazzjonali
|
Għaliex nippubblikaw dan ir-rapport? Il-Kummissjoni Ewropea timmonitorja u tivvaluta l-progress fl-ilħuq tal-miri klimatiċi, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-UE. Skont l-Artikoli 29(1) u 29(5) tar- Regolament dwar il-Governanza , hija trid tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress kull sena sal-aħħar ta’ Ottubru, billi tibda mill-2021. Dan ir-Rapport ta’ Progress dwar l-Azzjoni Klimatika jservi bħala din il-valutazzjoni. |
1.Azzjoni klimatika: avvanzi u sfidi
|
Punti ewlenin |
|
·Fl-2024, l-Ewropa reġgħet esperjenzat l-effett devastanti tat-tibdil fil-klima, b’temperaturi rekord u avvenimenti estremi tat-temp, li affettwaw eluf ta’ ħajjiet, l-ekonomija u ssottolinjaw il-ħtieġa urġenti għal azzjoni klimatika. |
|
·L-UE għamlet progress billi naqqset l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra bi 2,5 % mill-2023. |
|
·Dan ifisser li l-UE tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tagħha ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet bi 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, sakemm il-miżuri ta’ politika eżistenti u ppjanati jiġu implimentati bis-sħiħ mill-UE u mill-Istati Membri. |
|
·L-UE u l-Istati Membri qed iżidu wkoll l-isforzi tagħhom fuq ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima. |
|
·L-Ewropej ikomplu jesprimu tħassib dwar it-tibdil fil-klima, b’appoġġ qawwi kontinwu għall-għanijiet u l-politiki tal-UE dwar il-klima. |
|
·L-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra komplew jiżdiedu fl-2024, u laħqu 53,2 biljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2. |
Impatti tat-tibdil fil-klima u emissjonijiet ta’ gassijiet serra: xejriet reċenti
L-2024 kienet globalment l-aktar sena sħuna rreġistrata u l-ewwel waħda li fiha t-temperatura medja qabżet 1,5 °C ’il fuq mil-livell preindustrijali 1 . L-Ewropa tkompli tkun il-kontinent li qed jisħon l-aktar malajr u s-sena 2024 kienet ikkaratterizzata minn kuntrast ċar bejn il-Lvant u l-Punent fix-xejriet tat-temp. L-Ewropa tal-Lvant kienet fil-biċċa l-kbira sħuna, b’ħafna temperaturi rekord, filwaqt li t-temperaturi fl-Ewropa tal-Punent kienu aktar varjabbli, b’xi xhur aktar friski jew qrib il-medja.
Hekk kif it-tibdil fil-klima intensifika, is-sena 2024 rat żieda f’avvenimenti estremi tat-temp b’impatti serji u mifruxa 2 . L-Ewropa tax-Xlokk iffaċċjat l-itwal mewġa ta’ sħana li qatt ġiet irreġistrata. In-nirien fis-selvaġġ affettwaw aktar minn 40 000 persuna. F’Lulju, nar kbir fil-Lvant tal-Attika, il-Greċja, ħaraq madwar 110 km² u f’Settembru, diversi nirien kbar fis-selvaġġ faqqgħu fil-Portugall f’perjodu qasir. Il-Bulgarija u r-Rumanija esperjenzaw numru ta’ nirien ’il fuq mill-medja matul is-sajf. Din kienet ukoll waħda mill-10 snin li fihom għamlet l-aktar xita fl-Ewropa tal-Punent mill-1950. Il-maltempati u l-għargħar affettwaw aktar minn 400 000 persuna, li rriżultaw f’mill-inqas 335 mewta. Serje ta’ maltempati f’Mejju kkawżaw għargħar mifrux madwar il-Lvant ta’ Franza, il-Punent tal-Ġermanja, il-Belġju u n-Netherlands. F’Settembru, il-maltempata Boris kaxkret l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, u l-ammont rekord ta’ xita fix-Xlokk ta’ Spanja wassal għal għargħar katastrofiku f’Ottubru, li kkawża bosta fatalitajiet u telf ekonomiku sever. Il-glaċieri madwar l-Ewropa qed ikomplu jdubu, b’dawk fl-Alpi fost dawk li qed jiċkienu bl-aktar rata mgħaġġla fid-dinja.
Dawn l-avvenimenti u l-projezzjonijiet jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti għal azzjoni klimatika kontinwa, ambizzjuża u kkoordinata biex jitnaqqsu r-riskji, jiġu protetti n-nies u l-ekonomija, u tinbena r-reżiljenza kontra l-impatti dejjem jikbru tat-tibdil fil-klima.
Sakemm ma jitteħdux miżuri b’saħħithom ta’ mitigazzjoni u adattament, it-tibdil fil-klima huwa pproġettat li jirriżulta f’aktar imwiet relatati mat-temperatura fl-Ewropa, speċjalment fil-Mediterran u fil-Lvant tal-Ewropa 3 . It-temperaturi globali dejjem jogħlew huma wkoll ipproġettati li jesponu frazzjonijiet dejjem jikbru tal-popolazzjoni għal estremi klimatiċi mingħajr preċedent f’ħajjithom 4 .
Xejriet tal-emissjonijiet fl-UE
Id-data provviżorja għall-2024 turi li, fl-UE, l-emissjonijiet netti totali ta’ gassijiet serra, inklużi l-emissjonijiet marittimi u tal-avjazzjoni internazzjonali taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-UE fil-mira, naqsu bi 2,5 % meta mqabbla mal-2023. L-emissjonijiet qed ikomplu fix-xejra ’l isfel osservata wara t-tnaqqis eċċezzjonali miksub fl-2023. L-emissjonijiet kienu 37,2 % aktar baxxi milli kienu fl-1990 (jew 39 % meta jitqiesu biss l-emissjonijiet netti domestiċi), filwaqt li l-PDG kien 71 % ogħla, li jfisser li t-tkabbir ekonomiku jkompli jiddiżakkoppja mill-emissjonijiet 5 .
Illustrazzjoni 1: Emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra tal-UE (2018-2024)
|
|
|
|
Nota: Dawn iċ-ċifri huma bbażati fuq l-aħħar inventarju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, inklużi l-valuri approssimati għall-2024, kif irrapportati mill-Istati Membri tal-UE. L-emissjonijiet mill-attivitajiet tal-avjazzjoni u marittimi internazzjonali, kif irregolati fid-dritt tal-Unjoni, huma stmati mill-Kummissjoni Ewropea (ara l-Kapitolu 2 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament). |
|
L-aktar tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet inkiseb fis-settur tal-enerġija, bl-emissjonijiet jonqsu bi 8,6 % (ekwivalenti għal 66 MtCO2-eq) meta mqabbla mal-2023 (Illustrazzjoni 2). Fattur ewlieni f’dan it-tnaqqis kien is-settur tal-enerġija, fejn l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku naqsu b’10,7 % meta mqabbla mal-livelli tal-2023 6 . Dan huwa dovut l-aktar għal żieda ta’ 8 % fl-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli u żieda ta’ 5 % fl-enerġija nukleari, flimkien ma’ tnaqqis fil-gass bi 8 % u fil-faħam bi 12 %. Fi ħdan is-settur tas-sorsi rinnovabbli, l-enerġija solari rat tkabbir notevoli ta’ 19 %, filwaqt li l-enerġija idroelettrika żdiedet bi 12 % 7 . L-enerġija ġġenerata mir-riħ żdiedet b’mod aktar moderat b’madwar 2 %. B’mod ġenerali, il-produzzjoni tal-elettriku żdiedet bi 2 % fl-2024.
B’mod ġenerali, l-emissjonijiet industrijali totali fl-2024 baqgħu ġeneralment stabbli meta mqabbla mal-2023. Is-settur industrijali għandu żewġ sorsi ewlenin ta’ emissjonijiet: l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwil għas-sħana, l-istim u l-enerġija fuq il-post; u l-emissjonijiet minn proċessi industrijali mhux relatati mal-enerġija (eż., kalċinazzjoni tal-klinker tas-siment, produzzjoni tal-ġir, u manifattura ta’ metalli jew sustanzi kimiċi). Filwaqt li l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwil żdiedu bi ftit b’0,4 %, l-emissjonijiet mill-proċessi mhux relatati mal-enerġija naqsu b’0,5 %. Dan jirrifletti l-interazzjoni bejn ix-xejriet settorjali annwali, ix-xejriet tal-produzzjoni industrijali (tnaqqis ta’ 2,6 % meta mqabbel mal-2023 8 ) u l-kisbiet fl-effiċjenza enerġetika. L-emissjonijiet mill-industriji li jużaw ħafna enerġija ġeneralment baqgħu stabbli, għalkemm b’varjazzjonijiet bejn is-setturi. Pereżempju, l-emissjonijiet mill-proċess industrijali fis-settur tas-sustanzi kimiċi żdiedu bi 8,2 %, filwaqt li dawk fis-settur tal-minerali, inkluż is-siment, naqsu bi 2,5 %, li fil-biċċa l-kbira jirriflettu l-bidliet fil-volumi tal-produzzjoni.
Is-settur agrikolu kkontribwixxa wkoll għat-tnaqqis ġenerali fl-emissjonijiet fl-2024, u wera tnaqqis ta’ 1,2 % (madwar 4 MtCO2-eq) meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, filwaqt li l-emissjonijiet mill-bini u mill-iskart baqgħu ġeneralment l-istess. B’kuntrast għal dan, l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport komplew jiżdiedu, bit-trasport domestiku jiżdied b’0,7 % u t-trasport marittimu u tal-avjazzjoni internazzjonali bi 3 %. B’riżultat ta’ dan, it-trasport issa huwa l-akbar sors settorjali ta’ emissjonijiet tal-Ewropa.
Illustrazzjoni 2: Bidla fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-UE fl-2024 skont is-settur
|
|
|
|
Noti: (1) Is-settur tal-enerġija jirreferi għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana u għar-raffinar tal-petroleum (1.A.1 il-kodiċi tal-inventarju ta’ gassijiet serra). Dan jinkludi wkoll l-emissjonijiet indiretti ta’ CO2, l-emissjonijiet minn setturi oħrajn (1.A.5 il-kodiċi tal-inventarju ta’ gassijiet serra), u l-emissjonijiet maħruba (1.B il-kodiċi tal-inventarju ta’ gassijiet serra) (2) L-industrija tinkludi l-kombustjoni tal-fjuwil fil-manifattura u l-kostruzzjoni (1.A.2) u l-emissjonijiet fil-proċessi industrijali u l-użu tal-prodotti. (3) Il-bini jinkludi emissjonijiet mill-użu tal-enerġija f’bini residenzjali u terzjarju, u l-użu tal-enerġija fis-setturi tal-agrikoltura u s-sajd (1.A.4 il-kodiċi tal-inventarju ta’ gassijiet serra). |
|
Fl-2024, l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) kisbet tnaqqis ulterjuri fl-emissjonijiet minn installazzjonijiet tal-enerġija u tal-industrija, bi tnaqqis ta’ 5,8 % meta mqabbel mal-livelli tal-2023. Dan iġib dawn l-emissjonijiet għal madwar 50 % taħt il-livelli tal-2005. L-emissjonijiet mill-avjazzjoni koperti mill-EU ETS żdiedu meta mqabbla mal-2023 b’madwar 15 %, għalkemm madwar nofs din iż-żieda kienet dovuta għal ambitu ġeografiku estiż 9 .
Fis-setturi tal-Kondiviżjoni tal-Isforzi, l-emissjonijiet baqgħu f’livell simili meta mqabbla mal-2023. Id-data provviżorja tal-2024 għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra mis-settur tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) turi żieda fil-bjar netti tal-karbonju ta’ madwar 7 % (jew 15 MtCO2-eq) meta mqabbla mal-2023, għalkemm id-data approssimata tibqa’ soġġetta għal reviżjonijiet.
Xejriet globali
Skont ir-rapport EDGAR tal-Kummissjoni tal-2025 , l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra komplew jiżdiedu fl-2024, u laħqu 53,2 biljun tunnellata ta’ ekwivalenti CO2 (Illustrazzjoni 3). Dan huwa 1,3 % ogħla milli fl-2023 u 4,7 % ogħla milli fl-2019, qabel il-pandemija.
Fl-2024, is-settur tal-enerġija kien l-ixprunatur ewlieni tal-emissjonijiet globali (+1,5 %, jew 235 MtCO2-eq), minħabba domanda ogħla għat-tkessiħ, żieda fil-konsum tal-enerġija fl-industrija, il-bidla għat-trasport elettriku u t-tkabbir taċ-ċentri tad-data 10 . It-tieni l-akbar sors ta’ emissjonijiet ogħla kien għall-kombustjoni tal-fjuwil fl-industrija (+2,1 %, jew 131 MtCO2-eq) u mbagħad għat-trasport (+1,2 %, jew 99 MtCO2-eq).
Illustrazzjoni 3: Emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra (1990-2024)
|
L-istimi tal-gassijiet serra ta’ EDGAR ivarjaw mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrapportati uffiċjalment (jiġifieri l-inventarji tal-gassijiet serra sottomessi mill-partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC, United Nations Framework Convention on Climate Change) għal raġunijiet differenti: ·Is-sors tad-data; ·Il-metodoloġija tal-istima. Ta’ min jinnota li d-data rrapportata uffiċjalment sottomessa lill-UNFCCC biss għandha tintuża biex jiġi vvalutat il-progress tal-UE fir-rigward tal-klima. Għal informazzjoni aktar dettaljata ara l- analiżi komparattiva tal-inventarji tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-EDGAR u tal-UNFCCC. |
|
Tabella 1: Bidla annwali fl-emissjonijiet globali (%, 2023-2024) |
||
|
Pajjiż |
Emissjonijiet ta’ gassijiet serra |
|
|
% tal-bidla (2023-2024) |
||
|
|
EU-27 |
-1,8 % |
|
|
Iċ-Ċina |
+0,8 % |
|
|
L-Istati Uniti |
+0,4 % |
|
|
L-Indja |
+3,9 % |
|
|
Ir-Russja |
+2,5 % |
|
|
L-Indoneżja |
+5,0 % |
|
|
Il-Brażil |
+0,2 % |
|
|
Il-Ġappun |
-2,8 % |
|
Il-bqija tad-dinja |
+1,8 % |
|
|
Total globali |
+1,3 % |
|
L-akbar emittenti huma ċ-Ċina, b’29 % tal-emissjonijiet globali, l-Istati Uniti (11 %), l-Indja (8 %), l-UE (6 %), ir-Russja (5 %) u l-Indoneżja, il-Brażil u l-Ġappun (kollha bi 2 %). Flimkien, dawn ipproduċew 66 % tal-emissjonijiet globali fl-2024.
Fost dawn l-emittenti, l-UE u l-Ġappun biss naqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom, filwaqt li l-Indoneżja u l-Indja raw l-aktar tkabbir mgħaġġel fl-emissjonijiet. L-emissjonijiet prodotti fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti żdiedu wkoll, iżda b’pass aktar bil-mod milli fis-snin reċenti (Tabella 1).
Lejn l-objettivi klimatiċi
Kif stabbilit fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima, l-UE għandha l-għan li ssir newtrali għall-klima sal-2050. Dan ifisser li, sa dak iż-żmien, l-UE mhux se żżid aktar gassijiet serra fl-atmosfera minħabba li l-emissjonijiet jew se jitnaqqsu għal żero jew inkella jiġu bbilanċjati bl-assorbimenti.
Sabiex tikseb dan, l-UE stabbiliet mira intermedja biex tnaqqas l-emissjonijiet tagħha sal-2030 u l-Kummissjoni pproponiet mira oħra għall-2040 li għandha tiġi stabbilita fil-Liġi dwar il-Klima. Il-mira għall-2030 tirrikjedi li l-emissjonijiet netti totali ta’ gassijiet serra fl-UE jitnaqqsu b’mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet mira għall-2040 li għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’90 % sal-2040 (ara l-Illustrazzjoni 4). Bħalissa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qed jikkunsidraw din il-proposta (il-Kunsill laħaq Approċċ Ġenerali fil-5 ta’ Novembru 2025).
Tliet politiki ewlenin jiżguraw li l-UE tilħaq il-mira tagħha li tnaqqas l-emissjonijiet b’55 % sal-2030:
·L-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet bi 62 % meta mqabbla mal-livelli tal-2005 (ara l-Kapitolu 2).
·Ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR, Effort Sharing Regulation) jistabbilixxi mira ta’ tnaqqis ta’ 40 % meta mqabbel mal-livelli tal-2005 (ara l-Kapitolu 3).
·Ir-Regolament dwar l-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF) jipprevedi assorbiment nett addizzjonali ta’ 42 MtCO2-eq ibbażat fuq l-art meta mqabbel mal-medja tal-2016-2018. Madankollu, il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tistabbilixxi kontribuzzjoni massima għall-mira tal-2030 għall-ekonomija kollha tal-UE ta’ 225 MtCO2-eq għall-assorbimenti bbażati fuq l-art (ara l-Kapitolu 4).
Politiki oħrajn jappoġġaw ukoll in-newtralità klimatika u l-miri intermedji:
·Is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u t-trasport (ETS2) għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet bi 42 % meta mqabbla mal-livelli tal-2005 (ara l-Kapitolu 2), flimkien ma’ politiki oħrajn.
·Politiki biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ idrofluworokarburi (HFCs, hydrofluorocarbons) b’madwar 95 % meta mqabbla mal-livelli tal-2015 (ara l-Kapitolu 3).
·Il-mira ta’ injezzjoni ġeoloġika u kapaċità ta’ ħżin tas-CO2 ta’ mill-inqas 50 miljun tunnellata fis-sena sal-2030 (ara l-Kapitolu 5).
Illustrazzjoni 4: Miri klimatiċi ewlenin tal-UE
Illustrazzjoni 5: Miri tal-UE għall-2030
Lejn il-mira tal-UE għall-2030
B’mod ġenerali, l-UE tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira għall-2030. L-aħħar projezzjonijiet tal-Istati Membri minn Marzu 2025 juru diskrepanza qrib punt perċentwali wieħed għall-mira tal-UE, f’konformità mal- valutazzjoni reċenti tal-pjanijiet nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija.
Sabiex tintlaħaq il-mira tal-UE, jeħtieġ li l-UE u l-Istati Membri jimplimentaw kemm il-politiki u l-miżuri kurrenti kif ukoll dawk addizzjonali bis-sħiħ.
Il-projezzjonijiet ibbażati biss fuq il-politiki u l-miżuri eżistenti qed ikomplu jonqsu b’madwar 8 punti perċentwali. L-estrapolazzjoni tax-xejra minn matul l-aħħar 5 snin sal-2030 tindika diskrepanza ta’ 6 punti perċentwali. B’5 snin biss li fadal sal-mira interim biex tintlaħaq in-newtralità klimatika, dawn is-sejbiet jenfasizzaw l-importanza kritika ta’ monitoraġġ mill-qrib, azzjoni sostnuta u investiment suffiċjenti sabiex l-UE tilħaq il-mira tal-2030 (Illustrazzjoni 6).
Illustrazzjoni 6: Tnaqqis ipproġettat fl-emissjonijiet fil-perjodu 1990–2030 u diskrepanza sal-mira skont il-politiki ewlenin
|
|
|
|
|
Noti: (1) Id-diskrepanzi fil-mira huma bbażati fuq: i) il-projezzjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri tal-2025, kemm “b’miżuri eżistenti” (WEM, with existing measures) kif ukoll “b’miżuri eżistenti u addizzjonali” (WAM, with existing and additional measures); u, ii) l-estrapolazzjoni lineari tax-xejra osservata matul l-aħħar 5 snin. (2) Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-mira tal-UE għall-2030 jinkludi l-assorbimenti u l-emissjonijiet netti tal-LULUCF mill-attivitajiet marittimi u tal-avjazzjoni internazzjonali regolati skont id-dritt tal-Unjoni. Dawn tal-aħħar huma inklużi fl-emissjonijiet ipproġettati tal-EU ETS. (3) Għal-LULUCF, id-diskrepanza tirreferi hawnhekk għall-kontribuzzjoni massima ta’ assorbimenti netti ta’ 225 MtCO2-eq kif previst fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Ix-xejra u l-WAM juru bir ogħla mill-WEM. (4) Id-diskrepanzi fil-miri ta’ politika huma ppreżentati bħala firxa ta’ valuri pproġettati bbażati kemm fuq il-projezzjonijiet tal-gassijiet serra kif ukoll fuq ix-xejriet lineari. |
Hemm differenzi bejn is-setturi u l-politiki. Bil-kontribuzzjoni mill-bir tal-LULUCF limitata għal 225 MtCO2-eq mil-Liġi Ewropea dwar il-Klima 11 , id-diskrepanza pproġettata fil-mira tal-UE għall-2030 hija prinċipalment spjegata mill-isfidi u n-nuqqas ta’ ambizzjoni fit-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi koperti mir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR), eż. it-trasport domestiku, il-bini, l-agrikoltura u l-iskart. Id-diskrepanza pproġettata tvarja bejn 2 u 9 punti perċentwali, meta jitqies l-impatt tal-politiki u l-miżuri eżistenti u addizzjonali u skont il-politiki kurrenti, rispettivament. L-implimentazzjoni tal-miżuri ppjanati hija kruċjali minħabba li l-estrapolazzjoni tax-xejra osservata matul l-aħħar 5 snin tindika diskrepanza saħansitra ogħla għall-ESR (12-il ppt). L-emissjonijiet mill-attivitajiet marittimi u tal-avjazzjoni internazzjonali koperti taħt l-EU ETS jirrappreżentaw sfida akuta oħra, minħabba li l-emissjonijiet minn dawn is-setturi qed jiżdiedu u huma diffiċli li jitnaqqsu (ara l-Kapitolu 3 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal għal aktar dettalji).
Lejn in-newtralità klimatika u r-reżiljenza tal-UE
Fil-15 ta’ Marzu 2025, l-Istati Membri tal-UE rrapportaw il-progress tagħhom lejn l-għanijiet deskritti fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima (NECPR, national energy and climate progress report) 12 . Numru dejjem jikber ta’ pajjiżi tal-UE impenjaw ruħhom li jiksbu n-newtralità klimatika sal-2050 jew qabel 13 . L-Istati Membri stabbilew jew aġġornaw ukoll miri nazzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2050 14 . Meta dawn il-miri nazzjonali jiġu aggregati għall-UE kollha 15 , dawn ikunu 6 punti perċentwali inqas mill-mira ta’ emissjonijiet żero netti ta’ gassijiet serra stabbilita għall-2050.
F’Diċembru 2023, il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat li 10 Stati Membri jaġġustaw il-miżuri tagħhom biex jagħmluhom aktar konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika. Il-Kummissjoni toħroġ tali rakkomandazzjonijiet jekk il-miżuri tal-Istat Membru jkunu inkonsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika.
Ir-rakkomandazzjonijiet primarjament ħeġġew lill-Istati Membri biex iżidu l-azzjoni dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u biex jallinjaw il-politiki tagħhom mal-objettiv tan-newtralità klimatika. Setturi speċifiċi bħat-trasport, l-agrikoltura u l-użu tal-art (LULUCF) ġew enfasizzati għal titjib f’ċerti pajjiżi. Fir-rapporti ta’ progress tal-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima (NECP, national energy and climate plan) sussegwenti tagħhom, l-Istati Membri kollha nnotifikaw lill-Kummissjoni kif qiesu dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Xi Stati Membri introduċew miżuri ġodda, b’enfasi partikolari fuq l-enerġija rinnovabbli; oħrajn iddeskrivew firxa ta’ pjanijiet u strateġiji. Diversi Stati Membri nnotaw li huma jinsabu fil-proċess li jirrevedu l-istrateġiji fit-tul tagħhom biex jallinjaw mal-objettivi tal-UE (aktar dettalji fil-Kapitolu 3 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament).
Minbarra r-rakkomandazzjonijiet relatati man-newtralità klimatika, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet lil 26 Stat Membru dwar ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima fl-istess pakkett. Dawn ikopru l-ispettru sħiħ tal-aspetti tal-politika ta’ adattament, mil-leġiżlazzjoni, il-valutazzjonijiet tar-riskju u tal-vulnerabbiltà, u l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, għall-koordinazzjoni tal-politika, il-finanzjament u t-trasparenza.
Sussegwentement, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri kkonfermaw li se jindirizzaw dawn l-isfidi bħala parti mill-isforzi kontinwi tagħhom biex itejbu r-reżiljenza tagħhom u l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politika ta’ adattament tagħhom. Ħafna aġġornaw il-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom fl-2023-2025 u numru dejjem jikber ħejjew valutazzjonijiet tematiċi u settorjali. Madankollu, huma meħtieġa oqfsa ta’ monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni aħjar fil-livelli kollha biex ikunu jistgħu jivvalutaw b’mod aktar akkurat l-effiċjenza u l-effettività tal-politiki ta’ reżiljenza u adattament u l-implimentazzjoni tagħhom fil-livell tal-Istati Membri (ara l-Kapitolu 11 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament).
Progress fuq il-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar il-klima
Bl-adozzjoni tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima fl-2021, l-objettiv tal-UE li sal-2050 tilħaq emissjonijiet żero netti sar legalment vinkolanti, l-istess bħall-mira tal-UE għall-2030 li tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Il-liġi tirrikjedi wkoll li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jagħmlu progress kontinwu fl-adattament għat-tibdil fil-klima, it-tisħiħ tar-reżiljenza u t-tnaqqis tal-vulnerabbiltà.
L-enfasi fl-2024 u fl-2025 kienet fuq azzjoni biex tintlaħaq il-mira tal-2030 fil-livell tal-Istati Membri, fuq l-istabbiliment ta’ mira għall-UE kollha għall-2040 bħala l-pass li jmiss fit-triq lejn in-newtralità klimatika u fuq l-iżgurar li d-dekarbonizzazzjoni tkun xprunatur b’saħħtu għal Ewropa aktar kompetittiva u reżiljenti.
F’Lulju 2025, il-Kummissjoni adottat proposta biex temenda r-Regolament dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Klima biex tistabbilixxi mira għall-2040 biex tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra (GHG, greenhouse gas) tal-UE b’90 % sal-2040 mil-livelli tal-1990, inkluż l-użu possibbli ta’ xi krediti internazzjonali. Din il-mira se tagħti lin-nies, lin-negozji u lill-investituri prevedibbiltà akbar biex jippjanaw bil-quddiem. Il-proposta issa qed tiġi diskussa mill-koleġiżlaturi. F’Novembru 2025, il-Ministri fil-Kunsill Ambjentali qablu fuq mira intermedja legalment vinkolanti ta’ 90 % għall-2040, b’mira domestika ta’ 85 % u sa 5 % ta’ krediti tal-karbonju internazzjonali.
Bdiet il-ħidma fuq qafas integrat ġdid għar-reżiljenza klimatika, b’sejħa pubblika għal evidenza maħruġa fl-aħħar ta’ Lulju 2025. L-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE mxiet ’il quddiem, u tirrifletti s-sejbiet tal-ewwel Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa, u l-Komunikazzjoni tal-2024 dwar il-ġestjoni tar-riskji klimatiċi, appoġġata minn data u għodod mill-pjattaforma Climate-ADAPT u mill-Osservatorju Ewropew tal-Klima u tas-Saħħa.
F’Jannar 2025, il-Kummissjoni stabbiliet Boxxla għall-Kompetittività li tenfasizza kif hija ppjanat li tappoġġa t-tranżizzjoni lejn ekonomija kompetittiva u reżiljenti dekarbonizzata. Għaldaqstant, fi Frar 2025, il-Kummissjoni ppreżentat il-Patt għal Industrija Nadifa, pjan direzzjonali konġunt għall-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni u pjan ta’ negozju trasformattiv biex jappoġġaw l-industrija tal-UE. Dan għandu l-għan li jaċċellera l-proċess tad-dekarbonizzazzjoni, filwaqt li jiggarantixxi l-futur tal-manifattura fl-Ewropa. Il-Patt jiffoka prinċipalment fuq żewġ setturi marbuta mill-qrib: l-industriji li jużaw ħafna enerġija u t-teknoloġija nadifa. Waħda mill-azzjonijiet diġà kompluti hija l-Qafas għall-Għajnuna mill-Istat tal-Patt għal Industrija Nadifa ppubblikat f’Ġunju 2025. Element importanti tal-Patt għal Industrija Nadifa huwa l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Affordabbli, li fih miżuri speċifiċi biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija fl-UE. Din l-inizjattiva se jkollha impatt sinifikanti kemm fuq il-kompetittività industrijali kif ukoll fuq l-għoli tal-ħajja. Barra minn hekk, l-Unjoni tal-Ħiliet imnedija f’Marzu ssaħħaħ l-għanijiet tal-Patt għal Industrija Nadifa billi tippromwovi l-iżvilupp u l-investiment fil-ħiliet biex tindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet u biex tiżgura li ħadd ma jitħalla lura fil-kuntest tat-tranżizzjoni nadifa.
Il-Kummissjoni kompliet tħejji l-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni li tirriżulta mir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-klima bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”.
Dan jinkludi atti biex jiġu implimentati:
·ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi;
·ir-regolament dwar l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF);
·ir-regolament dwar l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet;
·l-EU ETS (inklużi r-regoli riveduti għall-avjazzjoni) u biex l-iskema tiġi estiża sabiex tkopri s-settur marittimu, u b’hekk l-UE ssir l-ewwel ġuriżdizzjoni globalment li tpoġġi prezz espliċitu tal-karbonju fuq l-emissjonijiet mis-settur marittimu;
·l-ETS 2 għall-bini u t-trasport bit-triq; u
·l-Fond Soċjali għall-Klima.
F’Marzu 2024 daħlu fis-seħħ regolamenti ġodda dwar il-gassijiet serra fluworinati u s-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu . Dawn daħħlu fis-seħħ miżuri ġodda li se jeliminaw 500 MtCO2-eq addizzjonali ta’ emissjonijiet sal-2050 meta mqabbla ma’ miżuri adottati qabel dwar dawn is-sustanzi kimiċi. Fl-2025, il-Kummissjoni Ewropea adottat leġiżlazzjoni sekondarja biex timplimenta regoli ġodda dwar dawn is-sustanzi, li huma saħansitra aktar ambizzjużi mill-impenji li saru skont il-Protokoll ta’ Montreal.
Bħala parti mill-aġenda usa’ ta’ simplifikazzjoni tagħha, f’Mejju 2025, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta biex tissimplifika, fost l-oħrajn, ir- Regolament dwar il-gass F . Il-proposta se tnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-importaturi u l-esportaturi billi tillimita r-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni għall-importaturi ta’ prodotti u tagħmir li fihom gassijiet F ’il fuq minn ċerti limiti annwali u għal dawk l-esportaturi li jesportaw tagħmir stazzjonarju b’gassijiet F b’tisħin relattivament għoli 16 .
Fl-1 ta’ April 2025, bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni industrijali tal-Kummissjoni għas-settur Ewropew tal-karozzi u wara d-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Industrija tal-Karozzi, il-Kummissjoni pproponiet li temenda r- regolament li jistabbilixxi l-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet tas-CO2 għal karozzi u vannijiet ġodda. Din l-emenda ġġib magħha flessibbiltà addizzjonali ta’ darba biex jintlaħqu l-miri tas-CO2 fl-2025-2027, filwaqt li jinżamm il-livell ġenerali ta’ ambizzjoni tal-miri. F’Ġunju, l-emenda ġiet adottata mill-Parlament u mill-Kunsill u ġiet ippubblikata .
Il-progress fl-Istati Membri
Pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima
Il-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima (NECPs) huma dokumenti strateġiċi ta’ 10 snin li fihom l-Istati Membri jistabbilixxu miri, kontribuzzjonijiet u politiki nazzjonali u l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tal-UE. F’Mejju 2025, il-Kummissjoni ppubblikat il- valutazzjoni tagħha tal-NECPs madwar l-UE kollha , wara l-aġġornamenti tagħhom biex jitqiesu l-miri għall-2030. Il-valutazzjoni kienet akkumpanjata minn dokument ta’ ħidma tal-persunal li jipprovdi valutazzjoni individwali tal-ewwel 23 pjan sottomessi. Sussegwentement, il-Kummissjoni ppubblikat il-valutazzjoni tagħha tal-NECPs finali mill-Estonja u mis-Slovakkja f’Ottubru 2025. Il-Belġju ssottometta l-NECP finali tiegħu f’Ottubru 2025 u l-Polonja hija l-aħħar Stat Membru li għadu ma ssottomettiex il-pjan tiegħu.
Il-valutazzjoni tal-pjanijiet turi li l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom iġġib lill-UE qrib li tilħaq l-objettivi tagħha, u turi li l-UE tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tal-2030 li tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990. B’mod ġenerali, l-Istati Membri huma mħeġġa jimplimentaw miżuri addizzjonali fis-setturi tat-trasport u tal-bini biex jilħqu l-miri tal-ESR tagħhom, u biex ikomplu jżidu l-azzjoni fit-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-avjazzjoni, mis-settur marittimu, u biex iżidu l-assorbimenti, jew inaqqsu l-emissjonijiet, fis-settur tal-LULUCF. Huma meħtieġa aktar sforzi biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u jiġu indirizzati l-impatti soċjali. Il-pjanijiet spiss ma jkollhomx strateġiji komprensivi għall-mobilizzazzjoni ta’ finanzi pubbliċi u privati għall-investimenti meħtieġa. Fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima, xi pjanijiet biss ikopru biżżejjed it-tħejjija u r-reżiljenza għall-impatti klimatiċi. Ftit pjanijiet jinkludu miżuri dwar ir-reżiljenza tal-ilma (ara l-Kapitolu 6).
Semestru Ewropew
F’Ġunju 2025, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il- Pakkett tar-Rebbiegħa tagħha taħt is-Semestru Ewropew, li jinkludi rapporti tal-pajjiżi u rakkomandazzjonijiet għal kull Stat Membru. Il-Kummissjoni appellat lill-pajjiżi biex jappoġġaw is-swieq ewlenin għal prodotti dekarbonizzati nodfa u jistabbilixxu pjanijiet għal infrastruttura żero netta, speċjalment f’oqsma bħan-networks tal-enerġija, il-ġbir u l-ħżin tal-karbonju, u l-idroġenu. Hija tenfasizza wkoll il-ħtieġa urġenti li l-industrija u t-trasport jiġu dekarbonizzati u jsiru aktar nodfa, u li jiżdiedu l-azzjonijiet biex jitneħħew gradwalment is-sussidji fuq il-fjuwils fossili. Il-ġestjoni tal-ilma, bħala parti mill-adattament għat-tibdil fil-klima, tibqa’ prijorità ewlenija għal ħafna Stati Membri. It-Tabella 2 tiġbor fil-qosor ir-rakkomandazzjonijiet għal kull pajjiż.
Tabella 2: Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tas-Semestru Ewropew tal-2025 skont l-Istat Membru
|
Stat Membru |
Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi |
||||||||
|
Sorsi rinnovabbli, networks tal-enerġija |
Fjuwils fossili |
L-effiċjenza enerġetika |
Trasport |
Industrija, teknoloġija nadifa |
Adattament u ilma |
Agrikoltura |
Oħra |
||
|
|
Il-Belġju |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
Il-Bulgarija |
|
|
|
|
|
|||
|
|
Iċ-Ċekja |
|
|
|
|
|
|||
|
|
Id-Danimarka |
|
|
|
|
|
|||
|
|
Il-Ġermanja |
|
|
|
|
||||
|
|
L-Estonja |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
L-Irlanda |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
Il-Greċja |
|
|
|
|
|
|||
|
|
Spanja |
|
|
|
|||||
|
|
Franza |
|
|
|
|
||||
|
|
Il-Kroazja |
|
|
|
|
|
|||
|
|
L-Italja |
|
|
|
|
||||
|
|
Ċipru |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
Il-Latvja |
|
|
|
|
|
|||
|
|
Il-Litwanja |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
Il-Lussemburgu |
|
|
|
|
|
|||
|
|
L-Ungerija |
|
|
|
|
||||
|
|
Malta |
|
|
|
|
|
|||
|
|
In-Netherlands |
|
|
|
|||||
|
|
L-Awstrija |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
Il-Polonja |
|
|
|
|
|
|||
|
|
Il-Portugall |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
Ir-Rumanija |
|
|
|
|
||||
|
|
Is-Slovenja |
|
|
|
|
|
|||
|
|
Is-Slovakkja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Finlandja |
|
|
|
|
||||
|
|
L-Iżvezja |
|
|
|
|
||||
Nota: Il-kategorija Oħrajn tinkludi appoġġ ta’ emerġenza, ċirkolarità u skart, appoġġ għar-reġjuni tal-faħam, appoġġ soċjali, ħiliet ekoloġiċi, tassazzjoni u ppjanar strateġiku.
Appoġġ tekniku
Fl-2024, il-Kummissjoni appoġġat lill-Istati Membri permezz tal- Istrument ta’ Appoġġ Tekniku , billi pprovdiet għajnuna esperta għat-tfassil u t-twettiq ta’ riformi. Il-proġetti ffokaw fuq soluzzjonijiet ta’ adattament u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, permessi aktar mgħaġġla għall-enerġija rinnovabbli, l-applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, u r-rinnovazzjoni tal-bini. Il-Kummissjoni għenet ukoll lill-Istati Membri jimplimentaw is-Sistema riveduta tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u jħejju Pjanijiet Soċjali għall-Klima nazzjonali taħt il-Fond Soċjali għall-Klima.
Fl-2025, il-Kummissjoni tkompli tappoġġa l-ħidma fuq ir-reżiljenza tar-riżorsi naturali, il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri, u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija. Il-Kummissjoni qed tgħin ukoll sabiex l-amministrazzjonijiet pubbliċi jsiru aktar ekoloġiċi u jtejbu l-ħiliet tagħhom, ittejjeb ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà tan-negozju u tavvanza l-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju. L-appoġġ ikopri wkoll l-implimentazzjoni tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti u tal-Liġi tal-UE dwar ir-Restawr tan-Natura.
|
|
L- iskedi informattivi tal-pajjiżi jipprovdu sommarju tal-proġetti ta’ riforma kompluti u li għadhom għaddejjin f’kull Stat Membru. |
Politiki u miżuri
Sabiex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi, hija meħtieġa enfasi aktar qawwija, kemm fuq livell tal-UE kif ukoll fil-politiki u l-miżuri nazzjonali. Il-fehim ta’ kif dawn il-politiki jaħdmu individwalment u flimkien huwa essenzjali. Fl-2025, bħala parti mir-Rapportar Nazzjonali dwar il-Progress fl-Enerġija u l-Klima, l-Istati Membri tal-UE rrapportaw progress fuq aktar minn 3,5 elef politika u miżura individwali fil-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija 17 . Din hija żieda ta’ 16 % meta mqabbla mal-2023, l-aħħar sena ta’ rapportar. L-għadd ta’ miżuri rrapportati żdied fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi. L-ogħla żidiet ġew irrapportati mill-Awstrija, il-Bulgarija, l-Ungerija u l-Litwanja. F’xi każijiet, dan huwa dovut għall-adozzjoni ta’ miżuri ġodda bejn is-sentejn ta’ rapportar, iżda jista’ jkun ukoll minħabba emendi, jew bidliet fid-disinn, ta’ miżuri eżistenti (Illustrazzjoni 7). Bil-maqlub, Malta, Spanja u d-Danimarka rrapportaw għadd sinifikanti aktar baxx ta’ miżuri, meta mqabbla mal-2023. Madankollu, l-għadd ta’ politiki u miżuri uniċi mhux bilfors huwa indikatur tajjeb tal-ambizzjoni tal-passat, tal-preżent u tal-futur tal-Istati Membri. Il-Belġju huwa l-uniku pajjiż li ma għamilx sottomissjoni sal-mument tal-abbozzar ta’ dan ir-rapport. Għal dan l-Istat Membru, ir-rapport juża informazzjoni mimlija diskrepanzi mis-sena tar-rapportar 2023.
Madwar terz tal-politiki u l-miżuri kollha rrapportati ġew implimentati mill-ġdid jew ippjanati mill-2023 ’il quddiem. Dan in-numru għoli jista’ jirrifletti ż-żieda fl-ambizzjonijiet klimatiċi tal-UE u l-isforzi tal-Istati Membri biex jilħqu l-objettivi klimatiċi u enerġetiċi tagħhom għall-2030 18 . Il-biċċa l-kbira tal-politiki u l-miżuri rrapportati għandhom objettiv ta’ dekarbonizzazzjoni, li jfisser li għandhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, itejbu l-assorbimenti tal-karbonju, jew iżidu l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli.
Illustrazzjoni 7: L-għadd totali ta’ politiki u miżuri uniċi (id-dimensjonijiet kollha), is-snin ta’ rapportar 2025 u 2023
|
|
|
Nota: id-data dwar il-politiki u l-miżuri hija bbażata fuq sett ta’ data preliminari tar-rapporti ta’ progress tal-NECP tal-2025 (l-Anness IX). Minħabba dewmien fis-sottomissjoni, id-data għall-Belġju tirreferi għar-rapporti ta’ progress tal-NECP tal-2023. |
Minn dawn il-miżuri relatati mad-dekarbonizzazzjoni, il-biċċa l-kbira tagħhom huma fis-setturi tal-provvista tal-enerġija (23 %), tal-konsum tal-enerġija (22 %) u tat-trasport (21 %), li jirriflettu l-fatt li dawn is-setturi huma sfidi u prijoritajiet sinifikanti għall-azzjoni (Illustrazzjoni 8). Hemm ukoll ħafna miżuri fis-setturi tal-agrikoltura, tal-art u tal-foresti (19 %). Is-sitwazzjoni tvarja madwar l-Istati Membri. Ċipru, l-Italja, il-Bulgarija, il-Portugall u l-Polonja jirrapportaw l-ogħla sehem ta’ politiki u miżuri li jaffettwaw is-settur tal-provvista tal-enerġija. Il-konsum tal-enerġija huwa mmirat speċifikament fl-Irlanda u fil-Ġermanja, filwaqt li fi Spanja u Franza, l-enfasi hija aktar fuq is-settur tat-trasport. Stati Membri oħrajn irrapportaw numri relattivament għoljin ta’ politiki u miżuri għas-settur tal-agrikoltura u tal-art (eż. il-Latvja, il-Litwanja u s-Slovakkja).
Illustrazzjoni 8: L-għadd ta’ politiki u miżuri uniċi mis-settur affettwat (objettiv ta’ dekarbonizzazzjoni)
|
|
|
Nota: iċ-ċifri dwar il-politiki u l-miżuri huma bbażati fuq sett ta’ data preliminari tar-rapporti ta’ progress tal-NECP tal-2025 (l-Anness IX). Dawn jinkludu politiki u miżuri sottomessi mill-Belġju fir-rapporti ta’ progress tal-NECP tal-2023. |
F’termini ta’ strumenti ta’ politika, aktar minn 34 % tal-politiki u l-miżuri b’objettiv ta’ dekarbonizzazzjoni huma ekonomiċi (eż. sussidji, tariffi “feed-in”, irkantijiet, tariffi tal-iskart, imposti tal-konġestjoni, eċċ.), u 27 % huma regolatorji (eż. rekwiżiti ta’ effiċjenza, regolamenti tal-bini, standards tal-ekodisinn, proċeduri ta’ spezzjoni, eċċ.). Relattivament inqas miżuri huma tat-tip ta’ ppjanar (10 %) (eż. ippjanar urban, eċċ.), informattivi (9 %) (eż. tikkettar, żieda fl-għarfien, eċċ.) jew fiskali (7 %). Madankollu, hemm differenzi notevoli bejn l-Istati Membri. Il-pajjiżi Baltiċi, pereżempju, adottaw għadd relattivament għoli ta’ miżuri ekonomiċi, filwaqt li fir-Rumanija u fil-Bulgarija, il-biċċa l-kbira tal-miżuri huma regolatorji (Illustrazzjoni 9).
B’mod ġenerali, il-kompletezza tal-informazzjoni rrapportata dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali tjiebet meta mqabbla ma’ eżerċizzji ta’ rapportar preċedenti. Dan it-titjib huwa attribwit għal djalogu akbar mal-Istati Membri, taħriġ għal reporters ewlenin, u sforzi biex tittejjeb iċ-ċarezza kemm tal-linji gwida kif ukoll tat-tabelli ta’ rapportar, inkluż l-aġġornament tal-kontrolli ta’ twissija u ta’ żbalji eżistenti f’imblokkaturi fl-għodda ta’ rapportar (kontrolli awtomatizzati tal-kwalità fl-għodda li jeħtieġu r-riżoluzzjoni tal-kwistjoni qabel ma jkun jista’ jiġi rilaxxat il-fluss tad-data).
Madankollu, hemm ħtieġa ċara għal titjib fil-kwantifikazzjoni tal-impatt tal-politiki u tal-miżuri. Dan jinkludi kemm l-effetti miksuba kif ukoll dawk mistennija fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, kif ukoll il-kostijiet u l-benefiċċji tagħhom. Pereżempju, bħal fl-2023, waħda minn kull ħamsa biss tal-politiki u l-miżuri rrapportati jispeċifikaw it-tnaqqis mistenni fl-emissjonijiet sal-2030. Barra minn hekk, fi ftit każijiet biss (il-Kroazja, l-Irlanda, il-Polonja, il-Latvja) hemm konsistenza wiesgħa bejn it-tnaqqis mistenni fl-emissjonijiet mill-miżuri rrapportati u l-projezzjonijiet tal-gassijiet serra (b’xenarju ta’ miżura addizzjonali) sottomessi mill-Istati Membri. Dan in-nuqqas ta’ data jagħmilha diffiċli biex jiġi vvalutat l-impatt ġenerali tal-miżuri implimentati, li jenfasizza l-ħtieġa għal evalwazzjoni aktar sistematika tal-effettività tal-politika kemm qabel kif ukoll wara l-implimentazzjoni (għal aktar dettalji, ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal dwar il-Valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika li jakkumpanja l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2025).
Illustrazzjoni 9: L-għadd totali ta’ politiki u miżuri skont it-tip ta’ strument ta’ politika (dimensjoni tad-dekarbonizzazzjoni)
|
|
|
Nota: id-data dwar il-politiki u l-miżuri hija bbażata fuq sett ta’ data preliminari tar-rapporti ta’ progress tal-NECP tal-2025 (l-Anness IX). Id-data għall-Belġju tirreferi għall-politiki u l-miżuri rrapportati fir-rapporti ta’ progress tal-NECP tal-2023. Il-pajjiżi huma elenkati fl-ordni tas-sehem ta’ politiki u miżuri bbażati fuq strument ekonomiku. |
Opinjoni pubblika dwar it-tibdil fil-klima
In-nies madwar l-Ewropa esprimew tħassib qawwi dwar it-tibdil fil-klima u appoġġ mifrux għall-azzjoni klimatika, wara l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2025. Maġġoranza sinifikanti (85 %) taċ-ċittadini tal-UE jemmnu li t-tibdil fil-klima huwa problema serja, u dan jindika livelli għoljin ta’ għarfien u sens ċar ta’ urġenza. It-tħassib huwa partikolarment evidenti fost in-nisa u ż-żgħażagħ (fl-età ta’ bejn il-15 u l-24 sena).
L-istħarriġ żvela wkoll li 84 % tal-Ewropej jattribwixxu t-tibdil fil-klima primarjament għall-attivitajiet tal-bniedem, u dan juri fehim kondiviż tal-kawżi ewlenin tal-kwistjoni.
L-appoġġ għal politiki deċiżivi dwar il-klima għadu b’saħħtu. B’mod ġenerali, 81 % tar-rispondenti jappoġġaw l-objettiv tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050. Madankollu, il-livell ta’ appoġġ ivarja bejn il-pajjiżi, bl-Estonja tispikka bħala l-uniku Stat Membru b’inqas minn nofs (46 %) taċ-ċittadini li jappoġġaw din il-mira.
L-istħarriġ żvela qbil qawwi (88 %) li l-UE għandha tippromwovi b’mod attiv l-enerġija rinnovabbli u ttejjeb l-effiċjenza enerġetika u li tħejjija aħjar għall-impatti klimatiċi se ttejjeb il-ħajja ta’ kuljum (83 %).
2.Is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet
|
Punti ewlenin |
|
·Sa tmiem l-2024, l-EU ETS kienet għenet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana u mill-manifattura industrijali b’50 % meta mqabbla mal-livelli tal-2005. |
|
·L-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana fl-2024 komplew jonqsu sena wara sena, l-aktar minħabba żieda sostanzjali fis-sehem ta’ sorsi rinnovabbli u nukleari fit-taħlita tal-elettriku, riflessa minn dipendenza mnaqqsa ta’ fjuwils fossili ewlenin bħall-gass naturali u l-faħam. |
|
·L-ETS żiedet aktar minn EUR 245 biljun fi dħul bi kważi EUR 39 biljun fl-2024 biss. Dan id-dħul iffinanzja primarjament miżuri dwar il-klima u l-enerġija permezz ta’ baġits nazzjonali, iżda wkoll permezz tal-Fond għall-Innovazzjoni, il-Fond għall-Modernizzazzjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, f’konformità mal-Pjan RepowerEU. ·Fl-2024, l-emissjonijiet tat-trasport marittimu ġew inklużi fl-EU ETS għall-ewwel darba. Meta mqabbla mal-2023, l-emissjonijiet irrapportati żdiedu bi 13 %, b’mod partikolari minħabba l-impatti tal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar u r-riprogrammar tar-rotta sussegwenti. ·Hija meħtieġa azzjoni urġenti għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-avjazzjoni. Sabiex din tiġi appoġġata, mill-2024 kien hemm fis-seħħ sistema ddedikata biex taċċellera l-adozzjoni ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. ·Il-konformità fl-EU ETS kienet għolja ħafna, inkluż għas-settur marittimu fl-ewwel ċiklu ta’ konformità tiegħu. |
Is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) hija pedament tal-azzjoni klimatika tal-UE. Din tpoġġi limitu massimu fuq l-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, mill-manifattura industrijali, mill-avjazzjoni fl-Ewropa u mis-setturi tat-trasport marittimu, li jirriżulta fi prezz fuq l-emissjonijiet f’konformità mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”. Il-prezz joħloq inċentiv għall-kumpaniji f’dawn is-setturi biex jużaw soluzzjonijiet u jinvestu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet maż-żmien. L-EU ETS tiġbor ukoll id-dħul biex tgħin fil-finanzjament ta’ dawn l-azzjonijiet.
Limitu massimu fuq l-emissjonijiet skont l-EU ETS
L-EU ETS hija strument ibbażat fuq is-suq. Hija tistabbilixxi limitu massimu fuq l-emissjonijiet mis-setturi koperti mill-iskema u kull sena l-limitu massimu huwa aktar baxx, b’mira ta’ tnaqqis ta’ 62 % sal-2030 meta mqabbel mal-livelli tal-emissjonijiet tal-2005. Il-limitu massimu huwa espress fi kwoti, li l-kumpaniji jridu jirrinunzjaw kull sena biex ikopru l-emissjonijiet tagħhom. Il-kumpaniji primarjament jixtru kwoti fl-irkantijiet, li jiġbru d-dħul għall-Istati Membri biex jiffinanzjaw aktar azzjoni klimatika u tranżizzjoni tal-enerġija. Bil-prezz tal-kwoti stabbilit mis-suq, l-EU ETS tinċentiva t-tnaqqis tal-emissjonijiet fejn ikun jiswa l-inqas li jsir dan, b’mod teknoloġikament newtrali.
Filwaqt li l-irkantar huwa l-metodu primarju għad-distribuzzjoni tal-kwoti fl-EU ETS, volum sinifikanti ta’ kwoti jiġi allokat bla ħlas lill-installazzjonijiet biex jindirizzaw ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju 19 . F’ċerti setturi tal-industrija koperti mill-EU ETS (siment, aluminju, fertilizzanti, idroġenu, ħadid u azzar), il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM, Carbon Border Adjustment Mechanism) se jissostitwixxi gradwalment l-allokazzjoni bla ħlas mill-2026 ’il quddiem. Dawn is-setturi jirrappreżentaw madwar 54 % tal-allokazzjoni totali bla ħlas fl-2021-2025.
|
|
Aktar informazzjoni dwar il-funzjonament tal-EU ETS fir- Rapport dwar is-Suq tal-Karbonju 2025. |
Ix-xejriet tal-emissjonijiet
Sa tmiem l-2024, l-EU ETS kienet għenet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana u mill-manifattura industrijali b’50 % meta mqabbla mal-livelli tal-2005. B’dan il-progress, is-sistema tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tal-2030 ta’ tnaqqis ta’ 62 %.
Fl-2024, l-emissjonijiet mis-setturi tal-enerġija u tal-industrija komplew jonqsu wara tnaqqis annwali rekord fl-2023. L-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana naqsu b’10,7 % 20 , l-aktar minħabba żieda sostanzjali fis-sehem ta’ sorsi rinnovabbli u nukleari fit-taħlita tal-elettriku, flimkien ma’ dipendenza mnaqqsa fuq fjuwils fossili ewlenin bħall-gass naturali u l-faħam. Fl-2024, is-sorsi rinnovabbli u l-bijofjuwils kienu s-sors ewlieni tal-elettriku fl-UE, tant li koprew 47,2 % tas-sehem, bl-output globali tal-elettriku rinnovabbli żdied b’7,6 % fl-2024. It-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-enerġija fl-2024 jimmarka tnaqqis ta’ 30 % mill-2021.
L-emissjonijiet mill-installazzjonijiet industrijali fl-2024 naqsu b’0,8 % meta mqabbla mal-2023 21 . Ġew osservati diversi xejriet (minbarra d-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-enerġija) – it-tnaqqis tal-output fil-produzzjoni industrijali f’xi setturi, l-irkupru tal-output f’setturi intensivi fl-enerġija bħall-azzar, il-fertilizzanti u s-sustanzi kimiċi, u t-titjib fl-effiċjenza enerġetika.
Illustrazzjoni 10: Emissjonijiet taħt l-EU ETS fl-UE skont is-settur
|
|
|
Sors: EEA |
Dħul mill-irkant
Sa nofs l-2025, l-EU ETS kienet ġabret aktar minn EUR 245 biljun permezz tal-bejgħ ta’ kwoti tal-emissjonijiet. Fl-2024, id-dħul mill-ETS laħaq kważi EUR 39 biljun. Dan mar primarjament għall-baġits nazzjonali (EUR 24,4 biljun), iżda ffinanzja wkoll il-programmi tal-ETS għal tranżizzjoni nadifa (jiġifieri l-Fond għall-Innovazzjoni u l-Fond għall-Modernizzazzjoni), kif ukoll parti mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’konformità mal-Pjan RepowerEU. Fl-2025, porzjon ta’ kwoti mill-EU ETS beda wkoll jiġi rkantat biex jiffinanzja l-Fond Soċjali għall-Klima (ara l-Kapitolu 6).
Illustrazzjoni 11: L-użu mill-Istati Membri tad-dħul mill-ETS bi skopijiet differenti kif irrapportat għall-2024 (meta jitqies id-dħul żborżat)
L-Istati Membri jridu jużaw id-dħul kollu tagħhom mill-ETS (jew ammont ekwivalenti) biex jiffinanzjaw l-azzjoni klimatika u t-trasformazzjoni tal-enerġija, inklużi miżuri biex jindirizzaw l-aspetti soċjali. L-unika eċċezzjoni minn din ir-regola hija l-possibbiltà għall-Istati Membri li jużaw id-dħul mill-ETS biex jipprovdu għajnuna lill-industriji li jikkonsmaw ħafna elettriku għall-kostijiet indiretti tal-karbonju. Fl-2024, 15-il Stat Membru użaw id-dħul tagħhom għal dan l-iskop. Minn EUR 24,4 miġbura fl-2024, l-Istati Membri użaw EUR 3,2 biljun għal kumpens tal-kostijiet indiretti għall-industriji intensivi fl-enerġija. Il-EUR 21,2 biljun li jifdal iridu jintużaw għall-azzjoni klimatika u għat-trasformazzjoni tal-enerġija, iżda ma hemmx bżonn li jintefqu f’sena waħda 22 .
Kull sena, l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar kif użaw id-dħul tagħhom mill-ETS. L-Istati Membri dderiġew il-biċċa l-kbira tad-dħul tagħhom mill-ETS fl-2024 għal proġetti fl-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, grilji u ħżin (20 %), it-titjib tal-effiċjenza enerġetika fl-industriji u l-bini (20 %) u l-iżvilupp ta’ trasport pubbliku u mobbiltà nodfa (22 %). Eżempji jinkludu għotjiet għall-aġġornament tal-impjanti tar-riħ u tal-bijogass lil hinn mill-kosta fid-Danimarka, proġetti ta’ modifika retroattiva profonda bi tnaqqis ta’ mill-inqas 40 % fil-konsum tas-sħana f’bini residenzjali fil-Litwanja u investimenti fit-trasport bil-ferrovija u mogħdijiet għaċ-ċiklisti fis-Slovenja.
Għal aktar informazzjoni dwar kif kull Stat Membru uża d-dħul tiegħu mill-ETS fl-2024, ara l-Kapitolu 8 fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament. Għall-analiżi tal-EU27, ara r-Rapport dwar is-Suq tal-Karbonju 2025.
Avjazzjoni
Fl-2024, l-emissjonijiet mill-avjazzjoni taħt l-ETS komplew jiżdiedu, u laħqu 62,6 miljun tunnellata ta’ CO₂ 23 . Dan huwa madwar 15 % ogħla milli fl-2023 24 .
Għalhekk, id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-avjazzjoni hija meħtieġa b’mod urġenti. Il-prezz tal-karbonju tal-ETS diġà jagħti inċentiv ta’ madwar EUR 200 għal kull tunnellata 25 ta’ fjuwil sostenibbli għall-avjazzjoni użat, meta mqabbel mal-kerosin fossili. Madankollu, fl-2024, il-Kummissjoni introduċiet mekkaniżmu ta’ appoġġ addizzjonali taħt l-EU ETS biex tippromwovi l-użu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli, li l-impatt tiegħu għadu mhux rifless f’dan ir-rapport. Total ta’ 20 miljun kwota (b’valur ta’ madwar EUR 1,5 biljun) huma riżervati għal dan l-appoġġ u l-linji tal-ajru jistgħu jitolbu appoġġ ta’ madwar EUR 500 sa EUR 7 000 għal kull tunnellata ta’ fjuwil sostenibbli eliġibbli użat fuq rotta tal-ETS 26 . Fl-2025, il-Kummissjoni qassmet madwar EUR 100 miljun bejn 53 operatur ta’ inġenji tal-ajru minn Stati Membri tal-UE u żewġ operaturi min-Norveġja.
Il-Kummissjoni adottat regoli ġodda biex timmonitorja, tirrapporta u tivverifika l-emissjonijiet għal titjiriet tal-linji tal-ajru tal-UE li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS 27 . L-adozzjoni ta’ dawn ir-regoli tissottolinja l-impenn tal-UE li tapplika l-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA, Carbon Offsetting and Reduction Scheme for International Aviation). L-UE hija waħda mill-ewwel ġuriżdizzjonijiet fid-dinja li jdaħħlu l-CORSIA fil-liġi. L-iskop tal-CORSIA huwa li tikkumpensa l-emissjonijiet tal-avjazzjoni minn titjiriet internazzjonali ’l fuq minn ċertu livell 28 . Huwa mistenni ħafna li dan il-livell intlaħaq fl-2024, għalhekk il-linji tal-ajru jistennew li jġarrbu obbligi ta’ kumpens taħt il-CORSIA għall-ewwel darba għas-sehem tal-emissjonijiet tal-2024 ’il fuq mil-linja bażi.
Għalkemm bħalissa l-EU ETS tkopri biss l-emissjonijiet tas-CO2, l-impatt globali tal-avjazzjoni fuq il-klima bħalissa huwa stmat li huwa darbtejn sa erba’ darbiet ogħla minħabba l-emissjonijiet mhux tas-CO₂, inklużi ossidi tan-nitroġenu (NOx) u ossidi tal-kubrit (SOx) 29 . L-UE hija l-ewwel ġuriżdizzjoni li tintroduċi qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika (MRV, monitoring, reporting and verification) għall-effetti mhux tas-CO2 fl-avjazzjoni. Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru huma meħtieġa jimmonitorjaw u jirrapportaw l-impatti tal-emissjonijiet mhux tas-CO₂ għal kull titjira kull sena 30 . Sal-31 ta’ Diċembru 2027, abbażi tar-riżultati taħt il-qafas ta’ monitoraġġ mhux tas-CO₂, il-Kummissjoni se tissottometti rapport u, fejn xieraq, proposta leġiżlattiva biex jittaffew l-effetti mhux tas-CO₂ fl-avjazzjoni.
Trasport marittimu
It-trasport marittimu jiġġenera madwar 3-4 % tal-emissjonijiet ta’ CO₂ tal-UE. L-2024 kienet l-ewwel sena li t-trasport marittimu kien inkluż fis-sistema tal-EU ETS. L-emissjonijiet marittimi totali kienu 148,7 MtCO2-eq taħt is-sistema MRV 31 meta jitqiesu l-emissjonijiet kollha minn vjaġġi li jinvolvu portijiet fl-UE, fl-Iżlanda u fin-Norveġja. Minn dawn, 89,8 MtCO2 kienu koperti mill-ETS meta jitqiesu biss 50 % tal-emissjonijiet minn vjaġġi li jibdew jew jintemmu barra mill-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja 32 .
L-emissjonijiet tal-metan u tal-ossidu nitruż ġew irrapportati għall-ewwel sena fl-2024 taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-MRV, li jammontaw għal 1,6 MtCO2-eq (għall-metan) u 2,2 MtCO2-eq (għall-ossidu nitruż), rispettivament 33 .
Meta wieħed iħares biss lejn id-diossidu tal-karbonju, l-emissjonijiet tal-MRV għall-2024 huma 13 % ogħla milli kienu fl-2023, l-aktar minħabba ż-żieda fl-attività tal-bastimenti, wara ridirezzjonar tar-rotta mqanqal mill-kriżi tal-Baħar l-Aħmar matul l-2024.
Il-konformità wara l-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-ETS għat-trasport marittimu kienet għolja, minħabba li l-kumpaniji tat-tbaħħir ċedew il-kwoti għal aktar minn 99 % tal-emissjonijiet tagħhom fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni.
Fil-livell internazzjonali, f’April 2025, l-UE laqgħet l-approvazzjoni tal-Qafas Żero Nett biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-tbaħħir internazzjonali fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), li jinkludi standard globali għat-tnaqqis gradwali tal-intensità tal-gassijiet serra tal-fjuwils tal-baħar u element ta’ pprezzar għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-tbaħħir internazzjonali. Il-ftehim, sakemm jiġi adottat, huwa pass sinifikanti lejn l-għan ta’ emissjonijiet żero netti mit-trasport marittimu sa jew madwar, jiġifieri qrib, l-2050 kif stabbilit fl-istrateġija tal-2023 tal-OMI dwar il-gassijiet serra. Id-diskussjonijiet dwar l-adozzjoni tal-ftehim ġew posposti għal Ottubru 2026.
Bini, trasport u industrija żgħira
Fl-2023, ġiet miftiehma sistema ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS2) biex tkopri l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwil fil-bini, fit-trasport u fl-industrija żgħira, li ma kinux koperti mill-EU ETS kurrenti. Filwaqt li hija wkoll sistema ta’ “limitu u skambju”, hija separata mill-EU ETS kurrenti. Hija se tgħin lill-Istati Membri jilħqu l-miri tagħhom ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet skont ir- Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ara l-Kapitolu 3).
B’ħidma flimkien ma’ miżuri oħrajn għal dawn is-setturi, il-limitu massimu fl-ETS2 huwa mistenni li jnaqqas l-emissjonijiet bi 42 % sal-2030 meta mqabbel mal-livelli tal-2005. Il-kwoti kollha se jinbiegħu f’irkantijiet, bid-dħul imur għall-baġits nazzjonali u għall- Fond Soċjali għall-Klima . Il-prezz tal-karbonju se jipprovdi inċentiv għall-investiment f’soluzzjonijiet ta’ effiċjenza enerġetika, fir-rinnovazzjonijiet tal-bini u fil-mobilità mingħajr emissjonijiet, inkluż it-trasport pubbliku. Il-Fond Soċjali għall-Klima se jappoġġa unitajiet domestiċi vulnerabbli, utenti tat-trasport u mikrointrapriżi, b’enfasi biex jgħinhom jiffinanzjaw dawk l-investimenti.
L-ETS2 se tkopri l-emissjonijiet upstream. Dan ifisser li l-fornituri tal-fjuwil, mhux il-konsumaturi, iridu jitraċċaw l-emissjonijiet mill-fjuwils li jqiegħdu fis-suq u jixtru kwoti biex ikopruhom. Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet bdew fl-2025, u s-sistema se ssir kompletament operazzjonali fis-snin li ġejjin.
3.Emissjonijiet tal-kondiviżjoni tal-isforzi
|
Punti ewlenin |
|
·F’konformità mal-valutazzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima, l-emissjonijiet aggregati pproġettati tal-ESR abbażi tal-miżuri ppjanati huma mistennija li jonqsu b’madwar 38 % fl-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-2005, li xorta għadhom taħt il-mira ta’ tnaqqis ta’ 40 % fl-emissjonijiet tal-ESR madwar l-UE kollha. ·Madankollu, l-ESR tfassal biex jipprovdi flessibbiltà biex jiġi żgurat li l-mira tkun tista’ tintlaħaq b’mod kosteffettiv. ·Matul il-perjodu 2021-2030, xi Stati Membri b’politiki ppjanati jistennew li jiġġeneraw surplus ta’ madwar 125 sa 175 MtCO2-eq allokazzjonijiet tal-emissjonijiet, li jippermetti lill-Istati Membri kollha jikkonformaw bl-użu tal-flessibbiltajiet disponibbli. Issa huwa essenzjali li l-Istati Membri jimplimentaw dawn il-miżuri bis-sħiħ. ·Fl-2024, l-emissjonijiet proviżorji mis-setturi tal-kondiviżjoni tal-isforzi baqgħu relattivament stabbli meta mqabbla mal-2023 u kienu madwar 20 % inqas milli kienu fl-2005. ·L-emissjonijiet żdiedu b’1 % fit-trasport, l-akbar settur tal-kondiviżjoni tal-isforzi. L-emissjonijiet baqgħu f’madwar l-istess livell fil-bini u fl-iskart, u naqsu b’1 % fl-agrikoltura u fl-industrija żgħira. ·Terz tal-emissjonijiet tal-kondiviżjoni tal-isforzi huma emissjonijiet mhux tas-CO₂, li naqsu bi 23 % bejn l-2005 u l-2023. |
|
·Fl-2024, l-emissjonijiet medji tas-CO₂ ta’ karozzi u vannijiet ġodda żdiedu bi ftit, iżda xorta kienu 28 % u 8 % taħt il-livelli tal-2019, għall-karozzi u l-vannijiet rispettivament, prinċipalment minħabba l-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero. ·Fil-perjodu ta’ rapportar 2023, l-emissjonijiet medji tas-CO₂ ta’ vetturi heavy-duty ġodda komplew jonqsu, bl-emissjonijiet 11,4 % taħt il-livelli tal-2019. Ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-kwalità tal-fjuwil żguraw li jinbiegħu fjuwils ta’ kwalità għolja fl-UE. |
Ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) ikopri l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport domestiku, mill-bini, mill-agrikoltura, mill-industrija żgħira u mill-iskart. Flimkien, dawn l-emissjonijiet jammontaw għal 66 % tal-emissjonijiet domestiċi tal-UE.
Fl-2024, abbażi ta’ data approssimata, l-emissjonijiet minn dawn is-setturi għadhom f’livell simili meta mqabbla mal-2023, jiġifieri 20 % inqas milli fl-2005 34 . Is-sena 2024 hija l-ewwel waħda fejn l-emissjonijiet fil-livell tal-UE huma ogħla mil-limitu aggregat tal-emissjonijiet tal-UE, fejn jaqbżuh b’1,6 %.
Filwaqt li l-emissjonijiet tal-kondiviżjoni tal-isforzi fil-livell tal-UE baqgħu ġeneralment l-istess bejn l-2023 u l-2024, fil-livell settorjali, l-emissjonijiet tat-trasport żdiedu b’1 % u l-emissjonijiet mill-agrikoltura u mill-industrija żgħira naqsu b’1 %. L-emissjonijiet mill-bini u mill-iskart kienu relattivament stabbli. Fl-2024, it-trasport kien l-akbar settur tal-kondiviżjoni tal-isforzi u kien jikkostitwixxi 39 % tal-emissjonijiet tal-ESR tal-UE, segwit mill-bini (22 %), l-agrikoltura (18 %), l-industrija żgħira (16 %) u l-iskart (5 %).
Illustrazzjoni 12: L-emissjonijiet fis-setturi koperti mil-leġiżlazzjoni dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi 2005-2030 u l-allokazzjonijiet ta’ emissjonijiet annwali, EU-27
Nota: id-data dwar l-emissjonijiet maqsuma bejn is-setturi tar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) għall-2021-2023 ġejja mill-inventarju tal-gassijiet serra tal-2025, għall-2024 minn inventarji approssimati, u għall-2025-2030 minn projezzjonijiet irrapportati mill-Istati Membri fl-2025 skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-Governanza. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet (AEAs, annual emission allocations) huma l-limiti annwali tal-emissjonijiet kif stabbiliti fl-ESR u fil-prekursur tal-ESR, jiġifieri d-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESD). Iċ-ċifra turi kif l-emissjonijiet storiċi u pproġettati tal-kondiviżjoni tal-isforzi tal-UE huma maqsuma bejn is-setturi u kif jitqabblu mal-limiti annwali tal-emissjonijiet.
Miri għall-kondiviżjoni tal-isforzi
L-ESR jistabbilixxi l-mira tal-UE li l-emissjonijiet fis-setturi tal-kondiviżjoni tal-isforzi jitnaqqsu b’40 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-2005. Din il-mira globali tissarraf f’miri nazzjonali għall-2030 li jvarjaw minn tnaqqis ta’ 10 % sa 50 % u limiti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-2021 sal-2030 espressi f’allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni se tivverifika jekk l-Istati Membri ssodisfawx il-limiti tal-emissjonijiet tagħhom f’żewġ rawnds – l-ewwel fl-2027 (għas-snin 2021-2025) u mbagħad fl-2032 (għas-snin 2026-2030).
L-Istati Membri jistgħu jużaw, sa ċertu punt, flessibbiltajiet biex jibqgħu fil-limiti annwali tal-emissjonijiet tagħhom u jilħqu l-miri tagħhom għall-2030. Dawn il-flessibbiltajiet jinvolvu l-kreditar, is-self, ix-xiri u l-bejgħ tal-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet, bl-użu ta’ surplus (krediti) mis-settur tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) u, għal xi Stati Membri, l-għażla li jiġu kkanċellati kwoti mill-EU ETS għall-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-ESR (għal aktar dettalji ara l-Kapitolu 9 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament).
L-Iżlanda u n-Norveġja qablu li japplikaw, bi ftit adattamenti, l-ESR, kif adottat fl-2018 35 . Il-progress u l-iżviluppi tagħhom huma riflessi fir- Rapport annwali dwar il-Progress fil-Klima mħejji mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.
Progress lejn il-miri tal-kondiviżjoni tal-isforzi
Miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030
L-ESR jistabbilixxi mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030 għall-UE u għal kull Stat Membru (meta mqabbla mal-livelli tal-2005). Il- valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet nazzjonali aġġornati finali dwar l-enerġija u l-klima (NECPs) ippubblikata f’Mejju 2025 turi li l-emissjonijiet tal-kondiviżjoni tal-isforzi huma mistennija jonqsu b’madwar 38 % fl-2030 meta mqabbla mal-2005, madwar 2 punti perċentwali inqas mill-mira tal-UE. Dan jimmarka titjib sostanzjali meta mqabbel mad-diskrepanza madwar l-UE ta’ aktar minn 6 punti perċentwali murija fil- valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-abbozzi tal-NECPs aġġornati. Huwa kruċjali li l-politiki ambizzjużi stabbiliti fl-NECPs jiġu implimentati bis-sħiħ u li l-Istati Membri jżommu l-momentum u l-azzjoni tagħhom biex jilħqu l-miri tal-ESR. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni pprovdiet gwida mmirata lill-Istati Membri biex tiffaċilita l-implimentazzjoni rapida tal-pjanijiet.
Is-sejbiet ta’ hawn fuq huma kkonfermati mill-aħħar projezzjonijiet tal-Istati Membri ta’ Marzu 2025 (ara l-Illustrazzjoni 13). Qabel kwalunkwe użu tal-flessibbiltajiet tal-ESR mill-Istati Membri biex jilħqu l-miri tagħhom, il-Ġermanja, l-Irlanda u Malta juru l-akbar diskrepanzi pproġettati fl-2030, filwaqt li l-Bulgarija, il-Greċja u l-Portugall juru l-akbar superament tal-miri tagħhom għall-2030.
Sabiex inaqqsu dawk id-diskrepanzi, l-Istati Membri għandhom iżidu l-azzjoni flimkien mal-implimentazzjoni sħiħa tal-politiki klimatiċi kurrenti u ppjanati kollha jew jużaw il-kamp ta’ applikazzjoni għall-flessibbiltajiet disponibbli.
Illustrazzjoni 13: Bidla pproġettata tal-emissjonijiet tal-ESR u diskrepanza sal-mira fl-2030 (%)
Nota: Id-diskrepanza sal-mira ta’ Malta hija ta’ 49 u 61 punt perċentwali, li taqbeż il-mira ta’ tnaqqis tagħha ta’ 19 %. Dan ifisser li Malta hija pproġettata li jkollha aktar emissjonijiet fl-2030 milli fl-2005.
Tnaqqis fl-emissjonijiet fl-2021-2030
L-ESR jistabbilixxi wkoll limiti tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għal kull sena fil-perjodu mill-2021 sal-2030, bi flessibbiltajiet biex jintlaħqu dawn il-limiti tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni vvalutat il-progress tal-Istati Membri lejn l-obbligi tal-ESR tagħhom billi qabblet l-emissjonijiet u l-allokazzjonijiet għal kull sena fil-perjodu 2021-2030 abbażi tal-aħħar informazzjoni u l-użu potenzjali ta’ xi wħud mill-flessibbiltajiet disponibbli skont l-ESR.
Il-Kummissjoni tassumi li l-Istati Membri se jimplimentaw il-miżuri addizzjonali tagħhom kif inklużi fil-projezzjonijiet tagħhom “b’miżuri addizzjonali” (WAM). Fir-rigward tal-użu tal-flessibbiltajiet, il-Kummissjoni tassumi li l-Istati Membri se jużaw l-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet iffrankati f’sena waħda għall-konformità fis-snin futuri (kreditar) u jużaw l-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet minn sena futura jekk ikun meħtieġ fis-sena preċedenti (teħid b’self). Hija tassumi wkoll li l-Istati Membri li nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw il-flessibbiltà tal-ETS se jagħmlu dan meta jkun hemm bżonn.
Il-Kummissjoni ssib li 10 Stati Membri xorta jaqbżu l-limiti tagħhom f’mill-inqas sena waħda matul il-perjodu 2021-2030. Ċipru, il-Kroazja, l-Italja u r-Rumanija diġà jkollhom emissjonijiet żejda fl-ewwel perjodu ta’ konformità (2021-2025), filwaqt li l-Awstrija, l-Estonja, il-Ġermanja, Malta, l-Irlanda u l-Iżvezja huma pproġettati li jkollhom emissjonijiet żejda fit-tieni perjodu ta’ konformità (2026-2030). Is-17-il Stat Membru li ma għandhom l-ebda diskrepanza matul il-perjodu totali 2021-2030 jiġġeneraw aktar surplus milli jkunu jeħtieġu l-10 Stati Membri biex ikopru d-diskrepanzi tagħhom. Anki jekk l-Istati Membri kollha jakkwistaw allokazzjonijiet tal-emissjonijiet mingħand oħrajn meta jkun meħtieġ, fil-livell tal-UE, huwa mistenni surplus ta’ madwar 125 sa 175 MtCO2-eq allokazzjonijiet matul il-perjodu 2021-2030.
Is-surplus ipproġettat tal-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet fl-ESR minn xi Stati Membri huwa biżżejjed biex jitnaqqsu d-diskrepanzi minn Stati Membri oħrajn. It-trasferimenti tal-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet bejn l-Istati Membri jsaħħu l-kisba kosteffettiva tal-objettiv tal-UE f’konformità mal-arkitettura tal-ESR. Minħabba d-daqs tas-surplus tal-ESR ipproġettat u l-possibbiltajiet li jiġu nnegozjati s-surpluses kemm skont l-ESR kif ukoll skont ir-Regolament tal-LULUCF, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-Istati Membri mhux qed jagħmlu biżżejjed progress biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-ESR.
Barra minn hekk, arranġament flessibbli ieħor biex jgħin lill-Istati Membri jikkonformaw mal-ESR jinvolvi t-trasferiment ta’ superament fis-settur tal-LULUCF biex ikopri għadd limitat ta’ emissjonijiet fis-setturi tal-kondiviżjoni tal-isforzi 36 . Xi Stati Membri diġà rrapportaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw dawn il-flessibbiltajiet 37 . Madankollu, id-data limitata u preliminari disponibbli dwar ix-xejriet tas-settur tal-użu tal-art sa issa tissuġġerixxi li xi Stati Membri se jkollhom diffikultajiet biex jilħqu l-miri tagħhom tal-LULUCF (ara l-Kapitolu 4). Dawn l-Istati Membri jistgħu jikkumpensaw id-diskrepanza fil-LULUCF billi jużaw l-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-ESR (l-Artikolu 12 tar-Regolament LULUCF), li se jkunu awtomatiċi għall-perjodu 2021-2025 (l-Artikolu 9 tal-ESR).
Ix-xejriet tal-emissjonijiet skont it-tip ta’ gass
Żewġ terzi tal-emissjonijiet kollha mis-setturi tal-kondiviżjoni tal-isforzi huma emissjonijiet tas-CO₂, it-terz li jifdal huma emissjonijiet mhux tas-CO₂ (Illustrazzjoni 14). Bejn l-2005 u l-2023, l-emissjonijiet mhux tas-CO₂ mis-setturi tal-kondiviżjoni tal-isforzi naqsu bi 23 %. Il-gassijiet serra mhux tas-CO₂ jinkludu l-metan (CH₄), l-ossidu nitruż (N₂O) u l-gassijiet fluworinati (NF₃, HFCs, PFCs, SF₆). Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-emissjonijiet fis-settur tal-enerġija huma koperti mill-EU ETS, l-emissjonijiet tal-metan f’dan is-settur jaqgħu taħt l-ESR.
Illustrazzjoni 14: Emissjonijiet skont l-ESR fl-2005 u fl-2023, skont it-tip ta’ gass
Dawn il-gassijiet mhux tas-CO₂ jiġu emessi minn firxa ta’ setturi u proċessi, u kollha għandhom potenzjal ta’ tisħin globali ferm akbar mis-CO₂ bi gradi ta’ għexieren sa għexieren ta’ eluf, skont il-gass. B’riżultat ta’ dan, l-emissjonijiet mhux tas-CO₂ għandhom impatt importanti fuq it-tibdil fil-klima u huma sorsi ewlenin ta’ tnaqqis potenzjali tal-emissjonijiet f’diversi setturi. It-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux tas-CO₂ huwa wkoll kruċjali biex nilħqu l-miri tagħna skont l-ESR.
Madwar nofs l-emissjonijiet mhux tas-CO₂ jiġu mis-settur agrikolu. Is-setturi kollha naqqsu l-emissjonijiet mhux tas-CO₂ mill-2005 sal-2023, iżda l-aktar tnaqqis sinifikanti kien sar fl-enerġija mhux tal-ETS (“enerġija oħra”), fl-industrija żgħira u fis-settur tal-iskart. Matul l-istess perjodu, l-emissjonijiet mhux tas-CO₂ mill-agrikoltura, mit-trasport u mill-bini naqsu biss bi ftit. Il-biċċa l-kbira tat-tnaqqis kien emissjonijiet tal-ossidu nitruż mill-industrija mhux tal-ETS, u t-tnaqqis fil-metan fis-settur tal-iskart u fl-enerġija mhux tal-ETS. Il-livell tal-emissjonijiet tal-gassijiet F naqas iżda sa ċertu punt (Illustrazzjoni 15).
L- istrateġija tal-UE dwar il-metan għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tal-metan fis-setturi tal-enerġija, tal-agrikoltura u tal-iskart, u b’hekk tappoġġa l-ilħuq tal-miri tal-ESR.
Illustrazzjoni 15: Emissjonijiet mhux tas-CO2 skont l-ESR fl-2005 u fl-2023, skont is-settur
Gassijiet fluworinati
Il-gassijiet serra fluworinati (gassijiet F) għandhom l-ogħla potenzjal ta’ tisħin globali tal-gassijiet serra kollha, li jfisser li jikkawżaw l-aktar ħsara lill-klima. Fosthom, l-idrofluworokarburi (HFCs) għandhom rwol ewlieni. L-HFCs jintużaw fi prodotti, tagħmir u proċessi ta’ kuljum, bħar-refriġerazzjoni, l-arja kundizzjonata, il-pompi tas-sħana, l-iżolament, il-protezzjoni kontra n-nirien, il-linji tal-elettriku jew il-proċessi industrijali u jammontaw għal madwar 90 % tal-emissjonijiet kollha tal-gassijiet F.
L-emissjonijiet totali tal-UE mill-gassijiet F ilhom jonqsu mill-2015, prinċipalment minħabba li dik is-sena daħlu fis-seħħ regoli ġodda għall-eliminazzjoni gradwali tal-HFCs. Sal-2030, l-ammont ta’ HFCs irid jitnaqqas b’madwar 95 % meta mqabbel mal-2015, b’eliminazzjoni gradwali ppjanata sal-2050.
Bejn l-2015 u l-2023, fl-UE, l-emissjonijiet totali tal-gassijiet F naqsu bi 32,8 %, u l-emissjonijiet tal-HFCs b’31,4 %. Mill-2022 sal-2023 biss, l-emissjonijiet naqsu b’7,4 % għall-gassijiet F kollha u b’5,5 % għall-HFCs. Dan it-tnaqqis jgħin lill-Istati Membri jilħqu l-miri tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi.
Trasport bit-triq
L-emissjonijiet tat-trasport jammontaw għal kwart tal-emissjonijiet kollha ta’ gassijiet serra (GHG) tal-UE u għal 39 % tal-emissjonijiet tal-ESR. It-trasport huwa l-uniku settur ewlieni fl-ekonomija tal-UE fejn l-emissjonijiet għadhom ogħla milli kienu fl-1990 (+18 %) u naqsu biss marġinalment mill-2005 (ara l-Kapitolu 4 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal għal aktar dettalji). Id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport trid taċċellera biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tal-UE għall-2030 u l-2050.
It-trasport bit-triq huwa l-kontributur primarju għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’dan is-settur, li jiġġenera madwar 95 % tal-emissjonijiet, jew 73 % meta jiġu inklużi l-emissjonijiet marittimi u tal-avjazzjoni internazzjonali. Aktar minn 70 % tal-emissjonijiet tat-trasport bit-triq jiġu minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief (vannijiet). Mill-2005 sal-2023, l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq naqsu b’inqas minn 5 %. Dan jindika li l-kisbiet fl-effiċjenza tal-vetturi u ż-żieda fil-vetturi b’emissjonijiet żero rreġistrati kienu kważi kompletament ikkumpensati miż-żieda kontinwa fl-attività tat-trasport bit-triq.
L-istandards tal-UE dwar l-emissjonijiet tas-CO₂ għal karozzi, vannijiet u vetturi heavy-duty ġodda (jiġifieri trakkijiet, xarabanks, kowċis u trejlers) huma politiki ewlenin għat-tnaqqis gradwali tal-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport bit-triq. Dawn jistabbilixxu miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-flotta kollha tal-UE, li minnhom jiġu kkalkolati miri speċifiċi annwali għall-emissjonijiet għal kull manifattur individwali jew grupp ta’ manifatturi. Il-konformità mal-miri speċifiċi tiġi vvalutata fil-livell tal-flotta ta’ vetturi rreġistrati f’sena kalendarja partikolari minn manifattur jew grupp ta’ manifatturi (mhux fil-livell ta’ vettura individwali).
Skont id- data ta’ monitoraġġ proviżorja, l-emissjonijiet medji ta’ CO₂ minn karozzi ġodda u vannijiet ġodda rreġistrati fl-UE, fl-Iżlanda u fin-Norveġja żdiedu bi ftit fl-2024, għall-karozzi għal 106,8 gCO₂/km, minn 106,4 gCO₂/km fl-2023, u għall-vannijiet għal 185,4 gCO₂/km, minn 180,8 gCO₂/km fl-2023.
Iż-żieda żgħira sena wara sena fl-emissjonijiet hija tnaqqis żgħir fix-xejra qawwija ’l isfel fl-emissjonijiet ta’ CO₂ ta’ karozzi u vannijiet ġodda osservati mill-2020, meta daħlu fis-seħħ miri aktar stretti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO₂. Din iż-żieda seħħet fl-aħħar sena kalendarja qabel ma jibdew japplikaw il-miri aktar stretti tal-2025. Żieda simili fl-emissjonijiet ġiet irreġistrata wkoll fis-snin qabel ma daħlu fis-seħħ il-miri aktar stretti tal-2020.
Fl-2024, l-emissjonijiet medji tas-CO2 kienu taħt il-miri tal-UE (ara l-Illustrazzjoni 16), u dan jimmarka tnaqqis ta’ 28 % għall-karozzi u 8 % għall-vannijiet meta mqabbla mal-2019. Dan il-progress huwa prinċipalment dovut għan-numru dejjem jiżdied ta’ vetturi b’emissjonijiet żero. Fl-2024, 14,5 % tal-karozzi ġodda u 7,2 % tal-vannijiet ġodda ma kellhomx emissjonijiet mit-tailpipe – żieda qawwija minn 2,2 % u 1,4 % biss fl-2019. Madankollu, ir-rata ta’ użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero tvarja ħafna bejn l-Istati Membri (ara l-Illustrazzjoni 17). Fid-Danimarka, kważi 52 % tal-karozzi tal-passiġġieri ġodda kienu b’emissjonijiet żero fl-2024. B’kuntrast ma’ dan, is-sehem baqa’ baxx ħafna f’diversi pajjiżi, pereżempju 2,3 % biss fis-Slovakkja, 2,8 % fil-Kroazja u 3 % fil-Polonja.
Illustrazzjoni 16: Emissjonijiet medji tas-CO₂ (tikek) u miri tal-UE għall-flotta kollha (linji) għall-karozzi u l-vannijiet
Illustrazzjoni 17: Sehem ta’ karozzi tal-passiġġieri b’emissjonijiet żero fir-reġistrazzjonijiet ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda (%, 2024)
Sors: Osservatorju tal-Fjuwils Alternattivi
Minkejja l-progress konsiderevoli li sar f’dawn l-aħħar snin, huwa meħtieġ aktar tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex l-UE tilħaq il-miri futuri. Sal-2030, l-emissjonijiet medji jridu jonqsu b’55 % meta mqabbla mal-linja bażi tal-2021 għal karozzi ġodda (għal 49,5 gCO2/km) u b’50 % għal vannijiet ġodda (għal 90,6 gCO2/km).
Il-vetturi heavy-duty, bħal trakkijiet, xarabanks, kowċis u trejlers, jiġġeneraw kważi 30 % tal-emissjonijiet kollha tas-CO₂ mit-trasport bit-triq. Fl-2024, l-UE adottat standards riveduti tas-CO₂ għal vetturi heavy-duty ġodda biex tkompli tissikka l-istandards eżistenti u testendi l-kamp ta’ applikazzjoni għal trakkijiet, xarabanks urbani, kowċis u trejlers medji. Ir-Regolament rivedut jirrikjedi tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO₂ ta’ 15 % sal-2025 (mhux mibdul mir-reviżjoni), 45 % mill-2030, 65 % mill-2035, u 90 % mill-2040 ’il quddiem meta mqabbla mal-linja bażi tal-2019. Dan jistabbilixxi wkoll mira ta’ 100 % ta’ emissjonijiet żero għax-xarabanks urbani ġodda mill-2035.
Fil-perjodu ta’ rapportar 2023, li fil-fatt ikopri l-perjodu minn Ġunju 2023 sa Lulju 2024, l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ vetturi heavy-duty ġodda 38 rreġistrati fl-UE naqsu b’4,3 %. Dan jissuġġerixxi li x-xejra ta’ tnaqqis aktar qawwi, li bdiet fil-perjodu ta’ rapportar 2022 (-6,6 %) wara l-uniku tnaqqis marġinali taż-żewġ perjodi ta’ rapportar preċedenti, qed tkompli (Illustrazzjoni 18) 39 .
B’mod ġenerali, fil-perjodu ta’ rapportar 2023, l-emissjonijiet kienu 11,4 % taħt il-livelli tal-2019. Filwaqt li dan ifisser li l-mira ta’ tnaqqis ta’ 15 % għall-flotta kollha għall-2025 diġà qiegħda qrib li tintlaħaq, se jkun meħtieġ aktar tnaqqis fl-emissjonijiet fil-perjodi ta’ rapportar li ġejjin, b’mod partikolari fid-dawl tal-miri aktar ambizzjużi mill-2030 ’il quddiem.
L-għadd ta’ trakkijiet ġodda b’emissjonijiet żero rreġistrati fil-perjodu ta’ rapportar 2023 kważi rdoppja fir-rigward tal-perjodu ta’ rapportar preċedenti, madankollu, is-sehem tagħhom fil-gruppi ta’ vetturi inizjalment regolati għadu baxx, ta’ 1,1 %.
Illustrazzjoni 18: Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO₂ (tikek) u miri għall-flotta kollha tal-UE (linji) għal vetturi heavy-duty ġodda tal-gruppi ta’ vetturi inizjalment regolati
Id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trasport billi tistabbilixxi rekwiżiti ta’ kwalità għall-fjuwils tat-trasport bit-triq. Il-konformità mal-limiti tal-kwalità tal-fjuwil hija għolja fl-UE. Kważi l-parametri ewlenin kollha tal-fjuwil fil-kampjuni meħuda fl-2023 ġew irrapportati li kienu fi ħdan il-limiti ta’ tolleranza (inkluż il-kontenut massimu ta’ kubrit), u l-Istati Membri rrapportaw l-azzjonijiet meħuda meta ġew identifikati kampjuni mhux konformi. Dan jista’ jikkonferma li s-sistema ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-fjuwils fis-seħħ tiżgura li jinbiegħu fjuwils ta’ kwalità għolja fl-UE u li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburanti.
Sal-2023, l-Istati Membri kienu wkoll meħtieġa jirrapportaw dwar il-mira ta’ 6 % tal-intensità tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja għall-fjuwils tat-trasport bit-triq (imkejla mal-livelli tal-2010). Mill-2023, il-miri tad-dekarbonizzazzjoni ġew inkorporati fid-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli. L-intensità medja tal-gassijiet serra tal-fjuwils fornuti fl-2023 kienet 6,3 % aktar baxxa milli kienet fl-2010.
Għal aktar informazzjoni dwar il-kwalità tal-fjuwil, ara l-Kapitolu 6 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament.
Il-kombustjoni tal-fjuwil fit-trasport bit-triq se tkun ukoll soġġetta għal sistema ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS2). L-għan ta’ din il-bidla huwa li l-emissjonijiet jitnaqqsu bi 42 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-2005 (ara l-Kapitolu 2 għal aktar dettalji).
4.Settur tal-użu tal-art
|
Punti ewlenin |
|
·L-assorbimenti tal-karbonju mis-settur tal-użu tal-art kienu qed jonqsu, b’titjib żgħir dan l-aħħar, li rriżulta f’bir tal-karbonju nett ta’ −198 MtCO2-eq fl-2023. ·L-aħħar projezzjonijiet disponibbli tal-Istati Membri għadhom qed juru diskrepanza fil-livell tal-UE ta’ 40-55 MtCO2-eq mill-mira tal-UE għall-2030. |
|
·Hemm bżonn ta’ aktar investiment fis-settur tal-użu tal-art u sistema ta’ monitoraġġ aħjar sabiex tkun tista’ tintlaħaq il-mira klimatika tas-settur tal-użu tal-art u jiġu żgurati ktajjen tal-valur tal-bijoekonomija reżiljenti. |
Fl-UE, is-settur tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) jassorbi aktar gassijiet serra milli jarmi, u b’hekk ineħħi volumi sinifikanti ta’ karbonju mill-atmosfera. Għalhekk, is-settur għandu rwol ewlieni fl-ilħuq tal-għanijiet tal-politika tal-UE dwar il-klima, u b’hekk jgħin biex jissaħħu l-assorbimenti u tingħata spinta lir-reżiljenza tas-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija.
Bħala pilastru ewlieni għall-bijoekonomija tal-UE, is-settur għandu rwol daqstant importanti għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u reżiljenti, pereżempju, fil-provvista ta’ ikel u materjali li jissostitwixxu materjali fossili jew b’intensità ta’ karbonju.
L-assorbimenti netti żdiedu b’15 Mt fl-2023 meta mqabbla mal-2022, u dan irriżulta f’bir nett totali ta’ −198 MtCO2-eq fl-2023. Madankollu, minkejja dan it-titjib, il-bir għall-assorbiment tal-karbonju kien qed jonqos b’veloċità inkwetanti matul l-aħħar deċennju. Din ix-xejra hija prinċipalment xprunata minn żieda fil-ħsad u tkabbir aktar bil-mod tal-foresti. Dan imbagħad huwa dovut għat-tibdil fil-klima li kellu impatt dejjem akbar. Nirien fil-foresti aktar frekwenti u severi, ħsarat mir-riħ, nixfiet, u tifqigħat ta’ insetti u fungi qed inaqqsu l-kapaċità tal-foresti li jassorbu l-karbonju. F’xi każijiet, il-foresti li qed jixjieħu huma wkoll fattur. Għalhekk, il-kapaċità futura tal-foresti tal-UE li jneħħu l-karbonju hija inċerta, u l-UE tista’ tkun f’riskju li titlef il-kapaċità tagħha li tibbilanċja l-emissjonijiet tal-karbonju minn sorsi oħrajn.
Bħalissa, l-art użata għal insedjamenti, ir-raba’, l-artijiet mistagħdra u l-mergħat huma s-sorsi ewlenin tal-emissjonijiet tal-LULUCF (ara l-Illustrazzjoni 19).
Illustrazzjoni 19: Emissjonijiet u assorbimenti tas-settur tal-art fil-perjodu 1990-2023 skont il-kategorija ewlenija tal-użu tal-art (EU-27)
Il-mira tal-LULUCF
Il-mira tal-LULUCF hija li jiżdiedu l-assorbimenti netti bbażati fuq l-art fl-UE b’−42 MtCO₂-eq addizzjonali sal-2030 meta mqabbla mal-perjodu ta’ referenza 2016-2018 40 .
Għall-perjodu 2021-2025, japplikaw regoli kontabilistiċi speċifiċi għal kategoriji differenti tal-kontabbiltà tal-art, li jikkunsidraw parametri referenzjarji storiċi (bħal-livell ta’ referenza tal-foresti). L-Istati Membri għandhom isegwu r-regola ta’ “ebda debitu”, li jfisser li l-emissjonijiet “kontabbilizzati” ma għandhomx jaqbżu l-assorbimenti “kontabbilizzati”.
Għall-perjodu 2026-2030, ir-rapportar huwa ssimplifikat, bir-regoli kontabilistiċi u l-parametri referenzjarji korrispondenti jitneħħew. Il-mira addizzjonali ta’ −42 MtCO₂-eq tkopri l-kategoriji kollha ta’ rapportar tal-LULUCF u hija distribwita fost l-Istati Membri permezz ta’ miri individwali, abbażi tas-sehem tagħhom taż-żona totali tal-art ġestita. Il-miri nazzjonali għall-2030 jirrikjedu li kull Stat Membru jżid l-ambizzjoni klimatika tiegħu u jimplimenta politiki addizzjonali dwar l-agrikoltura u l-forestrija. Għal aktar dettalji, ara l-Kapitolu 10 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament.
Valutazzjoni tal-progress
Ix-xejra negattiva tat-tnaqqis fl-assorbimenti netti osservati fis-snin reċenti tippersisti. Kemm in-numri preliminari għall-perjodu ta’ konformità 2021-2025 kif ukoll il-projezzjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu ta’ konformità 2026-2030 jindikaw diskrepanza sal-mira.
Abbażi tas-sottomissjonijiet tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-2025, il-bilanċ “kontabbilizzat” proviżorju għall-perjodu mill-2021 sal-2023 juri debitu totali tal-UE ta’ 52 MtCO₂-eq. Għalhekk, l-impenn ta’ “ebda debitu” huwa previst li ma jiġix issodisfat fil-livell tal-UE, skont iċ-ċifri disponibbli bħalissa. Madankollu, dawn huma soġġetti għal bidliet fis-snin li ġejjin minħabba t-titjib metodoloġiku mistenni tal-inventarji tal-gassijiet serra. Dawn il-bidliet, u kwalunkwe flessibbiltà disponibbli għall-Istati Membri, imbagħad se jitqiesu qabel il-kontroll tal-konformità għall-perjodu 2021-2025 li se jitwettaq fl-2027 41 .
Abbażi tad-data għal 3 snin fil-perjodu ta’ konformità (2021-2023) u esklużi l-flessibbiltajiet, 11-il Stat Membru wrew debiti kontabilistiċi. Għalhekk, jistgħu jiffaċċjaw sfidi li jissodisfaw l-impenn fl-2025, bil-Ġermanja, il-Finlandja u l-Portugall juru l-akbar debitu nett 42 . Min-naħa l-oħra, 16-il Stat Membru huma konformi mal-impenn ta’ “ebda debitu”, minħabba li l-assorbimenti kontabbilizzati huma ogħla mill-emissjonijiet kontabbilizzati. L-Italja, ir-Rumanija u Spanja juru l-akbar kreditu nett 43 . Għal darb’oħra, huwa importanti li jiġi nnotat li dawn iċ-ċifri huma soġġetti għal bidla minħabba t-titjib metodoloġiku mistenni.
L-aħħar projezzjonijiet ipprovduti mill-Istati Membri juru li l-UE b’mod ġenerali ma hijiex fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tagħha li tiġġenera assorbimenti netti addizzjonali ta’ 42 MtCO₂-eq sal-2030, u b’hekk qed titħalla diskrepanza ta’ madwar 40-55 MtCO₂-eq. L-Iżvezja, il-Finlandja u Spanja qed jipproġettaw l-akbar diskrepanza sal-miri nazzjonali tagħhom għall-2030, filwaqt li Franza, is-Slovenja u l-Portugall qed jipproġettaw li jkollhom l-akbar surplus meta mqabbel mal-miri rispettivi tagħhom għall-2030 (Illustrazzjoni 20).
Illustrazzjoni 20: Diskrepanza pproġettata sal-miri nazzjonali tal-2030 b’miżuri addizzjonali, abbażi tal-projezzjonijiet tal-Istati Membri għall-2030 (MtCO2-eq)
Nota: Id-diskrepanzi sal-mira tal-LULUCF tal-2030 ġew ikkalkulati billi tqieset l-aktar data u projezzjonijiet reċenti tal-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri (it-tnejn ippreżentati fl-2025), inkluż aġġustament mill-ġdid biex jitqiesu d-diskrepanzi possibbli bejn id-data tal-inventarju u l-projezzjonijiet. Hekk kif l-Istati Membri jtejbu kontinwament il-metodoloġiji tagħhom għad-data u l-projezzjonijiet tal-inventarju tal-gassijiet serra f’termini ta’ akkuratezza, il-kalkoli tad-diskrepanza huma suxxettibbli għal bidliet fil-futur.
Huwa importanti ħafna li l-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw malajr politiki adegwati li jpoġġuhom fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri klimatiċi tagħhom. Dan għandu jinkludi miżuri li jgħinu lill-bdiewa, lill-forestiera u lil gruppi oħrajn ikkonċernati fil-bini ta’ mudelli ta’ negozju sostenibbli f’konformità ma’ dawn il-miri.
Azzjoni biex jiżdied il-monitoraġġ tal-art
Ir-Regolament LULUCF jirrikjedi li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu sistemi biex jimmonitorjaw l-istokkijiet tal-karbonju tal-ħamrija u tal-bijomassa, fost affarijiet oħrajn.
L-inventarji tal-gassijiet serra tal-Istati Membri jirfdu l-azzjoni klimatika u huma soġġetti għal żvilupp kontinwu. Data aktar akkurata u f’waqtha dwar l-art, il-ħamrija u l-foresti se tgħin biex jiġu identifikati miżuri li jisfruttaw l-ogħla benefiċċji klimatiċi. Sistemi ta’ monitoraġġ komprensivi u komparabbli għall-art, li jisfruttaw il-benefiċċji ta’ teknoloġiji avvanzati bħall-immudellar u s-satelliti, huma essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet kosteffiċjenti u l-investiment fis-settur tal-art, kemm fl-Istati Membri kif ukoll tul il-ktajjen tal-valur tal-bijoekonomija. Il-Kummissjoni qed tgħin lill-Istati Membri f’dawn l-isforzi, bħal permezz tal-programm Orizzont Ewropa u l-programm satellitari Copernicus.
Inizjattivi relatati rilevanti għall-agrikoltura u l-forestrija
Ir- Regolament tal-UE dwar l-Assorbimenti tal-Karbonju u l-Kultivazzjoni Karbonika adottat fl-2024 huwa mfassal biex jiffaċilita u jħaffef l-użu ta’ assorbimenti tal-karbonju ta’ kwalità għolja u tnaqqis tal-emissjonijiet. Dan jinkludi tliet tipi distinti ta’ attivitajiet:
·assorbimenti permanenti;
·kultivazzjoni karbonika; u
·ħżin tal-karbonju fi prodotti li jdumu fit-tul.
Billi jiċċertifika prodotti għall-ħżin tal-karbonju, bħall-kostruzzjoni bbażata fuq l-injam, ir-regolament se jipprovdi wkoll lill-maniġers tal-art b’opportunitajiet ġodda ta’ negozju u jappoġġa t-tkabbir tal-bijoekonomija ċirkolari sostenibbli. Dan se jappoġġa lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri tagħhom tal-LULUCF.
Inċentivi għall-assorbimenti tal-karbonju u prattiki sostenibbli
Hemm ħafna mekkaniżmi u inċentivi ta’ finanzjament disponibbli jew li qegħdin jiġu żviluppati biex jinkoraġġixxu l-assorbimenti tal-karbonju, permezz ta’ sorsi pubbliċi jew privati.
L-UE tipprovdi finanzjament taħt il-politika agrikola komuni, il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, u programmi oħrajn tal-UE bħal LIFE jew Orizzont Ewropa (b’mod partikolari l-Missjoni dwar il-Ħamrija). Fl-2023, il-Kummissjoni adottat gwida dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE għal ħamrija b’saħħitha.
L-Istati Membri jistgħu jappoġġaw ukoll l-użu ta’ prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli skont ir- regoli dwar l-għajnuna mill-Istat , li ġew riveduti u jippermettu li jiġu appoġġati servizzi tal-ekosistema tal-foresti bħar-regolazzjoni tal-klima u r-restawr tal-bijodiversità. Il-gwida tal-Kummissjoni dwar l-iskemi ta’ ħlas għas-servizzi tal-ekosistema tal-foresti tipprovdi aktar informazzjoni għall-gruppi interessati. Il-politika agrikola komuni u l-għajnuna mill-Istat ikopru wkoll il-finanzjament għal investimenti u miżuri bħat-taħriġ, il-konsulenza jew il-kooperazzjoni, li jgħinu biex jiġu massimizzati l-effetti.
Inizjattivi tas-settur privat marbuta mas-swieq volontarji tal-karbonju, jew ma’ taħlita ta’ għażliet ta’ finanzjament differenti jistgħu jissupplimentaw u jippromwovu aktar l-użu fuq skala kbira tal-kultivazzjoni karbonika.
5.Ġestjoni tal-karbonju industrijali
|
Punti ewlenin |
|
·Il-qbid u l-ħżin tal-emissjonijiet tas-CO2 b’mod permanenti huma meħtieġa biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050. |
|
·Fl-2024, il-Kummissjoni Ewropea fasslet strateġija biex tippermetti l-ġestjoni industrijali tal-karbonju. |
|
·L-UE għandha mira ta’ kapaċità ta’ injezzjoni tas-CO2 għall-2030 u tobbliga lill-kumpaniji taż-żejt u tal-gass biex jilħqu din il-mira. |
Il-valutazzjoni tal-impatt tal-mira klimatika għall-2040 turi li sa 300 miljun tunnellata ta’ CO2 jeħtieġ li jinqabdu u madwar 200 miljun tunnellata ta’ CO2 jinħażnu sal-2040 biex tintlaħaq il-mira proposta għall-2040 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’90 %. Madwar 450 miljun tunnellata ta’ CO2 jeħtieġ li jinqabdu u madwar 250 miljun tunnellata ta’ CO2 jinħażnu sa nofs is-seklu. L- istrateġija tal-Ġestjoni Industrijali tal-Karbonju tistabbilixxi viżjoni u tipproponi lista ta’ azzjonijiet biex jintlaħqu dawn il-miri.
Is-CO2 jista’ jinqabad biex ma jitħalliex jiġi rilaxxat fl-atmosfera, u mbagħad jinħażen jew jintuża. Dawn il-prattiki huma magħrufa bħala l-qbid u l-ħżin tal-karbonju (CCS, carbon capture and storage) u l-qbid u l-użu tal-karbonju (CCU, carbon capture and utilisation). Il-biċċa l-kbira tas-CO2 li mistenni jinqabad għandu jiġi minn materja prima ta’ proċessi industrijali (eż. impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart jew tal-klinker).
Is-CO2 maqbud jista’ jkun ukoll ta’ oriġini bijoġenika jew atmosferika. Is-CO2 bijoġeniku jiġi prodott permezz ta’ proċessi bijoloġiċi u jista’ jinqabad minn impjanti tal-enerġija tal-bijomassa jew impjanti ta’ rkupru enerġetiku, pereżempju. Is-CO2 atmosferiku jinstab b’mod naturali fl-atmosfera. Il-qbid u l-ħżin permanenti tas-CO2 ta’ oriġini bijoġenika jew atmosferika huma prattika magħrufa bħala assorbimenti permanenti tal-karbonju.
Illustrazzjoni 21: Skema ta’ qbid, użu u ħżin tal-karbonju
L-istrateġija għall-Ġestjoni Industrijali tal-Karbonju hija pass importanti lejn użu aktar omoġenju tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju (CCS), il-qbid u l-użu tal-karbonju (CCU) u l-assorbimenti permanenti tal-karbonju fl-Ewropa. L-istrateġija tappoġġa l-ħolqien ta’ suq uniku għas-servizzi tat-trasport u l-ħżin tas-CO2 madwar l-Ewropa kollha sal-2030.
Il-Qafas ta’ Ċertifikazzjoni għall-Assorbiment tal-Karbonju, li ġie adottat fl-aħħar tal-2024, jistabbilixxi regoli tal-UE biex jitkejlu u jiġu vverifikati attivitajiet ta’ assorbiment tal-karbonju ta’ kwalità għolja. Dan huwa maħsub biex jappoġġa lis-suq volontarju u jista’ jipprovdi bażi għall-integrazzjoni futura tal-assorbimenti permanenti domestiċi fl-EU ETS. Il-Patt għal Industrija Nadifa tal-2025 jorbot l-għanijiet klimatiċi mal-kompetittività industrijali, billi jipprijoritizza l-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju għal setturi li huma diffiċli biex jitnaqqsu u jindika bidla possibbli fl-EU ETS biex jippremja l-ħżin permanenti tas-CO₂.
Minn Diċembru 2024, l-Istati Membri jridu jippreżentaw rapport ta’ progress annwali dwar il-ħtiġijiet tal-qbid, it-trasport u l-ħżin tal-karbonju. Dan ir-rapport fih:
·proġetti li għaddejjin ta’ qbid, ħżin u trasport tas-CO2,
·il-ħtiġijiet korrispondenti għall-kapaċitajiet ta’ injezzjoni u ħżin,
·miżuri ta’ appoġġ, strateġiji u miri nazzjonali dwar il-qbid tas-CO2.
|
|
Ir-rapporti annwali tal-Istati Membri kollha huma disponibbli fuq is- sit web dwar il-mira tal-ħżin tal-karbonju . |
L-UE għandha l-għan li toħloq suq tal-UE għas-servizzi ta’ ħżin tas-CO2. Sabiex jinkiseb dan, l- Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti jistabbilixxi mira ta’ kapaċità ta’ injezzjoni tas-CO2 tal-UE ta’ mill-inqas 50 miljun tunnellata fis-sena sal-2030 u jobbliga lil 44 produttur taż-żejt u tal-gass tal-UE biex jilħqu din il-mira. Dawn il-produtturi jridu jiżviluppaw il-kapaċità annwali ta’ injezzjoni tas-CO2 fl-UE sal-2030 44 . Mill-2025, il-Kummissjoni Ewropea se tippubblika rapport annwali dwar il-progress lejn l-ilħuq tal-mira.
Sat-30 ta’ Ġunju 2025, il-produtturi kellhom jissottomettu pjan dettaljat lill-Kummissjoni li jispjega kif qed iħejju biex jikkontribwixxu għall-mira tal-kapaċità tal-injezzjoni tas-CO2 tal-UE għall-2030. Dawn il-pjanijiet għandhom jikkonfermaw il-volum tal-kapaċità ġdida ta’ ħżin u injezzjoni tas-CO2 li jimmiraw li jkollhom lesta sal-2030 u jispeċifikaw il-metodi u l-miri intermedji li se jużaw biex jiksbu dan. Mit-30 ta’ Ġunju 2026, il-produtturi taż-żejt u tal-gass iridu jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni, filwaqt li jagħtu dettalji dwar il-progress tagħhom lejn il-mira. Il-Kummissjoni se tagħmel dawn ir-rapporti disponibbli għall-pubbliku.
6.Reżiljenza u adattament għat-tibdil fil-klima
|
Punti ewlenin |
|
·Il-perikli klimatiċi qed jimminaw il-kompetittività, is-sigurtà u l-prosperità tal-Ewropa. Ir-reżiljenza għall-klima għandha ssir b’mod urġenti parti integrali mill-politiki Ewropej kollha. ·Bħalissa għaddejja ħidma biex jinħoloq qafas integrat tal-UE għar-reżiljenza klimatika li għandu jiġi propost fl-2026. ·Ir-reżiljenza mid-disinn hija prinċipju ċentrali. Dan ifisser li l-investiment kollu vulnerabbli jew espost għall-impatti klimatiċi jrid ikun iddisinjat biex jiffaċċja u jkun jiflaħ għar-riskji klimatiċi li jistgħu jimmaterjalizzaw matul ħajjithom, mingħajr telf inaċċettabbli tal-valur jew tal-utilità tagħhom. ·L-Istati Membri tal-UE għamlu progress sinifikanti fl-iżvilupp tal-politika ta’ reżiljenza u adattament matul l-aħħar sena, għalkemm għadhom ma laħqux il-bidliet trasformattivi meħtieġa. ·Hija meħtieġa aktar attenzjoni sinifikanti għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ adattament fis-setturi kollha. |
L-impatti tat-tibdil fil-klima huma hawnhekk. Il-maltempati, il-mewġiet ta’ sħana, in-nixfiet, in-nirien fis-selvaġġ u l-għargħar qed jagħmlu ħsara lid-djar, lit-toroq, lin-natura, lill-finanzi u lill-ekonomija usa’ fil-pajjiżi kollha tal-UE. Id-dritt tal-Unjoni jirrikjedi li l-UE u l-Istati Membri tagħha jagħmlu progress fuq:
·il-bini tal-kapaċità għall-adattament: l-apprendiment ta’ x’ġej u l-ippjanar skont dan;
·it-tisħiħ tar-reżiljenza: l-għajnuna lin-nies, lill-postijiet u lis-sistemi biex ikunu jifilħu għat-tfixkil u jirkupraw malajr; u
·it-tnaqqis tal-vulnerabbiltà: t-tnaqqis tal-esponiment tal-komunitajiet u tal-assi għall-ħsara klimatika.
Għalkemm sar progress, il-miżuri tal-UE u dawk nazzjonali għadhom ma humiex biżżejjed għal dak li huwa meħtieġ f’dan l-istadju.
Perikli klimatiċi u telf ekonomiku
Fl-2024, l-EEA ppubblikat l-ewwel Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa. Din il-valutazzjoni żvelat li 34 mis-36 riskju klimatiku ewlenin f’ħames raggruppamenti ta’ riskju (l-ekosistemi, is-saħħa, l-infrastruttura, l-ikel u l-ekonomija u l-finanzi) jistgħu jilħqu livelli kritiċi jew saħansitra katastrofiċi matul dan is-seklu f’xenarji ta’ tisħin għoli. Ir-riżultati tar- rapport dwar l-Istat tal-Klima fl-Ewropa tal-2024 45 sabu wkoll li dawk ir-riskji qed jheddu l-ħajjiet, l-għajxien u l-benesseri ta’ ħafna Ewropej.
Mis-snin tmenin (1980s) ’il hawn, l-Ewropa bdiet tisħon darbtejn aktar malajr mill-medja globali, u b’hekk saret il-kontinent li qed jisħon bl-aktar rata mgħaġġla. L-2024 kienet l-aktar sena sħuna rreġistrata fl-Ewropa, kif traċċata fis-settijiet tad-data kollha, b’temperaturi annwali għoljin rekord fi kważi nofs (madwar 48 %) tal-kontinent. It-temperatura medja annwali ta’ wiċċ il-baħar u l-lagi għall-Ewropa fl-2024 laħqet ukoll l-ogħla livell irreġistrat, ftit ogħla mir-rekord preċedenti stabbilit fl-2023. Il-glaċieri fl-Iskandinavja esperjenzaw l-ogħla telf ta’ massa rreġistrat tagħhom u l-akbar globalment.
Fl-Ewropa, is-sħana estrema tikkawża madwar 95 % tal-imwiet kollha relatati mal-klima 46 . Matul dawn l-aħħar 20 sena, l-imwiet ikkawżati mis-sħana żdiedu b’madwar 30 %, fejn laqtu l-agħar lin-nies li jgħixu fi bliet densi minħabba l-effett “gżira ta’ sħana urbana” 47 .
Fl-2024, in-nirien fis-selvaġġ ħarqu aktar minn 400 000 ettaru (4 000 km2) f’21 minn 27 pajjiż tal-UE u affettwaw 42 000 persuna. Dan huwa kemxejn ogħla mill-medja matul il-perjodu 2006-2023, iżda inqas minn matul it-3 snin preċedenti 48 . Madankollu, in-nirien fis-selvaġġ serji seħħew kmieni fl-istaġun prinċipali, f’Lulju, f’diversi gżejjer Griegi u f’Madeira, il-Portugall. F’ġimgħa waħda biss, in-nirien fis-selvaġġ fil-Portugall ħarqu aktar minn 100 000 ettaru ta’ art, madwar 32 % tas-superfiċe maħruq kollu fl-Ewropa 49 . Fil-Bulgarija, it-total taż-żona maħruqa rreġistrata kien l-ogħla għal aktar minn deċennju, b’256 nar li ħarqu 45 000 ettaru ta’ art. Sal-aħħar ta’ Awwissu 2025, kważi miljun ettaru kienu nħarqu mill-bidu tas-sena, aktar minn tliet darbiet ir-rata medja ta’ 293 000 ettaru matul il-perjodu 2006-2024 50 .
Flimkien ma’ temperaturi aktar sħan mill-medja, in-nuqqas fit-tul ta’ xita fil-biċċa l-kbira tal-Ewropa tax-Xlokk affettwa l-flussi tax-xmajjar u ħalla impatt fuq l-agrikoltura, l-ekosistemi u l-produzzjoni tal-enerġija. Bħala eżempju, l-informazzjoni minn diversi sorsi turi li, fi Sqallija, il-ġibjuni kienu taħt il-livelli ta’ twissija fil-bidu ta’ Lulju 2024, b’volumi 45 % inqas mis-sena ta’ qabel 51 . Ħafna muniċipalitajiet ħarġu regolamenti dwar l-iffrankar tal-ilma minħabba li n-nixfa kkawżat telf għall-produzzjoni agrikola. Dan affettwa severament l-għelejjel tal-frott taċ-ċitru, tal-qamħ u tal-vinji, b’danni ekonomiċi stmati għal EUR 2,7 biljun 52 .
Fl-2024, filwaqt li x-Xlokk tal-Ewropa esperjenza l-aktar kundizzjonijiet nexfin severi u kellu l-aktar sajf niexef għal 12-il sena, Settembru ra l-aktar kundizzjonijiet imxarrbin fl-Ewropa ċentrali mill-1979, minħabba preċipitazzjoni estrema mill-Maltempata Boris li għamlet fuq tmien Stati Membri. L-għargħar sever mifrux li rriżulta affettwa madwar 413 000 persuna fl-2024, u rriżulta fit-telf ta’ 335 ħajja jew aktar.
Il-ħsara mill-maltempati u mill-għargħar madwar l-Ewropa fl-2024 hija stmata li swiet mill-inqas EUR 18-il biljun u t-telf assigurat minħabba l-għargħar fl-2024 kien it-tieni l-ogħla li qatt sar 53 . Mid-diżastri naturali kollha li laqtu lill-Ewropa fl-2024, l-aktar tlieta li ġabu magħhom spejjeż kienu kkawżati minn għargħar. Ikklassifikat skont it-telf globali, l-għargħar għal għarrieda ta’ Spanja kkawża EUR 10 biljun f’telf, b’inqas minn nofs l-assi assigurati. L-għargħar għal għarrieda fil-Ġermanja, fil-Polonja, fl-Italja, fl-Awstrija u fiċ-Ċekja kkawża telf globali ta’ EUR 5 biljun, b’2 biljuni biss assigurati. L-għargħar ikkawżat mill-Maltempata Boris fiċ-Ċekja, fl-Awstrija, fil-Polonja, fl-Italja, fis-Slovakkja, fir-Rumanija u fl-Ungerija kkawża telf ta’ EUR 4 biljun, li nofshom kienu assigurati 54 . It-tibdil fil-klima kien il-kawża ta’ aktar minn terz tat-telf kollu tal-assigurazzjoni relatat mat-temp matul l-aħħar 20 sena 55 . Fl-2023, madwar kwart biss tat-telf ekonomiku fl-UE kien assigurat u s-sehem kien inqas minn 5 % f’xi pajjiżi tal-UE 56 .
Iż-żieda fil-frekwenza u l-intensità ta’ ħafna minn dawn l-avvenimenti estremi tat-temp toħloq ukoll riskji akbar għall-ambjent mibni u l-infrastruttura fl-Ewropa, u għas-servizzi li jipprovdu. Studju tal-Kummissjoni juri li t-tibdil fil-klima se jaċċellera l-korrużjoni f’bini tal-konkrit rinforzat aktar antik, b’kostijiet tat-tiswija pproġettati għal EUR 76 biljun sa EUR 883 biljun sal-2100.
Mewġiet tas-sħana estremi u nirien, xita qawwija u għargħar, borra qawwija u maltempati bir-ragħad jittestjaw severament ir-reżiljenza tas-sistema tat-trasport, filwaqt li jħallu impatt fuq il-funzjonalità operazzjonali u ekonomika u li jirriżultaw f’aċċidenti, inċidenti u dewmien jew kanċellazzjoni tas-servizz tat-trasport bil-ferrovija 57 . Il-mewġiet tas-sħana tal-baħar għandhom ukoll konsegwenzi soċjoekonomiċi sinifikanti, b’mod partikolari għal industriji bħas-sajd, l-akkwakultura u t-turiżmu. It-tibdil fil-klima qed ikollu impatt ukoll fuq gruppi speċifiċi ta’ nies u kulturi fl-Ewropa. Pereżempju, fit-Tramuntana tal-Ewropa, it-tibdil fil-klima qed ikollu impatti profondi fuq l-għajxien tal- poplu Saami , u qed ikun ta’ theddida għall-kultura u l-benesseri tal-komunitajiet indiġeni fl-Ewropa.
Il-firxa tat-telf ekonomiku futur se tiddependi kemm fuq l-azzjoni meħuda biex jittaffew l-impatti klimatiċi, biex jiġu implimentati azzjonijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll biex tiżdied ir-reżiljenza tal-assi esposti. Fix-xenarji kollha, it-telf annwali tal-UE jista’ jilħaq 2,2 % tal-PDG sal-2070, u kwart tar-reġjuni tal-UE jistgħu jesperjenzaw telf tal-PDG ta’ aktar minn 5 % 58 . Jekk it-tisħin globali jibqa’ b’mod aktar permanenti ogħla mil-limitu ta’ 1,5 grad stabbilit skont il-Ftehim ta’ Pariġi, it-telf addizzjonali kumulattiv fil-PDG għall-UE jista’ jammonta għal EUR 2,4 triljun mill-2031 sal-2050 59 .
Dan l-aħħar, il-Kummissjoni Ewropea wettqet studju dwar it-telf fil-produttività tax-xogħol ikkawżat minn żieda fl-istress termiku fir-reġjuni tal-UE. L-istudju juri li l-istress termiku mit-tibdil fil-klima se jnaqqas il-produttività tax-xogħol u l-PDG madwar l-Ewropa, bir-reġjuni tan-Nofsinhar u tax-Xlokk ikunu l-aktar affettwati. Sal-2050, it-telf fil-produttività jista’ jilħaq madwar 0,9 %, u t-telf fil-PDG sa 0,7 % fir-reġjuni l-aktar affettwati, meta mqabbla ma’ futur mingħajr impatti mill-istress termiku. Dan it-telf huwa pproġettat li jiggrava sal-2080, b’telf fil-produttività li jilħaq 2,5 % u telf fil-PDG li jaqbeż 1,5 %. Jekk ma titteħidx azzjoni ta’ adattament u jispiċċaw jimmaterjalizzaw l-agħar xenarji klimatiċi, it-telf fil-produttività tax-xogħol jista’ jaqbeż 6 % fi ftit reġjuni, u t-telf fil-PDG jista’ jaqbeż 4 %.
Azzjoni tal-UE biex tingħata spinta lir-reżiljenza għall-klima
Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ perikli klimatiċi, huwa essenzjali li tingħata spinta lir-reżiljenza għall-klima fl-ekonomija, is-soċjetà u l-infrastruttura tagħna biex jinżammu l-funzjonijiet ewlenin tas-soċjetà u jiġi żgurat il-benesseri tan-nies. Ir-reżiljenza għall-klima u l-ġestjoni tar-riskju huma vitali għal UE kompetittiva, sigura u prospera.
L-istrateġija għal Unjoni tal-Preparatezza għandha l-għan li ttejjeb it-tħejjija u l-prontezza ċivili u militari tal-UE għal kriżijiet futuri sabiex kulħadd ikun lest u kapaċi jirrispondi malajr u b’mod effettiv, jekk ikun meħtieġ. L-istrateġija se tgħin fl-azzjoni ta’ tħejjija nazzjonali billi żżid il-koordinazzjoni u l-effiċjenza taħt l-istrateġiji eżistenti u billi trawwem kultura ta’ reżiljenza għat-tipi kollha ta’ kriżijiet futuri.
L-istrateġija tirrikonoxxi li r-riskji klimatiċi huma parti mix-xenarju ewlieni tal-kriżijiet. Hija tenfasizza l-importanza tal-antiċipazzjoni u l-prevenzjoni, u l-ħtieġa li jiġu indirizzati r-riskji u t-theddid b’mod komprensiv, filwaqt li jitqies kif dawn jinteraġixxu u jipproduċu effetti kaskata. B’dan l-għan ewlieni, l-istrateġija timpenja ruħha li tiżviluppa valutazzjoni komprensiva tar-riskju u tat-theddid transsettorjali fil-livell tal-UE. L-istrateġija għandha wkoll l-għan espliċitu li tinkorpora “r-reżiljenza għall-klima mid-disinn” u “l-preparatezza mit-tfassil” fil-politiki u l-azzjonijiet kollha tal-UE. Bl-użu ta’ xenarji ta’ referenza komuni għall-klima, dan jiżgura verifika aħjar tal-politiki tar-reżistenza klimatika sabiex jiġu evitati kriżijiet futuri u tissaħħaħ il-ġestjoni proattiva tar-riskju tal-klima, tal-ambjent u tal-ilma madwar l-UE.
Fl-2024, l-enfasi kienet fuq it-tnedija ta’ ħidma fuq qafas integrat għar-reżiljenza għall-klima, inkluża sejħa pubblika għall-evidenza. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent mexxiet it-tħejjija tat-tieni Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa. Il-qafas integrat se jfittex li jiżgura li l-investimenti kollha vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima jitfasslu biex jindirizzaw ir-riskji klimatiċi li jistgħu jimmaterjalizzaw matul ħajjithom (“reżiljenza mid-disinn”).
Allinjata bis-sħiħ mal-politiki ta’ hawn fuq, il-Boxxla għall-Kompetittività titlob lill-UE u lill-Istati Membri jaġġornaw regolarment il-valutazzjonijiet tar-riskju klimatiku u jtejbu l-infrastruttura kritika abbażi tal-prinċipju tar-reżiljenza mid-disinn. Il-Boxxla għall-Kompetittività tistabbilixxi l-għażliet biex jiġi evitat li l-ktajjen tal-provvista u s-siti tal-produzzjoni jiġu kompromessi minn avvenimenti perikolużi, inkluża azzjoni biex ir-reżiljenza għall-klima tiġi integrata fl-ippjanar urban, jiġu skjerati soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, u jiġu żviluppati krediti tan-natura u adattament fl-agrikoltura, filwaqt li tiġi ppreservata s-sigurtà alimentari.
Il-Viżjoni għall-Agrikoltura u l-Ikel tal-UE turi l-impatti ta’ avvenimenti estremi tat-temp u x-xejriet tal-preċipitazzjoni li qed jinbidlu għall-bdiewa. Sabiex jitnaqqsu l-vulnerabbiltà u l-esponiment tagħhom għar-riskji, se jiżdiedu l-inċentivi biex jiġi ffinanzjat l-adattament fil-livell tal-azjendi agrikoli u għall-kondiviżjoni tar-riskju permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew kooperattivi. Taħt l-istrateġija, il-politika agrikola komuni futura se tipprovdi miżuri u investimenti aktar immirati li jagħmlu s-settur agrikolu aktar reżiljenti għall-kundizzjonijiet li qed jinbidlu. Se jkunu meħtieġa bidliet trasformattivi aktar ambizzjużi f’postijiet fejn il-produzzjoni kurrenti ma tkunx sostenibbli fuq perjodu ta’ żmien itwal, li jinvolvu, pereżempju, strateġiji lokali ġodda, riċerka u innovazzjoni.
Kif enfasizzat fl-istrateġija tar-reżiljenza tal-ilma, aspett importanti ieħor tat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE huwa l-appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi, għan-negozji u għall-pubbliku fit-tħejjija għal riskji klimatiċi futuri. Dan jista’ jinkludi appoġġ għall-użu ta’ għodod diġitali għas-sistemi ta’ twissija bikrija u monitoraġġ f’ħin reali tal-UE. L-istrateġija titlob azzjoni biex in-nies u l-komunitajiet jingħataw is-setgħa li jadattaw u jipproteġu lilhom infushom mir-riskji. L-ewwel pass lejn il-bini tar-reżiljenza tas-soċjetà huwa li jiġi żgurat li tkun disponibbli b’mod wiesa’ informazzjoni dwar ir-riskji speċifiċi li jiffaċċjaw in-nies, in-negozji, l-art u l-infrastruttura. Għalkemm diġà jista’ jkun hemm ħafna għodod biex il-popolazzjoni tiġi protetta minn diżastri relatati mal-klima jew biex jittaffa l-impatt, dawn mhux dejjem ikunu magħrufa jew użati biżżejjed. Għalhekk, l-UE u l-Istati Membri jridu jsaħħu r-rabtiet bejn l-għodod eżistenti għall-ġestjoni tar-riskju fil-livell Ewropew (bħall-għodod ta’ twissija bikrija tas-Servizz ta’ Ġestjoni ta’ Emerġenzi ta’ Copernicus) u l-għodod disponibbli fil-livelli lokali u nazzjonali.
L-inkorporazzjoni tar-riskji relatati mal-klima fil-politika fiskali hija wkoll essenzjali għat-tisħiħ tar-reżiljenza. Hekk kif il-kostijiet ekonomiċi u fiskali tat-tibdil fil-klima qed jiżdiedu u l-isforzi ta’ tranżizzjoni qed jaċċelleraw, qed isir essenzjali li jiġu vvalutati l-impatti makrofiskali tat-tibdil fil-klima u jiġu integrati fl-oqfsa baġitarji nazzjonali. Fl-2024 sar progress sinifikanti b’emendi għad- Direttiva dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri, adottata bħala parti mill-Qafas ta’ Governanza Ekonomika rivedut tal-UE. Mill-2026, l-Istati Membri kollha tal-UE huma meħtieġa jivvalutaw u jirrapportaw fid-dokumenti tal-baġit tagħhom, sa fejn ikun possibbli, dwar kif ir-riskji makrofiskali mit-tibdil fil-klima jistgħu jaffettwaw is-sostenibbiltà fuq perjodu ta’ żmien medju u twil tal-finanzi pubbliċi, dwar obbligazzjonijiet kontinġenti relatati mad-diżastri u mal-klima u dwar il-kostijiet fiskali mġarrba minħabba diżastri u xokkijiet relatati mal-klima. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jsaħħu l-fehim u l-ġestjoni tal-impatti fiskali relatati mal-klima, irawmu prattiki ta’ bbaġitjar aktar proattivi u konxji mir-riskji, u jappoġġaw deċiżjonijiet ta’ politika u investiment ibbażati fuq l-evidenza.
Progress fl-Istati Membri dwar il-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima
Ix-xenarju u l-oqfsa ġenerali tal-politika dwar ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima huma stabbiliti sew madwar l-Ewropa 60 . L-Istati Membri jużaw firxa ta’ politiki biex jindirizzaw ir-riskji klimatiċi u għandhom l-għan li jagħtu spinta lill-azzjoni ta’ reżiljenza u adattament għat-tibdil fil-klima, bħal:
·liġijiet iddedikati dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima;
·liġijiet nazzjonali dwar il-klima u atti leġiżlattivi oħrajn b’regoli ta’ adattament;
·strateġiji u pjanijiet ta’ adattament nazzjonali; u
·pjanijiet ta’ adattament speċifiċi għas-settur u reġjonali.
Il-Ġermanja adottat liġi speċifika u awtonoma dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, u l-Litwanja bħalissa qed tħejji waħda. Għadd dejjem jikber ta’ pajjiżi qegħdin idaħħlu regoli ta’ adattament fil-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar il-klima biex jagħtu forza legali akbar lill-azzjoni ta’ adattament. 13-il Stat Membru jagħtu forza legali sħiħa lill-adattament b’dan il-mod.
L-ippjanar nazzjonali tal-adattament u l-valutazzjonijiet aġġornati tar-riskju klimatiku huma prerekwiżit għall-implimentazzjoni tal-politika. Id-dritt tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jadottaw u jimplimentaw strateġiji u pjanijiet nazzjonali ta’ adattament. Sar progress f’dan il-qasam. Fl-2025, il-pajjiżi kollha tal-UE għandhom strateġija jew pjan ta’ adattament fis-seħħ (ara l-Illustrazzjoni 22). Bejn l-2023 u l-2025, 11-il Stat Membru adottaw jew aġġornaw l-istrateġija jew il-pjan tagħhom.
Il-pajjiżi tal-UE qed jagħmlu progress fl-iżvilupp tal-valutazzjonijiet nazzjonali tagħhom tar-riskju klimatiku. Huma qed jieħdu azzjoni biex jiġġeneraw u jaġġornaw l-għarfien dwar il-perikli relatati mal-klima, il-vulnerabbiltajiet, l-impatti u r-riskji, filwaqt li jsaħħu l-isforzi għat-tfassil ta’ politika dwar l-adattament abbażi tal-evidenza. Kważi l-Istati Membri kollha jindirizzaw ir-riskji klimatiċi f’xi forma, li jvarjaw minn analiżijiet tematiċi jew speċifiċi għas-settur għal valutazzjonijiet komprensivi tar-riskju klimatiku b’ħafna riskji u multisettorjali.
Sitt Stati Membri rrapportaw li lestew il-valutazzjoni nazzjonali ġdida jew aġġornata tar-riskju klimatiku tagħhom mill-2023 sal-2025. L-għadd ta’ Stati Membri b’valutazzjoni komprensiva u nazzjonali disponibbli żdied għal 21. 13-il Stat Membru jirrapportaw valutazzjonijiet nazzjonali u komprensivi ġodda kif ippjanati jew li jinsabu għaddejjin bħalissa.
Mill-inqas terz tal-Istati Membri lestew valutazzjonijiet tematiċi jew settorjali ġodda tar-riskju klimatiku. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandhom mill-inqas xi forma ta’ valutazzjoni settorjali jew tematika tar-riskju klimatiku jew tal-vulnerabbiltà klimatika disponibbli.
Anki jekk il-livell ta’ tħejjija għall-politika tal-Istati Membri żdied b’mod kostanti fil-livell nazzjonali, huma meħtieġa oqfsa ta’ politika u monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni aktar koerenti fil-livelli kollha. Bħalissa, ma hemm l-ebda data koerenti disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-politiki ta’ adattament fl-Istati Membri kollha, iżda evalwazzjonijiet reċenti juru li l-implimentazzjoni u l-metodi għall-evalwazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tal-adattament għadhom lura. Huwa kruċjali li l-adattament jiġi integrat fil-politika settorjali. Minkejja x-xejra dejjem tikber ta’ politiki ta’ adattament settorjali u tematiċi fil-livell nazzjonali, hija meħtieġa aktar azzjoni dwar il-politiki settorjali, eż. fis-settur tas-saħħa.
Il-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali qed jinkorporaw dejjem aktar il-ġustizzja fit-tfassil tal-politika u l-ippjanar tagħhom dwar l-adattament. Bl-istess mod, fil-livell reġjonali u lokali, il-ġustizzja tqieset dejjem aktar fl-ippjanar tal-adattament urban. B’ħafna eżempji madwar l-Ewropa, qed jintużaw proċessi parteċipattivi biex jinformaw il-politika. Madankollu, l-inklużjoni ta’ gruppi vulnerabbli u l-ġustizzja għadhom jeħtieġu attenzjoni (ara l-Kapitolu 11 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament għal aktar dettalji).
L-iżvilupp deskritt hawn fuq huwa allinjat mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u mat-tweġibiet mogħtija lilhom mill-Istati Membri. Fil-valutazzjoni tagħha, f’Settembru 2023, il-Kummissjoni sabet li l-miżuri tal-Istati Membri spiss kienu jeħtieġu titjib biex isiru aktar konsistenti mal-objettivi tal-UE u tal-ftehimiet internazzjonali biex jiġi żgurat progress kontinwu fit-titjib tal-kapaċità adattiva, fit-tisħiħ tar-reżiljenza u fit-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima. Wara l- valutazzjoni , il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet imfassla apposta għal 26 Stat Membru, li jindirizzaw firxa wiesgħa ta’ aspetti fiċ-ċiklu ta’ politika (ara l-Kapitolu 11 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament għal aktar dettalji).
|
|
Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima, inklużi profili tal-pajjiżi, studji ta’ każijiet, gwida, data u pubblikazzjonijiet fuq il- portal ta’ Climate-ADAPT . |
Illustrazzjoni 22: Strateġiji u pjanijiet ta’ adattament u liġijiet dwar il-klima b’regoli dwar dispożizzjonijiet ta’ adattament fl-UE
|
|
||||||
|
Didaskalija: |
Strateġija ta’ adattament nazzjonali |
Pjan ta’ adattament nazzjonali |
Liġi nazzjonali jew federali dwar il-klima b’regoli ta’ adattament |
|||
Azzjoni reġjonali u lokali 61
Madwar l-UE, ir-reġjuni u l-bliet qed iżidu l-ħidma ta’ reżiljenza u adattament għat-tibdil fil-klima. Dawn qed jagħmlu progress fuq żewġ binarji:
·Rekwiżiti legali. Għadd dejjem akbar ta’ Stati Membri issa jobbligaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex iħejju u jimplimentaw pjanijiet ta’ adattament għat-tibdil fil-klima. Il-pajjiżi li għandhom dawn ir-rekwiżiti legali spiss ikollhom strateġiji fis-seħħ jew qed jintegraw ir-reżiljenza u l-adattament fi programmi, politiki u regolamenti settorjali u qed iniedu miżuri permezz ta’ koordinazzjoni f’diversi livelli.
·Azzjoni volontarja. F’pajjiżi mingħajr rekwiżiti legali, ir-reġjuni u l-bliet qed jieħdu dejjem aktar azzjoni volontarja, ħafna drabi skont pjanijiet ta’ adattament nazzjonali jew programmi transfruntieri tal-UE. Il-gvernijiet ta’ spiss jappoġġaw dan b’inċentivi, gwida u inizjattivi konġunti.
In-networks istituzzjonalizzati f’diversi livelli qed isiru aktar komuni, u qed jappoġġaw lill-korpi lokali, reġjonali u nazzjonali fil-kondiviżjoni tal-għarfien u fl-allinjament tal-politiki. Il-fondi tal-UE qed jgħinu lir-reġjuni u lill-muniċipalitajiet jiffinanzjaw proġetti ta’ reżiljenza u adattament għat-tibdil fil-klima. (Għal aktar informazzjoni, ara l-Kapitolu 7).
L-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki, maħluqa fl-2008 u appoġġata mill-Kummissjoni Ewropea, tlaqqa’ flimkien eluf ta’ gvernijiet lokali li jfittxu li jiggarantixxu futur aħjar għaċ-ċittadini tagħhom. Billi jissieħbu fl-inizjattiva, il-gvernijiet lokali jimpenjaw ruħhom volontarjament li jimplimentaw l-objettivi tal-UE dwar il-klima u l-enerġija. L-inizjattiva hija faċilitatur ewlieni tal-ippjanar tal-adattament lokali madwar l-Ewropa billi tipprovdi għodod, networks u appoġġ bejn il-pari. Aktar minn 10 000 gvern lokali impenjaw ruħhom li jieħdu azzjoni taħt it-tliet pilastri tal-patt, inklużi t-tisħiħ tar-reżiljenza u t-tnaqqis tal-faqar enerġetiku.
7.Investimenti fl-azzjoni klimatika
|
Punti ewlenin |
|
·Li tinvesti issa jfisser li tiffranka għada. Bejn l-1980 u l-2023, l-avvenimenti estremi relatati mal-klima kkawżaw telf ekonomiku ta’ EUR 738 biljun fl-UE, b’EUR 162 biljun fis-snin 2021–2023 biss. L-aċċellerazzjoni tal-investiment ekoloġiku tnaqqas il-kostijiet futuri, toħloq l-impjiegi u ssaħħaħ ir-reżiljenza u s-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa. |
|
·Huma meħtieġa investimenti sinifikanti biex jintlaħqu l-miri tal-UE dwar il-klima u l-enerġija. L-investiment annwali fis-sistema tal-enerġija tal-UE jrid jiżdied b’aktar mid-doppju għal madwar EUR 565 biljun fis-sena fil-perjodu 2021–2030 meta mqabbel mal-perjodu 2011–2020. |
|
·Il-kapital privat huwa essenzjali għat-tranżizzjoni. Il-Qafas ta’ Finanzjament Sostenibbli tal-UE qed jimmobilizza investiment privat sinifikanti għal attivitajiet sostenibbli, bil-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi fl-UE jilħaq rekord ta’ EUR 314 biljun fl-2024. |
|
·Il-baġit tal-UE jintegra l-azzjoni klimatika fil-programmi kollha. Madwar EUR 662 biljun (34 % tal-baġit tal-2021–2027) huma allokati għall-objettivi klimatiċi permezz ta’ programmi bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-politika ta’ koeżjoni, InvestEU u Orizzont Ewropa. |
Ħtiġijiet ta’ investiment
Bejn l-1980 u l-2023, l-avvenimenti estremi relatati mal-klima kkawżaw madwar EUR 738 biljun f’telf ekonomiku madwar l-UE. Huwa notevoli li bejn l-2021 u l-2023 biss kien hemm EUR 162 biljun (22 % tat-telf kollu) 62 . Dawn il-kostijiet dejjem jiżdiedu juru l-urġenza u l-importanza li tittieħed azzjoni biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u biex isiru l-preparamenti għal impatti klimatiċi dejjem akbar. Minbarra li tnaqqas l-impatti klimatiċi, l-azzjoni klimatika ġġib benefiċċji ekonomiċi u soċjali usa’. Dawn il-benefiċċji jinkludu arja aktar nadifa, saħħa pubblika aħjar u kostijiet aktar baxxi tal-kura tas-saħħa. Dan huwa wkoll investiment fl-indipendenza strateġika tal-UE – mhux biss jiffranka l-flus, iżda jnaqqas ukoll id-dipendenza tal-UE fuq l-enerġija importata u l-esponiment għax-xokkijiet. Billi taqleb għall-enerġija rinnovabbli, l-UE tista’ tnaqqas il-kost li jintefaq fuq l-importazzjoni tal-fjuwils fossili bi EUR 2,8 triljun bejn l-2031 u l-2050, meta mqabbel mal-medja tal-perjodu 2011-2020 63 .
Ħtiġijiet futuri
Huwa importanti li ninvestu kemm f’azzjoni biex jittaffew l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif ukoll fil-bini tar-reżiljenza tagħna biex niġġestixxu l-impatti klimatiċi li qed jikbru.
Sabiex jiġi limitat it-tibdil fil-klima u jintlaħqu l-miri tal-UE dwar il-klima u l-enerġija għall-2030, l-investiment fis-sistema tal-enerġija tal-UE jrid jiżdied b’mod sinifikanti biex jilħaq madwar EUR 565 biljun fis-sena bejn l-2021 u l-2030, żieda mill-EUR 250 biljun investiti fis-sena fid-deċennju preċedenti 64 . Dan ma jinkludix investimenti għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport.
Il-qalba lil hinn mill-fjuwils fossili u l-issodisfar tad-domanda dejjem tikber għall-elettriku se jeħtieġu investimenti kbar f’sistemi tal-elettriku b’emissjonijiet baxxi msaħħa u modernizzati. L-investiment fil-ġenerazzjoni tal-enerġija ġdida, prinċipalment mir-riħ u mix-xemx, u l-aġġornament tal-impjanti tal-enerġija eżistenti se jkollhom bżonn jiżdiedu b’aktar mid-doppju, minn madwar EUR 45 biljun għal EUR 90 biljun fis-sena.
L-akbar żieda meħtieġa min-naħa tal-provvista hija fil-grilji elettriċi. L-investiment fl-infrastruttura tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni jrid jittrippla biex tiġi żgurata konsenja affidabbli u effiċjenti tal-elettriku.
Min-naħa tad-domanda, l-investimenti jridu wkoll jiżdiedu b’aktar mid-doppju. Is-settur residenzjali għandu l-ogħla ħtiġijiet assoluti, bi ħtiġijiet stmati ta’ EUR 215-il biljun fis-sena għar-rinnovazzjoni tal-bini u s-sostituzzjoni tas-sistemi u l-apparati tat-tisħin. Dan huwa kważi d-doppju tal-investiment medju li sar fis-snin 2011-2020.
L-aktar żieda relattiva qawwija hija meħtieġa fl-industrija. Għalkemm il-ħtiġijiet annwali huma aktar baxxi f’termini assoluti, stmati għal madwar EUR 40 biljun, dawn jirrappreżentaw żieda b’sitt darbiet meta mqabbla mad-deċennju preċedenti. L-investimenti huma meħtieġa b’mod speċjali biex jiġu mmodernizzati u dekarbonizzati setturi intensivi fl-enerġija bħall-azzar, is-siment u s-sustanzi kimiċi.
L-istima tad-diskrepanza fl-investiment fl-adattament għat-tibdil fil-klima teħtieġ aktar xogħol. Bħalissa, ħafna investimenti jassumu li l-kundizzjonijiet klimatiċi storiċi se jkomplu fil-futur. Huwa meħtieġ approċċ li jikkunsidra kif suppost l-iżviluppi klimatiċi futuri mistennija għall-investimenti kollha esposti għal riskji fiżiċi (il-prinċipju tar-reżiljenza għall-klima mid-disinn, kif spjegat fit-Taqsima 6.2).
Tabella 3: Ħtiġijiet medji ta’ investiment annwali fis-sistema tal-enerġija (EUR 2023 biljun)
|
Settur |
2011-2020 |
2021-30 |
|
In-naħa tal-provvista tal-enerġija |
80 |
200 |
|
Grilja elettrika |
20 |
60 |
|
Impjanti tal-enerġija |
45 |
90 |
|
Oħra |
20 |
45 |
|
In-naħa tad-domanda għall-enerġija |
170 |
365 |
|
Settur industrijali |
5 |
40 |
|
Residenzjali |
115 |
215 |
|
Servizzi |
30 |
80 |
|
Agrikoltura |
15 |
30 |
|
Total |
250 |
565 |
Progress li sar
Xejriet reċenti juru sinjali inkoraġġanti li l-investiment fit-tranżizzjoni tal-klima u l-enerġija qed jiżdied. Il-kapaċità installata totali tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx żdiedet bi kważi ħames darbiet bejn l-2010 u l-2024 u b’70 % bejn l-2020 u l-2024. Il-kost tal-pannelli solari li qed jonqos b’mod rapidu wassal għal żieda annwali fil-kapaċità installata ta’ aktar minn 20 % fl-2022-2024, u żieda annwali ta’ 15 % fl-enerġija mir-riħ matul l-istess perjodu. Fl-2024, il-kapaċità installata kkombinata tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx kienet tammonta għal 535 gigawatt, madwar 47 % tal-kapaċità installata totali.
Illustrazzjoni 23: Kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx
Sors: Eurostat (Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA, International Renewable Energy Agency) għall-2024)
Ir-reġistrazzjonijiet ġodda ta’ karozzi elettriċi bil-batterija u ibridi plug-in żdiedu wkoll b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin, sabiex laħqu 1,5 miljun u 0,8 miljuni, rispettivament, fl-2024. L-investiment fil-pompi tas-sħana akkumula wkoll momentum matul dawn l-aħħar ftit snin, għalkemm mhux żieda rapida daqs dik għall-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx, minħabba li għad fadal ostakli f’termini tal-aċċettazzjoni tal-konsumatur u tal-kapaċità tal-installazzjoni, fost l-oħrajn.
Illustrazzjoni 24: Reġistrazzjonijiet ta’ karozzi ġodda (karozzi elettriċi bil-batterija u ibridi plug-in)
Sors: Eurostat
Illustrazzjoni 25: Kapaċità installata tal-pompi tas-sħana
Sors: Eurostat
Mobilizzazzjoni tal-investiment tas-settur privat
Minħabba l-iskala tal-ħtiġijiet ta’ investiment, il-kontribuzzjonijiet tas-settur privat għall-finanzjament kemm tar-reżiljenza klimatika kif ukoll tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jeħtieġ li jkunu sostanzjali. Din hija r-raġuni għaliex l-UE ħejjiet qafas ta’ politika li għandu l-għan li jiffaċilita l-investimenti tas-settur privat f’attivitajiet sostenibbli. Il-Qafas ta’ Finanzjament Sostenibbli jipprovdi lill-investituri b’definizzjonijiet robusti ta’ attivitajiet sostenibbli (it- Tassonomija tal-UE ) u jirrikjedi li l-kumpaniji u l-banek jiddivulgaw l-impatt tagħhom fuq l-ambjent u l-klima (id- Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà , ir- Regolament dwar id-Divulgazzjonijiet relatati mas-Sostenibbiltà Finanzjarja ). Ir-regoli li jirregolaw il-finanzi sostenibbli bħalissa qed jiġu ssimplifikati biex jitnaqqas il-piż amministrattiv tagħhom fuq il-kumpaniji, filwaqt li l-qafas isir aktar fattibbli u jħalli impatt. Fi Frar 2025, il-Kummissjoni ressqet proposti leġiżlattivi biex jitnaqqsu l-volum tar-rapporti dwar is-sostenibbiltà u l-għadd ta’ kumpaniji li jeħtieġ li jirrapportaw din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra wkoll miżuri oħrajn ta’ simplifikazzjoni.
Matul dawn l-aħħar snin, is-setturi korporattivi u finanzjarji ddirezzjonaw riżorsi sinifikanti lejn objettivi ekoloġiċi fl-UE. Pereżempju, skont l-aħħar rapport mill-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli, in-nefqa kapitali allinjata mat-Tassonomija minn kumpaniji Ewropej kbar elenkati laħqet EUR 250 biljun fl-2023 65 .
Fis-settur finanzjarju, ċerti strumenti ħarġu bħala għodda fundamentali għall-mobilizzazzjoni tal-kapital privat. L-Illustrazzjoni 26 tippreżenta l-ammonti annwali ta’ bonds ambjentali, soċjali jew governanza korporattiva (ESG, environmental, social or corporate governance) fl-UE, sal-ewwel nofs ta’ Ġunju 2025. Il-bonds ekoloġiċi (jiġifieri bonds li jiffinanzjaw proġetti ekoloġiċi) għadhom jiddominaw is-suq tal-ESG. Il-volum ta’ ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi ġodda ammonta għal EUR 314-il biljun fl-2024, l-ogħla livell tiegħu mill-ewwel ħruġ ta’ bond ekoloġiku fl-2007. B’kuntrast ma’ dan, il-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (jiġifieri bonds li għalihom l-emittenti jħallsu mgħax ogħla jekk ma jissodisfawx l-objettivi ta’ “sostenibbiltà” definiti minn qabel tagħhom) ikomplu jonqsu, u jammontaw biss għal EUR 26 biljun fl-2024, imqabbla ma’ EUR 66 biljun fl-2021 u EUR 45 biljun fl-2022. Dan it-tnaqqis jirrifletti l-aktar approċċ rigoruż għas-sostenibbiltà meħud mill-investituri. Bl-istess mod, kemm il-bonds soċjali (jiġifieri bonds li jiffinanzjaw proġetti soċjali) kif ukoll il-bonds ta’ sostenibbiltà (jiġifieri bonds li jiffinanzjaw taħlita ta’ proġetti ekoloġiċi u soċjali) raw tnaqqis, u dan saħħaħ il-prevalenza tal-bonds ekoloġiċi.
Illustrazzjoni 26: Volumi annwali maħruġa fl-UE – bonds ESG
|
|
|
Sors: LSEG, kalkoli taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC, Joint Research Centre). Data fil-15 ta’ Ġunju 2025. |
L-UE hija mexxejja globali fis-suq tal-bonds ekoloġiċi (ara l-Illustrazzjoni 27). F’kull sena bejn l-2021 u l-2024 dawn ammontaw għal aktar minn 3 % tal-ħruġ kollu tal-bonds (li laħqu 2,7 % f’nofs l-2025), notevolment ogħla mis-sehem mhux tal-UE ta’ bonds ekoloġiċi ta’ inqas minn 0,5 %.
Sabiex iġġib trasparenza u kredibbiltà akbar għal dawn l-istrumenti finanzjarji, minn Diċembru 2024, l-UE adottat ir-Regolament dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej, qafas volontarju għall-emittenti li jixtiequ jittikkettaw il-bonds tagħhom bħala Bonds Ekoloġiċi Ewropej. Dan l-istandard huwa bbażat fuq il-kriterji dettaljati tat-tassonomija tal-UE biex jiġu definiti attivitajiet ekonomiċi ekoloġiċi, filwaqt li jiġu żgurati livelli ta’ trasparenza li jallinjaw mal-aħjar prattiki tas-suq. Dan jintroduċi wkoll superviżjoni għall-kumpaniji li jwettqu rieżamijiet ta’ qabel u wara l-ħruġ fil-livell Ewropew.
Illustrazzjoni 27: Volumi annwali maħruġa u sehem ta’ bonds ekoloġiċi – it-tipi kollha ta’ bonds
|
|
|
Sors: LSEG, kalkoli tal-JRC. Data fil-15 ta’ Ġunju 2025. |
Is-suq għas-self ESG (definit bħala ftehim ta’ klabb, sindakazzjoni jew tranżazzjoni bilaterali) huwa tradizzjonalment inqas definit sew mis-suq tal-bonds ESG, mingħajr regolamentazzjoni tal-UE. Il-ħruġ ta’ self ekoloġiku żdied b’mod kostanti mill-2016, tant li laħaq EUR 71 biljun fl-2024, żieda minn EUR 53 biljun fl-2023 (ara l-Illustrazzjoni 28).
Illustrazzjoni 28: Ħruġ annwali ta’ self ESG fl-UE
|
|
|
Sors: LSEG, kalkoli tal-JRC. Data fis-16 ta’ Ġunju 2025 |
Sabiex tiffaċilita u tħaffef it-tranżizzjoni korporattiva lejn żero nett, il-Kummissjoni se tiżviluppa wkoll perkorsi ta’ tranżizzjoni speċifiċi għas-settur, bl-involviment dirett ta’ industriji ewlenin. Dawn il-perkorsi għandhom jippermettu deċiżjonijiet ta’ investiment aktar infurmati u jgħinu fil-mobilizzazzjoni ta’ aktar kapital għat-tranżizzjoni.
Il-qafas integrat li jmiss għar-reżiljenza għall-klima se jinkludi azzjoni biex jiġi mobilizzat il-finanzjament għar-reżiljenza għall-klima biex jiġi żgurat li l-investimenti kollha vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima jkunu mfassla biex jiffaċċjaw riskji klimatiċi li jistgħu jimmaterjalizzaw matul ħajjithom (“reżiljenza mid-disinn”).
Finanzjament mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet
Tliet fondi jużaw id-dħul mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet biex jappoġġaw it-teknoloġiji nodfa, l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika:
·Il-Fond għall-Innovazzjoni;
·il-Fond għall-Modernizzazzjoni; u
·l-Fond Soċjali għall-Klima.
Barra minn hekk, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija parzjalment iffinanzjata mid-dħul tal-ETS.
Fond għall-Innovazzjoni
Il-Fond għall-Innovazzjoni huwa wieħed mill-akbar programmi ta’ finanzjament fid-dinja għall-użu ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. L-għan huwa li jitqiegħdu fis-suq teknoloġiji ġodda tal-enerġija nadifa u industrijali sabiex l-UE tkun tista’ tnaqqas l-emissjonijiet, tilħaq in-newtralità klimatika u tibqa’ kompetittiva. Il-fond għandu baġit stmat ta’ EUR 40 biljun bejn l-2020 u l-2030 (ibbażat fuq prezz tal-karbonju ta’ EUR 75 għal kull tunnellata). Proġetti mill-UE, mill-Iżlanda, mil-Liechtenstein u min-Norveġja jistgħu japplikaw għal appoġġ mill-fond.
Mill-2020, il-Kummissjoni nediet 11-il sejħa għal proposti, inklużi żewġ irkantijiet taħt il-Bank Ewropew tal-Idroġenu. Il-Fond għall-Innovazzjoni issa qed jappoġġa madwar 190 proġett fuq skala żgħira u kbira li għaddejjin b’finanzjament li jammonta għal madwar EUR 10,8 biljun.
Sejħiet għal proposti fl-2024
Il-Kummissjoni fetħet tliet sejħiet għal proposti f’Diċembru 2024 b’baġit ta’ EUR 4,6 biljun.
·Teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti. Din is-sejħa għal proposti kellha baġit ta’ EUR 2,4 biljun u rċeviet 359 proposta minn 28 pajjiż meta għalqet f’April 2025. Il-Kummissjoni għadha kif ippubblikat ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-lista ta’ proġetti magħżula minn qabel għat-tħejjija tal-ftehim ta’ għotja.
·Batteriji. Għall-ewwel darba, din is-sejħa għal proposti se tappoġġa l-manifattura ta’ ċelloli tal-batteriji tal-vetturi elettriċi. Is-sejħa kellha baġit ta’ EUR 1 biljun u rċeviet 14-il proposta minn 8 pajjiżi f’April 2025. F’Lulju 2025, tħabbar li sitt proġetti ngħataw finanzjament: tnejn minn Franza u mill-Ġermanja u wieħed mill-Iżvezja u mill-Polonja li rċevew EUR 852 miljun ta’ appoġġ flimkien. Dawn il-proġetti se jkollhom kapaċità kkombinata tal-manifattura tal-batteriji ta’ madwar 56 gigawatt-sigħat (GWh) ta’ ċelloli tal-batteriji ta’ vetturi elettriċi fis-sena.
·Irkant tal-idroġenu. Din is-sejħa għal proposti kienet għat-tieni sessjoni tal-irkant tal-Bank Ewropew tal-Idroġenu għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli. Il-baġit kien ta’ EUR 1,2 biljun, inkluża allokazzjoni ġdida ta’ EUR 200 miljun speċifikament allokata għal proġetti fis-settur marittimu. L-irkant għalaq fi Frar 2025 b’66 offerta minn 11-il pajjiż u 15-il proġett f’5 pajjiżi differenti li jirċievu appoġġ. Dawn il-proġetti huma mistennija li jipproduċu kważi 2,2 miljun tunnellata ta’ idroġenu rinnovabbli fuq 10 snin, u b’hekk jevitaw aktar minn 15-il miljun tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CO₂.
Kif imħabbar fil-komunikazzjoni dwar il-Patt għal Industrija Nadifa, il-Fond għall-Innovazzjoni se jniedi sejħa ġdida għal proposti biex jappoġġa t-teknoloġija nadifa, il-manifattura tal-batteriji u l-idroġenu rinnovabbli fi tmiem l-2025. Dan se jniedi wkoll irkant ġdid għad-dekarbonizzazzjoni tas-sħana fil-proċessi industrijali.
|
|
Il-proġetti, l-iskedi informattivi tal-pajjiżi u d-dashboards interattivi kollha huma disponibbli fil- Portafoll tal-Proġetti tal-Fond għall-Innovazzjoni . |
Servizzi tal-Fond għall-Innovazzjoni
Il-Fond għall-Innovazzjoni jipprovdi diversi servizzi li jippermettu li proġetti addizzjonali jirċievu finanzjament anke wara li jkun ġie allokat il-baġit inizjali ta’ sejħa għal proposti.
Il-Ġermanja, l-Awstrija u Spanja kollha għamlu kontribuzzjonijiet taħt il-mekkaniżmu “irkantijiet bħala servizz”, billi skjeraw sa EUR 836 miljun biex jappoġġaw proġetti promettenti li ma rċevewx finanzjament fl-aħħar irkant tal-idroġenu.
Il-Kummissjoni qed taħdem biex tistabbilixxi karatteristika simili għas-sejħiet regolari għal proposti, imsejħa “għotjiet bħala servizz”.
Iż-żewġ karatteristiċi jippermettu lill-Istati Membri jużaw il-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-Fond għall-Innovazzjoni u jevitaw piżijiet amministrattivi u finanzjarji bla bżonn biex jiżviluppaw u jmexxu skemi ġodda ta’ appoġġ għall-istess teknoloġiji.
L-appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni jmur lil hinn mill-finanzjament pubbliku. B’mod partikolari, proġetti fuq skala żgħira jew proġetti minn pajjiżi b’introjtu aktar baxx jistgħu jirċievu Assistenza għall-Iżvilupp tal-Proġetti. Il-Bank Ewropew tal-Investiment joffri konsulenza teknika u finanzjarja mfassla apposta biex tittejjeb il-maturità ta’ proġetti innovattivi u tiġi żgurata firxa bilanċjata tal-appoġġ tal-Fond għall-Innovazzjoni fir-reġjuni u fis-setturi kollha.
Fond għall-Modernizzazzjoni
Il-Fond għall-Modernizzazzjoni juża d-dħul mill-EU ETS biex jgħin lill-Istati Membri b’introjtu aktar baxx jilħqu l-miri tagħhom għall-klima u l-enerġija għall-2030. 13-il Stat Membru: Il-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja jistgħu jibbenefikaw minn dan l-appoġġ.
Il-Fond jiffinanzja s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-modernizzazzjoni tan-networks tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika fil-bini u fl-industrija. Dawn l-investimenti jħaffu t-tranżizzjoni nadifa u jżommu l-UE kollha kompetittiva.
Il-Fond għall-Modernizzazzjoni għandu baġit stmat ta’ EUR 57 biljun mill-2021 sal-2030, jekk wieħed jassumi prezz medju tal-karbonju ta’ EUR 75/tCO2. Mill-2021 ’il hawn, diġà ġew żborżati EUR 19,1 biljun lil 12-il Stat Membru benefiċjarju.
L-aħħar żborżi jinkludu EUR 2,7 biljun f’Diċembru 2024 u EUR 3,7 biljun f’Ġunju 2025. Dan tal-aħħar huwa l-akbar żborż minn meta nħoloq il-Fond. Dawn l-iżborżi reċenti raw l-ewwel fondi li qatt ġew investiti fis-Slovenja (Diċembru 2024) u fil-Greċja (Ġunju 2025).
Fond Soċjali għall-Klima
Il-Fond Soċjali għall-Klima ġie stabbilit flimkien mal-ETS2 (ara l-Kapitolu 2), is-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-fjuwil użat fil-bini, fit-trasport bit-triq u fl-industrija żgħira. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jgħin biex jitnaqqas l-impatt soċjali u ekonomiku ta’ din is-sistema ġdida billi jipprovdi għajnuna lill-aktar persuni affettwati, speċjalment unitajiet domestiċi u mikrointrapriżi li qed iħabbtu wiċċhom ma’ kostijiet ogħla tal-enerġija u tat-trasport. Flimkien ma’ kontribuzzjoni obbligatorja mill-Istati Membri, dan għandu jipprovdi mill-inqas EUR 87 biljun f’appoġġ pubbliku mill-2026 sal-2032, u b’hekk jiżgura li ħadd ma jitħalla lura hekk kif nimxu lejn ekonomija aktar nadifa.
Deskrizzjoni ta’ kif se jintnefaq il-finanzjament mill-Fond Soċjali għall-Klima tinsab fil-Pjanijiet Soċjali għall-Klima li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri u li jeħtieġ li jiġu vvalutati b’mod pożittiv mill-Kummissjoni. Dawn il-pjanijiet iridu jidentifikaw l-aktar gruppi vulnerabbli b’rabta mal-faqar enerġetiku u tat-trasport, kif ukoll l-impatti tal-ETS2, u jiddeskrivu l-miżuri u l-investimenti biex jappoġġawhom. Fit-tfassil tal-pjanijiet tagħhom, l-Istati Membri jridu jwettqu konsultazzjoni pubblika, li tinvolvi firxa ta’ partijiet ikkonċernati definiti b’mod wiesa’: l-awtoritajiet reġjonali u lokali, ir-rappreżentanti tas-sħab ekonomiċi u soċjali, l-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, eċċ. Fil-pjan għandu jiġi inkluż ukoll sommarju tal-konsultazzjoni, kif ukoll spjegazzjoni ta’ kif ġie integrat il-kontribut. L-involviment tal-atturi reġjonali u lokali jkompli fl-implimentazzjoni tal-investimenti fil-prattika u matul id-durata tal-fond, sabiex tiġi żgurata azzjoni mfassla apposta u effettiva.
Sa issa, l-Iżvezja u l-Latvja ssottomettew l-abbozzi tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tagħhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni Ewropea bdiet tirrieżamina l-pjanijiet u deċiżjoni finali hija mistennija fi żmien l-iskadenza legali ta’ 5 xhur wara s-sottomissjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tinsab ukoll f’kuntatt mill-qrib mal-Istati Membri li fadal biex tgħin fil-finalizzazzjoni u s-sottomissjoni tal-pjanijiet kollha.
Jekk il-pjan ta’ Stat Membru jiġi vvalutat b’mod pożittiv, il-finanzjament ikun jista’ jibda fl-1 ta’ Jannar 2026. Madankollu, huma biss il-pajjiżi li jikkonvertu bis-sħiħ l-ETS2 fil-liġi nazzjonali tagħhom li se jkunu jistgħu jaċċessaw il-fond.
In-nefqa fuq il-klima fil-baġit tal-UE
Il-baġit tal-UE – kemm il-“qafas finanzjarju pluriennali” tal-UE li jkopri l-perjodu 2021-2027 kif ukoll l-istrument ta’ rkupru ta’ wara l-Covid NextGenerationEU – huwa xprunatur ewlieni tat-tranżizzjoni ekoloġika.
L-impenji baġitarji kurrenti jissuġġerixxu li fil-perjodu 2021-2027 l-UE se tonfoq madwar EUR 662 biljun fuq azzjoni klimatika. Dan huwa 34 % tal-baġit kollu tal-UE u ogħla mill-mira ta’ 30 %.
Bi 78 % tal-baġit tagħha jmur għall-klima, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) għandha wieħed mill-ogħla ishma ta’ nfiq fuq il-klima ta’ kwalunkwe programm tal-UE. Il-programm LIFE u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility) jonfqu wkoll sehem kbir mill-baġits tagħhom fuq proġetti klimatiċi (ara l-Illustrazzjoni 29).
Illustrazzjoni 29: Sehem mistenni tal-baġit tal-UE u ta’ fondi u politiki magħżula li jintnefqu fuq il-klima (%, 2021-2027)
Sors: Impenji baġitarji dwar il-klima. Climate mainstreaming - il-Kummissjoni Ewropea
Dawn il-fondi kollha jagħtu riżultati tanġibbli. Pereżempju:
·45 gigawatt-siegħa ta’ ffrankar stmat fl-effiċjenza enerġetika fis-sena minn bini privat u pubbliku;
·98 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju evitati fis-sena, li aktar minn nofshom kienu permezz tal-investiment tal-bonds ekoloġiċi ta’ Next Generation EU. Barra minn hekk, huwa mistenni tnaqqis ta’ 452 miljun tunnellata ta’ diossidu tal-karbonju mill-Fond għall-Innovazzjoni matul l-ewwel 10 snin ta’ tħaddim.
·543 gigawatt-siegħa addizzjonali ta’ kapaċità tal-enerġija rinnovabbli installata.
Il-proposti tal-Kummissjoni ta’ Lulju 2025 għall- qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034 jinkludu mira ta’ nfiq ta’ 35 % fuq l-objettivi klimatiċi u ambjentali. Dan jimmobilizza aktar minn EUR 700 biljun biex jappoġġa investimenti ekoloġiċi. Il-proposta tipprevedi wkoll l-applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fil-baġit kollu biex jiġi żgurat li l-finanzjament tal-UE ma jmurx kontra l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-UE. Il-proposta tinkludi wkoll prinċipju ta’ “reżiljenza għall-klima mid-disinn”, li jiġi applikat għall-ewwel darba għall-finanzjament tal-UE.
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa
Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) hija l-iskema ta’ finanzjament tal-UE għat-trasport, l-enerġija u l-infrastruttura diġitali. Il-faċilità għandha baġit totali ta’ EUR 33 biljun, li minnhom 60 % huma allokati għall-azzjoni klimatika. Hija taqbeż dik il-mira b’mod komdu, bi 78 % tal-baġit, kważi EUR 26 biljun, imorru għal investimenti relatati mal-klima, bħal aġġornamenti fit-trażmissjoni tal-elettriku, punti tal-provvista ta’ fjuwil alternattiv u linji ferrovjarji ġodda jew imtejba.
Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
Il- Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija fond temporanju u l-parti ewlenija ta’ NextGenerationEU, il-pjan tal-UE biex tirkupra wara l-kriżijiet reċenti: il-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tal-enerġija kkawżata mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Hija għandha baġit sa EUR 650 biljun u tippermetti lill-Istati Membri jżidu b’mod sinifikanti l-investimenti relatati mal-klima 66 .
L-Istati Membri kollha impenjaw ruħhom li jonfqu aktar mis-37 % meħtieġa fuq il-klima, b’xi Stati Membri pproġettati li jonfqu ferm aktar minn nofs l-allokazzjoni tagħhom fuq azzjoni klimatika. Kollettivament, l-Istati Membri qed jippjanaw li jonfqu 42,5 % tal-allokazzjonijiet tagħhom fuq il-klima (EUR 276 biljun). Sa Settembru 2025, l-iżborżi relatati mal-klima kienu laħqu EUR 62 biljun.
Sar progress sostanzjali u diversi stejjer ta’ suċċess seħħew fil-prattika. Madankollu, billi l-RRF tistabbilixxi skadenzi għall-infiq ta’ dan il-fond temporanju (il-pagamenti kollha li għandhom isiru sa tmiem l-2026), se jkun essenzjali li l-implimentazzjoni tiġi aċċellerata u ffinalizzata matul is-sena li ġejja.
InvestEU
L-InvestEU juża garanzija baġitarja tal-UE biex jgħin lill-banek promozzjonali nazzjonali u internazzjonali jiffinanzjaw l-investiment sostenibbli, l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi. Waħda mill-erba’ “twieqi” ta’ prijorità hija l-infrastruttura sostenibbli, li tappoġġa t-trasport nadif, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u teknoloġiji nodfa oħrajn.
Il-programm għandu l-għan li jiskatta EUR 372 biljun f’investiment, b’mill-inqas 30 % imorru għal azzjoni klimatika. Sa tmiem l-2024, dan kien diġà mmobilizza EUR 300 biljun, li 38 % minnhom kienu relatati mal-klima. Għas-snin 2021-2027, dan qed jistenna li jinvesti EUR 110 biljun fi proġetti klimatiċi, madwar 35 % tal-investimenti kollha.
Programm Orizzont Ewropa
Il-programm qafas Orizzont Ewropa huwa l-programm ta’ finanzjament ewlieni tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni. Dan jindirizza t-tibdil fil-klima, jgħin biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u jagħti spinta lill-kompetittività u t-tkabbir tal-UE.
Il-programm Orizzont Ewropa għandu baġit totali ta’ EUR 95,5 biljun għall-perjodu ta’ żmien kollu 2021-2027. Il-programm irid jikkontribwixxi mill-inqas 35 % tan-nefqa għall-objettivi klimatiċi – ekwivalenti għal EUR 34,8 biljun f’finanzjament matul il-perjodu ta’ żmien 2021-2027.
Minħabba l-baġit allokat għall-klima għas-snin 2021-2024, u l-istimi għas-snin 2025-2027, il-programm jinsab fit-triq it-tajba biex jissodisfa l-impenn ġenerali ta’ 35 %. Sa tmiem l-2024, diġà ġew allokati kważi EUR 20 biljun għal attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li jappoġġaw l-azzjoni klimatika 67 . Dan juri l-impenn tal-programm li jindirizza t-tibdil fil-klima u jippromwovi l-għanijiet ta’ sostenibbiltà.
Orizzont Ewropa jappoġġa l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni dwar il-klima f’oqsma bħax-xjenza klimatika u l-adattament għall-klima, l-enerġija rinnovabbli u l-ħżin tal-enerġija, id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija, iċ-ċirkolarità, il-mobbiltà sostenibbli, l-aġġornamenti tal-bini u s-soluzzjonijiet b’bażi bijoloġika.
Orizzont Ewropa jinkludi diversi “missjonijiet” marbutin mal-ħin li jimmiraw lejn sfidi ewlenin bħall-adattament għat-tibdil fil-klima, it-titjib tas-saħħa tal-ħamrija u l-ħolqien ta’ bliet newtrali għall-klima. Missjoni waħda bħal din, l-adattament għat-tibdil fil-klima, għandha l-għan li tagħmel mill-inqas 150 reġjun u komunità Ewropej reżiljenti għall-klima sal-2030. Sa issa tat EUR 517-il miljun lil 61 proġett. Billi tgħaddi r-riżorsi u d-deċiżjonijiet lill-korpi lokali u reġjonali, il-missjoni tħaffef l-azzjoni u tistimula l-innovazzjoni u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, diġitali u sistemiċi oħrajn. Il-missjoni dwar bliet newtrali għall-klima appoġġat 92 belt permezz ta’ kuntratti li jinkludu impenn kif ukoll pjan ta’ azzjoni u investiment.
Programm LIFE
Il-programm LIFE huwa l-fond tal-UE għall-ambjent, l-enerġija u l-klima. Il-proġetti LIFE jiffokaw fuq soluzzjonijiet industrijali innovattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, l-assorbimenti tal-karbonju fl-agrikoltura u l-foresti, l-adattament għat-tibdil fil-klima f’żoni urbani u rurali u tħejjija akbar għal avvenimenti ta’ temp estrem. B’baġit ġenerali ta’ EUR 5,4 biljun għall-perjodu 2021-2027, il-programm LIFE għandu subprogramm speċifiku dwar il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.
61 % tal-baġit totali għandu jintefaq fuq azzjoni klimatika. Il-programm huwa kemxejn taħt din il-mira b’59 %.
Mill-bidu taċ-ċiklu ta’ programmazzjoni fl-2021, is-subprogramm dwar il-klima ffinanzja 117-il proġett li jipprovdu EUR 367 miljun. Taħt is-sejħiet għal proposti tal-2024, is-subprogramm ta 23 proġett, inklużi żewġ proġetti integrati strateġiċi, għal total ta’ EUR 25 miljun.
Politika ta’ koeżjoni
Il-politika ta’ koeżjoni hija l-pedament ta’ żvilupp bilanċjat u ġust madwar ir-reġjuni tal-UE. L-għan ewlieni tagħha huwa li tiżgura li kulħadd, irrispettivament minn fejn jgħix, ikollu l-istess ċans li jirnexxi. Dan huwa importanti minħabba li tgħin biex jinħolqu opportunitajiet ġusti u tnaqqas l-inugwaljanzi madwar l-UE.
Il-politika ta’ koeżjoni tixpruna wkoll l-azzjoni klimatika. Hija tiffinanzja proġetti li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija, jagħtu spinta lill-enerġija rinnovabbli, itejbu t-trasport pubbliku, jipproteġu n-natura u jsaħħu r-reżiljenza lokali u reġjonali għat-temp estrem. Billi torbot it-tkabbir reġjonali ma’ soluzzjonijiet nodfa u ekoloġiċi, il-politika ta’ koeżjoni tgħin lill-UE tilħaq l-għanijiet klimatiċi tagħha, filwaqt li tiżgura li l-ebda reġjun ma jitħalla lura.
F’Settembru 2025, abbażi tar- rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Kummissjoni, ġew adottati regoli ġodda li jagħmluha aktar faċli għall-Istati Membri biex jappoġġaw il-prijoritajiet strateġiċi tal-UE. Pereżempju, regoli ġodda jippermettu lill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jiffinanzja negozji kbar f’oqsma ewlenin bħad-dekarbonizzazzjoni jew it-teknoloġiji strateġiċi.
Illustrazzjoni 30: Is-sehem tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni allokati għall-azzjoni klimatika skont il-qasam tematiku
|
|
|
|
|
Id-data, iċ-ċarts interattivi u l-istejjer illustrattivi kollha dwar il-politika ta’ koeżjoni huma disponibbli fuq il- Pjattaforma tad-Data Miftuħa ta’ Koeżjoni . |
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, Fond ta’ Koeżjoni u Interreg
L-Istati Membri allokaw madwar 57 % (EUR 22,29 biljun) tal-Fond ta’ Koeżjoni tagħhom u 33 % (EUR 70,63 biljun) tal-allokazzjonijiet tagħhom mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-azzjoni klimatika. Barra minn hekk, madwar 24,5 % mill-EUR 10,7 biljun ta’ programmi ffokati fuq il-kooperazzjoni reġjonali Ewropea (fondi Interreg) iffinanzjati mill-UE huma mistennija li jappoġġaw miżuri rilevanti għall-klima. Flimkien, dawn l-investimenti mhux biss se jnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u se jagħtu spinta lill-adattament għat-tibdil fil-klima, iżda wkoll se joħolqu l-impjiegi, iżidu l-kompetittività, itejbu l-mobbiltà u jżommu żvilupp reġjonali bilanċjat madwar l-UE. L-Illustrazzjoni 30 turi l-finanzjament allokat għall-oqsma ta’ politika rilevanti għall-klima bħala sehem mill-infiq totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta’ Koeżjoni u mill-Interreg fuq l-azzjoni klimatika.
Sat-30 ta’ Ġunju 2025, madwar 45 % tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u 61 % tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2021-2027 kienu ġew allokati għal proġetti speċifiċi.
Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jipprovdi EUR 19,7 biljun biex jgħin lin-nies u lir-reġjuni l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika, bħal żoni fejn il-minjieri tal-faħam qed jingħalqu jew fejn l-industrija peżanti qed tittrasforma ruħha. Bħalissa, dan qed jappoġġa 96 reġjun b’intensità ta’ faħam u karbonju bi pjanijiet ta’ tranżizzjoni ġusta mfassla apposta, pereżempju billi jappoġġa d-diversifikazzjoni tal-ekonomija lokali, u jgħin lin-nies jakkwistaw ħiliet ġodda. Sa 120 000 persuna qiegħda se jibbenefikaw mill-miżura u kważi 200 000 persuna se jiksbu ħiliet ġodda.
Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta qed jimxi ’l quddiem: 47 % tal-fond kien diġà ġie assenjat għal proġetti sa Ġunju 2025, żieda minn 22 % sena qabel. Hemm differenzi notevoli fil-progress. L-Estonja u Malta għażlu l-proġetti kollha u l-Lussemburgu, l-Iżvezja u n-Netherlands għażlu kważi l-proġetti kollha li għandhom jiġu ffinanzjati. Min-naħa l-oħra, il-Belġju, l-Ungerija u l-Bulgarija assenjaw inqas minn 10 % tal-baġit totali.
Fond Soċjali Ewropew
Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, il-Fond Soċjali Ewropew Plus qed jinvesti EUR 5,7 biljun f’ħiliet u impjiegi ekoloġiċi u f’miżuri u riformi li jappoġġaw l-ekonomija ekoloġika. Dan jinkludi t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema, l-appoġġ lil ħaddiema spostati jew ħaddiema li jaħdmu għal intrapriżi affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika jew it-taħriġ ta’ persuni impjegati u qiegħda f’ħiliet ekoloġiċi.
8.Azzjoni internazzjonali dwar il-klima
|
Punti ewlenin |
|
·L-UE kellha rwol importanti fil-COP29 fl-Ażerbajġan biex tilħaq ftehim dwar l-għan kollettiv ġdid kwantifikat dwar il-finanzjament għall-klima wara l-2025 u dwar il-finalizzazzjoni tar-regoli tal-ftehim ta’ Pariġi għas-swieq internazzjonali tal-karbonju. |
|
·L-UE ppreżentat l-ewwel rapport biennali tagħha dwar it-trasparenza f’Novembru 2024, li jipprovdi eżempju ewlieni skont il-Qafas ta’ Trasparenza Msaħħaħ tal-Ftehim ta’ Pariġi u dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjoni klimatika ambizzjuża. ·Il-Ministri għall-klima qablu fuq kontribuzzjoni tal-UE ddeterminata fil-livell nazzjonali qabel il-COP30, b’mira indikattiva għall-2035 ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra ta’ bejn 66,25 % u 72,5 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990. ·L-UE saħħet id-djalogu tagħha dwar il-klima ma’ pajjiżi ewlenin madwar id-dinja, inklużi ċ-Ċina, il-Brażil, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Kanada. |
|
·Fl-2024, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tipprovdi EUR 4,6 biljun f’finanzjament għall-klima. Minn dan l-ammont, 27 % ġew impenjati għall-adattament, 46 % għall-mitigazzjoni, u 27 % għal azzjonijiet trażversali li jindirizzaw kemm il-prijoritajiet ta’ mitigazzjoni kif ukoll dawk ta’ adattament. |
L-UE għandha rwol sinifikanti fl-avvanz tal-azzjoni globali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi billi taħdem kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll f’dak bilaterali. L-impatt ta’ dan jinkludi l-appoġġ finanzjarju, in-negozjati skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Ftehim ta’ Pariġi, l-impenn diplomatiku, il-bini tal-kapaċitajiet, u t-tmexxija regolatorja.
Impenn multilaterali
Is-sena li għaddiet rat lill-UE timpenja ruħha f’diversi laqgħat internazzjonali tekniċi u ta’ livell għoli biex timbotta għal livell ogħla ta’ ambizzjoni fil-livell globali fin-negozjati dwar il-klima, biex iżżid it-trasparenza, timmobilizza r-riżorsi u taqsam l-għarfien dwar l-azzjoni klimatika f’kuntest ġeopolitiku dejjem aktar volatili.
F’Ottubru 2025, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli ppreżentaw strateġija internazzjonali biex jiggarantixxu l-post tal-Ewropa fis-swieq globali. Il- viżjoni globali l-ġdida tal-UE dwar il-klima u l-enerġija tippreżenta l-offerta tal-UE lid-dinja: l-użu tad-diplomazija biex nipproteġu l-interessi ewlenin tagħna, il-promozzjoni ta’ standards għal tranżizzjoni ġusta billi ngħinu lis-sħab tagħna jiżviluppaw tagħhom, u l-indirizzar tat-theddid u l-isfidi ġodda għas-sigurtà li jipperikolaw kemm l-interessi Ewropej kif ukoll dawk tas-sħab tagħna.
Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi
L-UE impenjat ruħha b’mod kostruttiv fil-COP29 fl-Ażerbajġan biex tikseb il-mandati ewlenin stabbiliti għall-konferenza. Il-partijiet qablu fuq għan kollettiv ġdid kwantifikat dwar il-finanzjament għall-klima wara l-2025, li jiddeskrivi li l-pajjiżi żviluppati se jkunu minn ta’ quddiem biex jipprovdu u jimmobilizzaw mill-inqas USD 300 biljun fis-sena sal-2035 għal azzjoni klimatika għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, minn varjetà wiesgħa ta’ sorsi, bil-pajjiżi li qed jiżviluppaw imħeġġa jagħmlu kontribuzzjonijiet fuq bażi volontarja. L-għan il-ġdid huwa kkomplementat minn sejħa lill-atturi kollha biex jaħdmu flimkien biex jippermettu ż-żieda fil-finanzjament għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw mis-sorsi pubbliċi u privati kollha, għal mill-inqas USD 1,3 triljun fis-sena.
Eżitu ewlieni ieħor kien il-finalizzazzjoni tal-ġabra ta’ regoli għas-swieq tal-karbonju (skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Pariġi). Fil-promozzjoni ta’ kooperazzjonijiet trasparenti u ta’ integrità għolja, dawn ir-regoli se jgħinu lill-pajjiżi jżidu u jilħqu l-miri klimatiċi tagħhom.
Fil-21 ta’ Novembru 2024, l-UE ssottomettiet l-ewwel rapport bienniali tagħha dwar it-trasparenza. Ir-rapport jagħti dettalji dwar il-progress li sar biex tintlaħaq il-mira għall-2030 u l-progress fil-valutazzjoni tal-effetti tal-politiki u l-miżuri tal-UE dwar il-klima fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u fil-bini tar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima. Huwa jagħti wkoll dettalji dwar il-kontribuzzjonijiet li saru għall-bini tal-kapaċità internazzjonali u l-finanzjament għall-klima. Ara l-Kapitolu 5 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament għal aktar dettalji.
|
|
Ir-Rapport Biennali dwar it-Trasparenza huwa disponibbli fuq is- sit web tal-UNFCCC . |
Taħt il-programm ta’ ħidma ta’ mitigazzjoni tal-UNFCCC, l-UE qasmet l-aħjar prattiki u soluzzjonijiet ta’ mitigazzjoni għall-bini u s-sistemi urbani (ir-raba’ Djalogu Globali u Avvenimenti ffokati fuq l-Investiment f’Ottubru 2024) u għas-settur tal-foresti (il-ħames Djalogu Globali u Avvenimenti ffokati fuq l-Investiment f’Mejju 2025). Bħala parti mill-programm ta’ ħidma dwar it-Tranżizzjoni Ġusta, l-UE pparteċipat f’żewġ Djalogi dwar it-Tranżizzjoni Ġusta biex taqsam l-esperjenzi u l-prattiki tajbin dwar ir-reżiljenza klimatika ġusta u l-perkorsi ta’ tranżizzjoni tal-enerġija ġusta.
Fir-rigward tal-adattament għat-tibdil fil-klima, l-UE impenjat ruħha b’mod attiv ma’ pajjiżi oħrajn biex tagħmel progress taħt il-programm ta’ ħidma UAE-Belém dwar l-indikaturi tal-adattament. Dan huwa meħtieġ biex jiġi implimentat il-“Qafas tal-UAE għar-Reżiljenza Klimatika Globali” adottat fil-COP28 fl-2023 u biex jintlaħaq l-Għan Globali dwar l-Adattament.
Sabiex tħejji għat-30 Konferenza tal-Partijiet (COP30) f’Belém f’Novembru 2025, l-UE tippromwovi b’mod kostruttiv in-negozjati għal deċiżjonijiet ta’ suċċess dwar l-eżiti deskritti fil-mandati. Dawn jinkludu t-twettiq tal-indikaturi biex jiġi segwit il-progress lejn l-Għan Globali dwar l-Adattament, l-ilħuq ta’ ftehim dwar il-pjan ta’ azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-parteċipazzjoni attiva fid-diskussjonijiet dwar il-Pjan Direzzjonali minn Baku sa Belém għal USD 1,3 triljun, li għandu l-għan li jżid il-flussi ta’ finanzjament għall-klima lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-UE tkompli tipparteċipa wkoll fil-korpi kostitwiti stabbiliti biex jappoġġaw lill-partijiet u l-proċess intergovernattiv skont il-UNFCCC, bil-ħsieb li jinkisbu l-eżiti ddikjarati fil-mandati.
Implimentazzjoni tal-ewwel Eżiti tar-Rendikont Globali u l-kontribuzzjoni tal-UE ddeterminata fil-livell nazzjonali
Filwaqt li bniet fuq l-eżiti tal-ewwel rendikont globali , u biex iżżomm il-momentum tal-ftehim kollettiv importanti dwar it-tranżizzjoni enerġetika, l-UE mexxiet it-tnedija tal-Forum Globali dwar it-Tranżizzjonijiet tal-Enerġija f’Jannar 2025. Il-forum jgħaqqad mexxejja, ministri u gruppi ta’ partijiet ikkonċernati u għandu l-għan li jiżgura li l-impenji biex titħaffef it-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa billi tiġi triplikata l-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli u tiġi rdoppjata l-effiċjenza enerġetika jiġu integrati fiċ-ċiklu li jmiss ta’ kontribuzzjoni ddeterminata fil-livell nazzjonali.
L-UE qablet ukoll li tissottometti l-kontribuzzjoni tagħha ddeterminata fil-livell nazzjonali, qabel il-COP30, b’mira indikattiva għall-2035 ta’ tnaqqis ta’ bejn 66,25 % u 72,5 % fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
Involviment f’fora multilaterali u plurilaterali oħrajn
Il-ħidma tal-UE man-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha tkompli tippromwovi tranżizzjoni nadifa u ambizzjoni klimatika għolja. L-adozzjoni tal-Patt għall-Futur fid-79 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti affermat mill-ġdid il-ħtieġa għal azzjoni aktar b’saħħitha kontra t-tibdil fil-klima. Fit-80 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-UE enfasizzat l-impenji u l-ambizzjoni tagħha dwar il-klima fl-avveniment ta’ livell għoli tal-mexxejja dwar l-Azzjoni Klimatika u kkondividiet il-viżjoni tagħha dwar l-iskjerament tal-enerġija rinnovabbli fis-Summit Globali dwar l-Enerġija Rinnovabbli.
L-UE tibqa’ parteċipant ewlieni fil-G7 u fil-G20, bil-ħsieb ta’ aktar azzjoni klimatika. Minkejja l-pressjonijiet ġeopolitiċi, matul l-aħħar sena sar progress f’dawn il-fora. Il-G7 talab tnaqqis rapidu u profond tal-emissjonijiet minn ekonomiji ewlenin, inkluż permezz tat-tneħħija gradwali tal-enerġija mill-faħam b’emissjonijiet mhux imnaqqsa fl-ewwel nofs tal-2030, filwaqt li l-G20 approva “aġenda ta’ ambizzjoni msaħħa” sabiex il-mira ta’ 1.5c tkun tista’ tintlaħaq. L-UE ħeġġet liż-żewġ fora biex jaqblu fuq passi konkreti biex iwettqu l-Ftehim ta’ Pariġi u r-Rendikont Globali.
L-UE tibqa’ attiva fil-Klabb għall-Klima, forum ta’ livell għoli għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija. L-attivitajiet tal-Klabb jiffokaw prinċipalment fuq id-dekarbonizzazzjoni tal-produzzjoni tal-azzar u tas-siment. Fl-2024, il-klabb nieda Pjattaforma ta’ Tqabbil Globali mfassla biex tħaffef id-dekarbonizzazzjoni tal-industriji b’emissjonijiet kbar fl-ekonomiji emerġenti u li qed jiżviluppaw billi jgħaqqad ma’ soluzzjonijiet tekniċi u finanzjarji.
L-UE ħadmet ukoll mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD, Organisation for Economic Co-operation and Development) biex tkompli l-azzjoni klimatika fil-pajjiżi membri u kandidati. Hija pparteċipat fil-ħidma fuq it-tibdil fil-klima ta’ diversi korpi bħall-Kumitat għall-Politika Ambjentali u l-Gruppi ta’ Ħidma dwar it-Tibdil fil-Klima u dwar il-Finanzi u l-Investiment għall-Għanijiet Ambjentali. Hija involviet ruħha wkoll fil-Forum Inklużiv dwar l-Approċċi ta’ Mitigazzjoni tal-Karbonju u fil-Pjattaforma tas-Suq tal-Karbonju, imnedija mill-OECD bħala fora biex il-politiki dwar il-mitigazzjoni u l-politiki dwar l-ipprezzar u s-swieq tal-karbonju jiġu diskussi b’mod liberu.
Bħala parti mill-Forum Ministerjali dwar l-Enerġija Nadifa, il-Kummissjoni nediet kampanja li tippromwovi stili ta’ ħajja sostenibbli u ġustizzja biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, li tinkludi dikjarazzjoni ta’ livell għoli approvata minn diversi pajjiżi, bħaċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil.
L-UE tkompli tinvesti f’inizjattivi biex tindirizza l-effetti tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali li jaċċentwaw it-theddid għall-paċi, l-istabbiltà, is-sigurtà u r-riskji li jimminaw id-difiża Ewropea. Fl-2025, l-UE ppubblikat rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni konġunta dwar il-klima u s-sigurtà. Ir-rapport jenfasizza kif, fost l-oħrajn, l-impatt tad-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima fuq il-paċi u s-sigurtà u d-difiża issa jidher b’mod prominenti fi skambji ma’ pajjiżi mhux tal-UE, organizzazzjonijiet reġjonali u organizzazzjonijiet bħan-NATO – u kif din l-enfasi ġdida qed twassal għal inizjattivi tanġibbli.
Impenn bilaterali
L-impenn bilaterali joħloq opportunitajiet għall-iskambju ma’ pajjiżi terzi dwar kif aħna kollettivament nilħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, naqsmu l-għarfien u l-esperjenzi dwar il-mitigazzjoni u l-adattament u nipprovdu għarfien tekniku meħud mill-esperjenza estensiva tal-UE bil-politika dwar il-klima, inkluż l-ipprezzar tal-karbonju. It-tħassib dwar is-sigurtà tal-klima huwa wkoll parti mill-impenn bilaterali tal-UE u mill-kuntatti regolari mas-sħab reġjonali u tas-soċjetà ċivili.
Fl-2024 u l-2025, l-impenn bilaterali ma’ pajjiżi mhux tal-UE ffoka fuq it-twassil ta’ kontribuzzjonijiet ambizzjużi ġodda ddeterminati fil-livell nazzjonali mill-COP30, li seħħet f’Novembru 2025. Ġew organizzati diversi avvenimenti fl-Amerika Latina, fl-Asja u fl-Afrika biex isir skambju mal-partijiet ikkonċernati u l-gvernijiet tal-pajjiżi dwar l-immudellar u l-ambizzjoni tal-NDC.
L-ipprezzar tal-karbonju huwa pedament tal-politika tal-UE dwar il-klima u fil-qalba tad-diplomazija tal-UE dwar il-klima. Filwaqt li tibni fuq l-esperjenza tagħha, l-UE taħdem mas-sħab biex ittejjeb il-politiki tal-ipprezzar tal-karbonju, bħal sistemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew taxxi fuq il-karbonju.
Wara l-finalizzazzjoni tal-ġabra ta’ regoli għas-swieq tal-karbonju fil-COP29, l-UE għandha wkoll l-għan li taħdem mill-qrib mal-pajjiżi sħab biex tisfrutta l-benefiċċji tas-swieq internazzjonali tal-karbonju ta’ integrità għolja.
L-UE bdiet kooperazzjoni ma’ pajjiżi bħall-Brażil, li adotta l-leġiżlazzjoni tiegħu dwar is-suq tal-karbonju f’Diċembru 2024, l-Indja, pajjiżi fl-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, eċċ. Din tikkomplementa l-impenn eżistenti ma’ pajjiżi bħaċ-Ċina u l-Kanada, fejn diġà hemm stabbiliti skemi ta’ pprezzar tal-karbonju.
L-UE qed timpenja ruħha wkoll mal-pajjiżi li huma kandidati biex jissieħbu fl-UE biex tiżgura li dawn jallinjaw malajr mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-klima. Issir enfasi partikolari fuq il-progress fuq l-ipprezzar tal-karbonju u l-allinjament mar-regoli tas-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet. Il-proċess ta’ tkabbir miexi aktar malajr minn fi kwalunkwe punt fl-aħħar 15-il sena. F’Settembru 2025, l-UE fetħet formalment negozjati ta’ adeżjoni mal-Albanija dwar politiki ta’ konnettività ekoloġiċi u sostenibbli, inklużi l-ambjent u l-klima. Matul il-perjodu ta’ rapportar, l-UE eżaminat ukoll il-leġiżlazzjonijiet tal-Moldova u tal-Ukrajna biex tivverifika kemm huma lesti li jsegwu l-liġijiet tal-UE dwar il-klima.
Sar ukoll progress fl-implimentazzjoni tal-Alleanzi Ekoloġiċi eżistenti (il-Ġappun, in-Norveġja u l-Kanada) u tas-Sħubijiet Ekoloġiċi (il-Marokk u l-Korea t’Isfel) bi djalogu u kooperazzjoni msaħħa f’oqsma ta’ rilevanza għat-tranżizzjoni ekoloġika. F’Jannar 2024, tnieda Programm ta’ Sħubija Ekoloġika bejn l-UE u l-Korea ta’ 4 snin fil-Korea t’Isfel. L-għan tal-programm huwa li jsaħħaħ id-diplomazija ekoloġika tal-UE, jippromwovi l-kooperazzjoni bilaterali, filwaqt li jappoġġa l-implimentazzjoni tas-Sħubija Ekoloġika. Programm simili, il-faċilità tal-Alleanza Ekoloġika, ilu għaddej ukoll fil-Ġappun minn Lulju 2024.
Fil-kuntest tad-Djalogu ta’ Livell Għoli bejn l-UE u ċ-Ċina dwar l-Ambjent u l-Klima, l-UE skambjat maċ-Ċina dwar diversi politiki biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż dwar is-sistema taċ-Ċina għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ispirata mis-sistema tal-UE), dwar l-immudellar tal-emissjonijiet u l-impatt tat-tibdil fil-klima, il-kejl u l-kontroll tal-emissjonijiet tal-metan u l-istimulazzjoni tal-finanzjament għar-reżiljenza. Permezz tad-diplomazija dwar il-klima tagħha, mill-ogħla livelli politiċi għal-livelli tekniċi, l-UE ħeġġet liċ-Ċina biex tikkontribwixxi s-sehem tagħha biex tappoġġa l-azzjoni klimatika globali. Wara s-Summit bejn l-UE u ċ-Ċina f’Lulju 2025 ġiet ippubblikata dikjarazzjoni konġunta dwar il-klima.
L-UE tat spinta lir-relazzjonijiet mal-Indja permezz ta’ żjara tal-Kulleġġ fir-rebbiegħa tal-2025. Din wasslet għall-pubblikazzjoni ta’ aġenda strateġika ġdida bejn l-UE u l-Indja f’Settembru 2025 li, fost affarijiet oħrajn, tiffoka fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, it-teknoloġiji nodfa u r-reżiljenza għall-klima. Il-kooperazzjoni teknika dwar l-ipprezzar tal-karbonju u l-immudellar tal-klima qed tikber ukoll.
F’Settembru 2025, sar l-ewwel djalogu ministerjali dwar il-klima u l-ambjent bejn l-UE u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja. Id-djalogu kkonferma impenn konġunt għall-aġenda multilaterali dwar il-klima u impenn politiku qawwi għall-kooperazzjoni għal azzjoni klimatika ambizzjuża.
Mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fil-finanzjament, jiġifieri s-Sħubijiet għal Tranżizzjoni tal-Enerġija Ġusta, qed jikseb momentum pożittiv fl-Indoneżja. Is-sħubija tieħu l-forma ta’ ftehim ta’ USD 20 biljun għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-Indoneżja li taħdem bil-faħam. Sa issa, diġà ġew approvati madwar USD 1,2 biljun f’self u għotjiet, inkluż appoġġ għal impjant tal-enerġija solari galleġġanti ta’ 60 MW fil-Punent ta’ Java.
L-UE għandha l-istess sħubija mas-Senegal, l-Afrika t’Isfel u l-Vjetnam. Taħt is-sħubija tagħha ta’ USD 15-il biljun, il-Vjetnam qed jagħmel ukoll progress fuq l-azzjoni klimatika u proġetti rinnovabbli ewlenin huma qrib l-istadju tal-approvazzjoni.
Taħt l-istrateġija Global Gateway tal-UE, il-klima u l-enerġija huma prijoritajiet ewlenin fl-Afrika. L-approċċ tal-UE diġà qed jagħti riżultati konkreti. F’Marzu 2025, l-UE nediet pakkett ta’ investiment ta’ EUR 4,4 biljun biex tappoġġa proġetti tal-enerġija nadifa fl-Afrika t’Isfel. L-UE fetħet ukoll negozjati dwar tip ġdid ta’ ftehim kummerċjali u klimatiku mal-Afrika t’Isfel - is-sħubija għal kummerċ u investimenti nodfa. Dawn l-inizjattivi se jgħinu lill-kumpaniji tal-UE jiddiversifikaw il-ktajjen tal-provvista ekoloġiċi tagħhom, isaħħu l-kompetittività tal-UE u jappoġġaw lill-Afrika t’Isfel fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tagħha.
F’Settembru 2025, it-tieni Summit dwar il-Klima tal-Afrika wera l-impenn tal-UE li taħdem mas-sħab Afrikani biex issegwi l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-appoġġ tal-UE għat-tranżizzjoni ekoloġika u r-reżiljenza għall-klima tal-Afrika. Dan witta wkoll it-triq għas-Summit bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana, li se jsir f’Novembru 2025 fl-Angola.
Sejħiet għal aktar kooperazzjoni biex tiżdied l-azzjoni klimatika jidhru fl-aġenda u l-eżiti tas-Summits bilaterali kollha tal-UE ma’ pajjiżi terzi, bħas-Summits bejn l-UE u l-Kanada, l-UE u l-Ġappun u l-UE u l-Asja Ċentrali fl-2025.
Il-programm tal-UE ta’ Djalogi dwar il-Klima huwa strument ewlieni biex jixpruna d-djalogu dwar il-politika u l-kooperazzjoni dwar il-politika klimatika bejn l-UE u rappreżentanti minn gvernijiet, negozji, akkademiċi, u organizzazzjonijiet soċjali u ekonomiċi f’pajjiżi mhux tal-UE, bil-għan aħħari li jiġu implimentati l-impenji skont il-Ftehim ta’ Pariġi. F’Jannar 2025 bdiet fażi ġdida ta’ EUR 30 miljun, li se tibqa’ għaddejja sa nofs l-2029, u se tappoġġa t-taħditiet dwar il-politika dwar il-klima f’26 pajjiż prijoritarju.
Finanzjament għall-klima u kooperazzjoni internazzjonali
Flimkien mal-finanzjament għall-klima minn sorsi privati, il-finanzjament pubbliku internazzjonali għall-klima għandu rwol importanti fl-għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jimplimentaw il-Ftehim ta’ Pariġi.
B’mod ġenerali, l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-istituzzjonijiet finanzjarji, huma l-kontributur ewlieni tal-assistenza għall-iżvilupp u l-akbar kontributur ta’ finanzjament għall-klima fid-dinja, u jirrappreżentaw madwar terz tal-finanzjament pubbliku globali għall-klima. Fl-2024, l-UE u l-Istati Membri tagħha kkontribwew EUR 31,7 biljun f’finanzjament għall-klima minn sorsi pubbliċi u mmobilizzaw EUR 11-il biljun addizzjonali ta’ finanzjament privat biex jappoġġaw lil pajjiżi li qed jiżviluppaw biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom u jadattaw għall-impatti tat-tibdil fil-klima (b’sehem ta’ 50/50 bejn il-mitigazzjoni u l-adattament). Żewġ terzi tal-appoġġ finanzjarju li l-UE pprovdiet direttament lil pajjiżi oħrajn ġew b’termini speċjali u aktar favorevoli, bi kważi kwart tiegħu jappoġġa lill-pajjiżi l-inqas żviluppati.
Fl-2024, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tipprovdi EUR 4,6 biljun f’finanzjament għall-klima. Minn dan l-ammont, 27 % ġew impenjati għall-adattament, 46 % għall-mitigazzjoni, u 27 % għal azzjonijiet trażversali li jindirizzaw kemm il-prijoritajiet ta’ mitigazzjoni kif ukoll dawk ta’ adattament (ara t-Tabella 4).
Tabella 4: Finanzjament għall-klima impenjat (2024)
|
Somma tal-finanzjament impenjat (EUR miljun) |
% tat-total impenjat |
|
|
Adattament |
1 221 |
27 % |
|
Trażversali |
1 252 |
27 % |
|
Mitigazzjoni |
2 087 |
46 % |
|
Total |
4 560 |
100 % |
Il-Kummissjoni tkompli tappoġġa lill-pajjiżi sħab permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament tagħha. Pereżempju, mill-inqas 30 % tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI – Ewropa Globali) huwa ddedikat għal azzjoni klimatika. Dan jinkludi azzjonijiet f’ambjenti fraġli u affettwati minn kunflitti b’rikonoxximent tal-interdipendenzi kumplessi bejn it-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali, il-fraġilità u l-kunflitt.
Il-Global Gateway hija strateġija ta’ EUR 300 biljun maħsuba biex tagħti spinta lill-infrastruttura intelliġenti, nadifa u sigura f’pajjiżi sħab, b’enfasi fuq l-infrastruttura diġitali, il-klima, l-enerġija u t-trasport. Hija tinvesti wkoll fin-nies, fl-edukazzjoni, fir-riċerka u fis-saħħa. Eżempju konkret wieħed huwa EUROCLIMA, parti mill-Global Gateway, li tibni sħubijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew biex tixpruna tranżizzjoni ekoloġika u ġusta.
L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) jistabbilixxi wkoll mira ta’ nfiq fuq it-tibdil fil-klima ta’ 18 %, li tiżdied għal 20 % sal-2027. Dan huwa investiment mingħajr preċedent ta’ EUR 4 biljun fit-tnaqqis tal-emissjonijiet u fl-għajnuna lill-pajjiżi kandidati tal-UE biex jibnu reżiljenza għall-effetti tat-tibdil fil-klima.
Sabiex tindirizza t-tħassib tal-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw u tal-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati dwar il-finanzjament għall-klima, il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mar-Renju Unit, Franza, l-Irlanda u Spanja, organizzat djalogu ministerjali matul ir-Raba’ Konferenza dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp f’Sevilja (it-30 ta’ Ġunju – l-4 ta’ Lulju 2025). Ministri, uffiċjali għoljin u sħab ewlenin identifikaw il-pedamenti ta’ sħubija fit-tul biex itejbu kemm il-volum kif ukoll l-aċċessibbiltà tal-finanzjament għall-klima għal dawn il-pajjiżi vulnerabbli.
L-UE u l-Istati Membri tagħha jibqgħu wkoll attivi fuq l-appoġġ għat-telf u l-ħsara, billi wegħdu aktar minn USD 400 miljun għall-Fond għat-Telf u l-Ħsara, b’aktar minn USD 25 miljun ġejjin mill-Kummissjoni Ewropea. L-UE tipparteċipa wkoll b’mod attiv fl-operazzjonalizzazzjoni tal-fond, bħala membru tal-bord.
Qed isiru wkoll sforzi kontinwi biex fl-azzjoni klimatika jiġi promoss l-involviment tas-settur privat permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+, European Fund for Sustainable Development Plus). L-EFSD+ jipprovdi sett komprensiv ta’ għodod, inklużi garanziji, għotjiet u assistenza teknika, biex jiġu mmobilizzati l-investimenti tas-settur privat għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi sħab. Dan jikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, u l-protezzjoni u l-ġestjoni ambjentali. Billi joffri varjetà ta’ strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju sa EUR 40 biljun, l-EFSD+ għandu l-potenzjal li jimmobilizza aktar minn nofs triljun euro f’investimenti għas-snin 2021-2027, l-aktar mis-settur privat.
Il-Kummissjoni tkompli l-kooperazzjoni fuq l-avjazzjoni sostenibbli permezz ta’ appoġġ iddedikat għall-istudji ta’ fattibbiltà u implimentazzjoni tan-negozju għall-fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli f’diversi pajjiżi Afrikani u fl-Indja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tkompli tappoġġa lil ħafna pajjiżi fl-Afrika u fl-Amerika Latina dwar il-mobbiltà urbana nadifa avvanzata, inkluża l-promozzjoni ta’ teknoloġiji tat-trasport nodfa u effiċjenti (ferroviji u xarabanks). L-UE tappoġġa wkoll il-bini tal-kapaċitajiet fit-trasport marittimu taħt il-Qafas tal-Emissjonijiet Żero Netti tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u tappoġġa t-twaqqif ta’ kurituri marittimi ekoloġiċi u tesplora opportunitajiet dwar il-produzzjoni u l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-settur.
L-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO, World Meteorological Organisation), State of the Global Climate 2024, 2025. https://wmo.int/publication-series/state-of-global-climate-2024
Is-Servizz dwar it-Tibdil fil-Klima ta’ Copernicus (C3S) u l-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO), 2025: European State of the Climate 2024. https://climate.copernicus.eu/esotc/2024
Masselot et al., “Estimating future heat-related and cold-related mortality under climate change, demographic and adaptation scenarios in 854 European cities”, Nature Medicine, 2025, https://doi.org/10.1038/s41591-024-03452-2
Grant et al., Global emergence of unprecedented lifetime exposure to climate extremes, Nature, 2025, https://doi.org/10.1038/s41586-025-08907-1
Iċ-ċifra għall-bidla ġenerali fl-emissjonijiet meta mqabbla mal-linja bażi tal-1990 għall-emissjonijiet tal-2024 f’dan ir-rapport tidher simili ħafna għaċ-ċifra fis-CAPR tas-sena li għaddiet, minkejja li l-emissjonijiet naqsu bi 2,5 % bejn l-2023 u l-2024. Dan huwa primarjament dovut għar-reviżjoni tal-2025 tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-UE, li naqqset il-linja bażi tal-emissjonijiet netti tal-1990 (b’madwar 15 MtCO2-eq) u żiedet l-emissjonijiet netti għas-snin reċenti (sa 60 MtCO2-eq) meta mqabbla mal-inventarju tal-gassijiet serra tal-2024 użat fir-Rapport ta’ Progress dwar l-Azzjoni Klimatika tal-2024. Dan huwa primarjament dovut għal aġġustamenti sinifikanti fid-data storika tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF, land-use, land-use change and forestry) fl-inventarju tal-gassijiet serra tal-2025 (għal aktar dettalji, ara l-kaxxa dwar ir-reviżjonijiet tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-2025 fil-Kapitolu 3 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament). Innota li kieku l-inventarju tal-gassijiet serra tal-2024 kien intuża bħala l-bażi (jiġifieri bħal fil-każ tas-CAPR tas-sena l-oħra), it-tnaqqis bejn l-2023 u l-2024 kien jirriżulta fi tnaqqis totali tal-emissjonijiet netti taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-UE fil-mira ta’ 38,5 % meta mqabbel mal-1990.
Abbażi tal-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana fis-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS, EU emissions trading system) (data estratta mir-Reġistru tal-Unjoni fit-30 ta’ Settembru 2025). 2 % ta’ dan it-tnaqqis huwa ġġustifikat ukoll minn inkonsistenzi fid-data li jaffettwaw il-qasma bejn l-enerġija u l-emissjonijiet industrijali, mhux mix-xejriet tas-suq. Ara r-Rapport dwar is-Suq tal-Karbonju 2025 għad-dettalji.
Abbażi tas-sett ta’ data tal-Eurostat ‘Net electricity generation by type of fuel - monthly data’, [nrg_cb_pem] .
Abbażi tas-sett ta’ data tal-Eurostat ‘Production in industry - annual data’ [sts_inpr_a] .
L-inklużjoni mill-ġdid ta’ titjiriet mhux domestiċi lejn u minn ajruporti fir-reġjuni ultraperiferiċi.
AIE (2025), Global Energy Review 2025 .
L-Artikolu 4 tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima (ir-Regolament (UE) 2021/1119).
Għal aktar dettalji, ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal dwar il-Valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika li jakkumpanja l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2025.
Il-Bulgarija, Ċipru, Malta, in-Netherlands u r-Rumanija rrapportaw formalment, għall-ewwel darba, sena fil-mira biex tinkiseb in-newtralità klimatika. Ir-Rumanija stabbiliet mira bikrija tal-2045.
Kif irrapportat fl-Anness I, it-Tabella 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2299 tal-15 ta’ Novembru 2022. Ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal dwar il-Valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika li jakkumpanja l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2025.
Fejn disponibbli, il-valuri neqsin tal-NECPR ġew sostitwiti mill-miri nazzjonali tal-gassijiet serra li qabel kienu ġew sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (eż. għall-NECPR tal-2023 jew għall-istrateġiji nazzjonali fit-tul).
Din tal-aħħar normalment tkun koperta minn projbizzjoni fuq l-esportazzjoni, li għaliha tiġi applikata eżenzjoni għal dik il-projbizzjoni.
Din iċ-ċifra tinkludi 241 politika u miżura sottomessi mill-Belġju fl-2023, is-sena tar-rapportar preċedenti.
Għal aktar dettalji, ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal dwar il-Valutazzjoni tal-progress lejn l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika li jakkumpanja l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2025.
Matul il-perjodu 2021-2030, sa 57 % tal-kwoti ġenerali se jiġu rkantati, filwaqt li l-kwoti li jifdal se jiġu allokati bla ħlas.
Abbażi tal-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana fl-EU ETS (data estratta mir-Reġistru tal-Unjoni fit-30 ta’ Settembru 2025). 2 % ta’ dan it-tnaqqis huwa ġġustifikat ukoll minn inkonsistenzi fid-data li jaffettwaw il-qasma bejn l-enerġija u l-emissjonijiet industrijali, mhux mix-xejriet tas-suq. Ara r-Rapport dwar is-Suq tal-Karbonju 2025 għad-dettalji.
Abbażi tal-emissjonijiet mill-manifattura industrijali fl-EU ETS (data estratta mir-Reġistru tal-Unjoni fit-30 ta’ Settembru 2025). Ara r-Rapport dwar is-Suq tal-Karbonju 2025 għad-dettalji.
Għall-2024, EUR 16,4 biljun ġew irrapportati bħala żborżati.
Dan jinkludi titjiriet fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (domestiċi u bejn pajjiżi taż-ŻEE) u titjiriet li jitilqu miż-ŻEE lejn l-Iżvizzera u r-Renju Unit. Dan jinkludi titjiriet mhux domestiċi minn pajjiż taż-ŻEE lejn u minn reġjun ultraperiferiku (eż. il-Finlandja – il-Gżejjer Kanarji).
Fl-2023, is-settur iġġenera emissjonijiet li jammontaw għal total ta’ 54,4 miljun tunnellata ta’ CO2. Data estratta mir-Reġistru tal-Unjoni u mir-Reġistru Żvizzeru fit-30 ta’ Settembru 2025.
L-ETS “tikklassifika bħala żero” dawn il-fjuwils, li jfisser li ma jħallsu l-ebda prezz tal-karbonju. B’kuntrast għal dan, il-kerosin għandu fattur ta’ emissjonijiet ta’ 3,16 tCO2/tunnellata: Prezz tal-ETS x 3,16 = inċentiv tal-prezz, għalhekk, għal prezz tal-karbonju tal-ETS ta’ EUR 70, dan huwa inċentiv tal-prezz ta’ EUR 221 għal kull tunnellata ta’ fjuwil użat.
Din is-sistema ta’ appoġġ tkopri d-differenza fil-prezz kollha li jifdal, jew parti minnha, bejn il-kerosin fossili u l-fjuwils tal-avjazzjoni eliġibbli użati minn operaturi individwali ta’ inġenji tal-ajru kummerċjali fuq it-titjiriet tagħhom koperti minn ipprezzar effettiv tal-karbonju permezz tal-EU ETS, u tħeġġeġ lil dawn l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jużaw għażliet ta’ fjuwil aktar nodfa.
L-EU ETS tkopri t-titjiriet fiż-ŻEE (EU27, in-Norveġja, l-Iżlanda), u t-titjiriet li jitilqu lejn l-Iżvizzera u r-Renju Unit. Dan ifisser li r-regoli l-ġodda jkopru titjiriet tal-linji tal-ajru tal-UE miż-ŻEE lejn pajjiżi barra miż-ŻEE, u t-titjiriet tagħhom bejn żewġ pajjiżi barra miż-ŻEE.
Il-livell li ’l fuq minnu l-linji tal-ajru għandhom jibdew jikkumpensaw l-emissjonijiet huwa stabbilit bħala 85 % tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-2019 għas-snin 2024-2035 (fejn l-2019 kienet is-sena bl-ogħla emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali li qatt kien hemm).
Aviation and the Global Atmosphere, IPCC, 1999, https://www.ipcc.ch/site/assets/uploads/2018/03/av-en-1.pdf
Is-sistema MRV tkopri t-titjiriet lejn, minn u fl-Ewropa. Sabiex jiġi ffaċilitat il-bidu, ir-rapportar huwa obbligatorju biss għal titjiriet fl-Ewropa. Madankollu, fl-2025 u fl-2026 huwa mħeġġeġ ir-rapportar volontarju dwar ir-rotot kollha. Mill-2027, l-obbligu ta’ rapportar japplika awtomatikament għat-titjiriet kollha. Leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni: Emenda tar-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) b’reazzjoni għar-reviżjoni tal-ETS (europa.eu) .
L-emissjonijiet marittimi totali huma koperti mir-Regolament (UE) 2015/757.
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS għas-settur marittimu għandu diversi eżenzjonijiet u differenzi oħrajn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-MRV tas-settur marittimu. Għal aktar informazzjoni dwar id-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni rilevanti, ara t-Taqsima 2.3 tad-Dokument ta’ gwida ġenerali għall-kumpaniji tat-tbaħħir: https://climate.ec.europa.eu/document/download/31875b4f-39b9-4cde-a4e2-fbb8f65ee703_en?filename=policy_transport_shipping_gd1_maritime_en.pdf
L-emissjonijiet tal-ossidu nitruż u tal-metan se jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS għall-attivitajiet marittimi mill-2026.
L-emissjonijiet tal-ESR tal-2024 huma approssimati u huma 19,9 % aktar baxxi mil-livelli tal-2005. L-emissjonijiet tal-ESR tal-2023 ġew stabbiliti fl-2025 wara rieżami komprensiv u huma 19,8 % aktar baxxi mil-livelli tal-2005. Fir-Rapport ta’ Progress dwar l-Azzjoni Klimatika tal-2024, l-emissjonijiet tal-ESR tal-2023 ġew approssimati u wrew tnaqqis iżgħar ta’ 19,2 % meta mqabbla mal-livelli tal-2005.
L-Iżlanda u n-Norveġja għadhom ma inkorporawx il-bidliet wara r-reviżjoni tal-ESR fl-2023.
Għal aktar dettalji dwar il-flessibbiltajiet disponibbli skont l-ESR, ara l-Kapitolu 9 tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal ta’ akkumpanjament.
Id-Danimarka, il-Litwanja u l-Polonja rrapportaw l-intenzjoni li jużaw il-flessibbiltà tal-LULUCF u l-Kroazja rrapportat intenzjoni li tinnegozja l-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet. Il-Finlandja rrapportat ukoll li tista’ tuża l-flessibbiltajiet tal-ESR kif xieraq, inkluż biex tinnegozja l-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet. Dawn huma intenzjonijiet u ma jorbtux lill-Istati Membri.
Il-gruppi ta’ vetturi 4, 5, 9 u 10 fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istandards inizjali tas-CO₂ qabel ir-reviżjoni msemmija hawn fuq jinkludu ċerti tipi ta’ trakkijiet tqal. L-analiżi li ġejja tirreferi għal dawn il-gruppi ta’ vetturi attwalment regolati.
Minħabba bidla fil-metodu ta’ simulazzjoni biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta’ vetturi heavy-duty ġodda, it-tnaqqis fil-perjodu ta’ rapportar 2022 huwa kemxejn stmat iżżejjed, bit-tnaqqis reali stmat li huwa ta’ madwar 4 %. Dan l-effett huwa ferm inqas rilevanti għall-perjodu ta’ rapportar 2023.
L-assorbimenti netti annwali medji għas-snin 2016, 2017 u 2018, kif irrapportati fis-sottomissjoni tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-2020, flimkien mal-assorbimenti netti addizzjonali ta’ −42 MtCO2-eq, jirriżultaw f’assorbimenti netti totali ta’ −310 MtCO₂-eq fil-livell tal-UE. Kwalunkwe aġġustament metodoloġiku minħabba titjib fir-rapportar tad-data tal-inventarju se jiġi kkunsidrat fil-kontroll tal-konformità mal-mira tal-2030.
L-Istati Membri jtejbu kontinwament il-metodoloġiji tagħhom għar-rapportar tal-inventarju tal-gassijiet serra f’termini ta’ akkuratezza tad-data. Il-kalkoli mill-ġdid ibbażati fuq data aħjar huma riflessi fl-inventarji maż-żmien. Konsegwentement, xi parametri referenzjarji storiċi użati għall-kontabilità, bħal-livelli ta’ referenza għall-foresti, se jkollhom jiġu aġġornati kif xieraq. Barra minn hekk, hemm flessibbiltajiet speċifiċi disponibbli fir-Regolament LULUCF, bħal għal disturbi naturali, li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri. Dawn l-aspetti se jkollhom jitqiesu qabel il-kontroll tal-konformità mal-impenn ta’ “ebda debitu” għall-perjodu ta’ konformità 2021-2025. Il-Kummissjoni waqqfet proċess biex tassisti lill-Istati Membri u tiffaċilita t-tħejjija ta’ dawn l-aġġornamenti fix-xhur li ġejjin.
L-Istati Membri b’debiti f’ordni ta’ kobor li tonqos: Il-Ġermanja, il-Finlandja, il-Portugall, Franza, iċ-Ċekja, l-Awstrija, l-Iżvezja, l-Estonja, il-Latvja, il-Belġju, Ċipru.
L-Istati Membri bi krediti f’ordni ta’ kobor li tiżdied: Malta, il-Lussemburgu, is-Slovenja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Greċja, il-Kroazja, is-Slovakkja, il-Bulgarija, l-Irlanda, il-Polonja, l-Ungerija, id-Danimarka, Spanja, ir-Rumanija, l-Italja.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1479 tat-22 ta’ Mejju 2025 li tispeċifika l-kontribuzzjonijiet prorata għall-objettiv tal-kapaċità tal-injezzjoni tas-CO2 tal-Unjoni sal-2030 mill-entitajiet li għandhom awtorizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 1, il-punt 3, tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, id-data kollha f’din it-taqsima hija bbażata fuq dan ir-rapport.
It-telf ekonomiku minn avvenimenti estremi relatati mat-temp u mal-klima fl-Ewropa | Il-paġna prinċipali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
Dan in-numru jirrappreżenta madwar 80 % tal-ammont irreġistrat fl-2023 u nofs biss it-total tal-2022. Advance report on forest fires in Europe, Middle East and North Africa 2024 - l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE (p. 10)
Persistent droughts: critical water shortages and crops threatened - il-Kummissjoni Ewropea
Persistent droughts: critical water shortages and crops threatened - il-Kummissjoni Ewropea
Hurricanes, severe thunderstorms and floods drive insured losses above USD 100 billion for 5th consecutive year, says Swiss Re Institute | Swiss Re
Dokument konġunt tal-EIOPA u tal-BĊE: Towards a European system for natural catastrophe risk management - EIOPA
2024 Rail Environmental Report | L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (p. 76)
Grupp tal-Bank Dinji, 2024. Climate Adaptation Costing in a Changing World. Economics for Disaster Prevention and Preparedness
KE. 2024. Il-mira klimatika tal-Ewropa għall-2040 u l-perkors għan-newtralità klimatika sal-2050 aħna u nibnu soċjetà sostenibbli, prospera u ġusta
From adaptation to action: insights into progress and challenges across Europe . EEA 2025.
Valutazzjoni preliminari tas-sett ta’ data / adattament subnazzjonali tar-Regolament dwar il-Governanza tal-2025
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (2024). It-telf ekonomiku minn avvenimenti estremi relatati mat-temp u mal-klima fl-Ewropa.
Valutazzjoni tal-impatt fil-mira għall-2040 ( SWD(2024) 63 final )
In-numri kollha huma bbażati fuq valutazzjoni tal-impatt fil-mira għall-2040 ( SWD(2024) 63 final ) u valutazzjoni tal-impatt tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti ( SWD(2023) 68 final ).
Rapport tal-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli: Monitoring capital flows to sustainable investments
Fl-2023 u l-2024, l-Istati Membri kkomplementaw il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom b’kapitoli ġodda dwar REPowerEU b’reazzjoni għall-kriżi tal-enerġija kkawżata mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Ir-riformi u l-investimenti ġodda jew imsaħħa fl-Istati Membri biex jgħinu fl-eliminazzjoni gradwali tad-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili Russi u fl-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa huma appoġġati minn poter finanzjarju addizzjonali (EUR 19-il biljun ta’ għotjiet ġodda, trasferimenti minn fondi oħrajn u l-użu tas-self li jifdal ta’ Next Generation EU).
Ċifri preliminari