|
15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 127/2011
tat-2 ta’ Diċembru 2011
li jemenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 marbuta ma’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Direttiva 2009/105/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/404/KEE (4) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2010/35/KE tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE (5), 84/525/KEE (6), 84/526/KEE (7) u 84/527/KEE (8) u 1999/36/KE (9) li huma inkorporati mal-Ftehim u li għalhekk iridu jiġu mħassra taħt l-istess Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punti 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/767/KEE), 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 84/525/KEE), 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 84/526/KEE), 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 84/527/KEE) u 6b (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KEE) għandhom ikunu mħassra b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011. |
|
2. |
It-test fil-punt 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 87/404/KEE) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “ 32009 L 0105: Id-Direttiva 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 marbuta ma’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (ĠU L 264, 8.10.2009, p. 12).” |
|
3. |
Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 6c (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/525/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttivi 2009/105/KE u 2010/35/UE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 196, 28.7.2011, p. 26.
(2) ĠU L 264, 8.10.2009, p. 12.
(3) ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1.
(4) ĠU L 220, 8.8.1987, p. 48.
(5) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 153.
(6) ĠU L 300, 19.11.1984, p. 1.
(7) ĠU L 300, 19.11.1984, p. 20.
(8) ĠU L 300, 19.11.1984, p. 48.
(9) ĠU L 138, 1.6.1999, p. 20.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.