Official Journal L 292 , 21/11/2000 P. 0001 - 0001
Il-Pożizzjoni Komuni tal-kunsill ta' l-20 ta' Novembru 2000 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 96/184/CFSP dwar l-esportazzjoni ta' l-armi lejn l-ex-Jugoslavja (2000/722/CFSP) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu, Billi: (1) Fis-26 ta' Frar 1996 il-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni 96/184/CFSP li tikkonċerna l-esportazzjoni ta' l-armi lejn Dik Li Qabel Kienet il-Jugoslavja [1], li kienet emendata bid-Deċiżjonijiet 98/498/CFSP [2] u 99/481/CFSP [3]. (2) Il-Kunsill ikkonkluda li l-iżviluppi fil-Kroazja, b'mod partikolari l-impenn tagħha biex tapplika b'mod totali l-Ftehim Dayton/Paris u l-politika tagħha f'rigward l-esportazzjoni ta' l-armi, titifika t-tneħħija tal-miżuri restrittivi li ttieħdu kontra dak l-Istat skond il-Posizzjoni Komuni 96/184/CFSP. (3) Hu mifhum li, dwar l-esportazzjoni ta' armi lejn il-Kroazja u Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Istati Membri se japplikaw strettament il-Kodiċi ta' Kondotta ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-esportazzjoni ta' l-armi adottata fit-8 ta' Ġunju 1998, ADOTTAT DIN IL-POSIZZJONI KOMUNI: Artikolu 1 Il-Posizzjoni Komuni 96/184/CFSP hi hawnhekk emendata kif ġej: 1. il-kelma "Kroazja" f'punt 2(i) għandha tkun imħassra; 2. punt 2(ii), għandha tkun mibdula b'dan li ġej: "(ii) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni Nr 1021 tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-UN, applikazzjonijiet għal-liċenzi għall-esportazzjoni lejn Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u lejn il-Kroazja għandhom ikunu kkunsidrati każ b'każ. Din id-disposizzjoni hi adottata bil-ftehim li l-Istati Membri se japplikaw strettament il-Kodiċi tal-Kondotta ta' l-Unjoni Ewropea dwar esportazzjoni ta' l-armi adottata fit-8 ta' Ġunju 1998. Dawn se jikkunsidraw l-għanijiet tal-politika ta' l-Unjoni Ewropea fir-reġjun, fundamentalment immirata lejn il-paċifikazzjoni u l-istabbiltà taż-żona, li tinkludi l-bżonn għall-kontroll ta' l-armi u tnaqqis għal iktar livell baxx possibbli u miżuri li jsawru kunfidenzi." Artikolu 2 Din il-Posizzjoni Komuni se tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' l-adozzjoni tagħha. Artikolu 3 Din il-Posizzjoni Komuni se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Novembru 2000. Għall-Kunsill Il-President H. Védrine [1] ĠU L 58, tas-7.3.1996, p. 1. [2] ĠU L 225, tat-12.8.1998, p. 1. [3] ĠU L 188, tal-21.7.1999, p. 3. --------------------------------------------------