<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-256/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CO0256</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:523">EU:C:2020:523</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tat-<DATE ISO="20200702">2.7.2020</DATE> – Kawża C‑256/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">S.A.D. Maler und Anstreicher</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P><P>[Test irrettifikat permezz tad-digriet tat-<DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>]</P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ indipendenza tal-ġudikatura</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 267 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-attribuzzjoni tal-kawżi f’qorti</KEYWORD><KEYWORD>Rimedju ġudizzjarju</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni neċessarja sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà manifesta</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑256/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20190227">27 ta’ Frar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20190326">26 ta’ Marzu 2019</DATE>, fil-proċedura mibdija minn</P></ORDER.INIT><PARTIES><P>S.A.D. Maler und Anstreicher OG</P><P>fil-preżenza ta’:</P><P>Magistrat der Stadt Wien,</P><P>Bauarbeiter Urlaubs- und Abfertigungskasse</P></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn I. Jarukaitis (Relatur), President tal-Awla, M. Ilešič u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P><P>[Kif irrettifikat permezz tad-digriet tat-<DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>] wara li rat il-proċedura bil-miktub</P><P>[Kif irrettifikat permezz tad-digriet tat-<DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>] wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati għall-Gvern Awtrijaku, minn J. Schmoll, M. Augustin u C. Drexel, bħala aġenti,</P><P>għall-gvern Pollakk, minn M. B. Majczyna, bħala aġent,</P><P>għall-gvern Svediż, minn A. Falk uH. Shev, bħala aġenti,</P><?PAGE NO="2"?><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Van Nuffel u F. Erlbacher, bħala aġenti,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tinqata’ l-kawża permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 53(2), tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) kif ukoll tal-prinċipju ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura mibdija minn S.A.D. Maler und Anstreicher OG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Maler<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar il-legalità ta’ deċiżjoni li timponi fuqu l-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet legali obbligatorji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 83 tal-Bundes-Verfassungsgesetz (il-Liġi Kostituzzjonali Federali Awstrijaka, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>B-VG<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) jipprovdi li liġi federali tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-ġurisdizzjoni tal-qrati ġudizzjarji u li ħadd ma għandu jitneħħa mill-ġurisdizzjoni legali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87 tal-B-VG:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="087.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-imħallfin huma indipendenti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="087.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Qorti teżerċita l-funzjonijiet ġudizzjarji tagħha meta twettaq il-kompiti ġudizzjarji tagħha taħt il-liġi u skont it-tqassim tal-kawżi fi ħdan il-qorti, bl-esklużjoni tal-kawżi li jaqgħu taħt l-amministrazzjoni ġudizzjarja li l-liġi ma tirriżervax għal kmamar jew kummissjonijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="087.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kawżi għandhom jitqassmu minn qabel bejn l-imħallfin tal-qorti, għal perijodu determinat minn liġi federali. Kull kawża hekk attribwita lil imħallef tista’ tiġi rtirata biss permezz ta’ deċiżjoni tal-awla prevista għal dan il-għan minn liġi federali u biss f’każ ta’ impediment jew meta l-portata tal-kawżi li hija għandha tittratta tipprekludiha milli tirriżolvihom f’terminu raġonevoli.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 135(2) tal-B-VG, ordni predeterminata ta’ attribuzzjoni tal-kawżi tal-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna, l-Awstrija) għandha tiġi stabbilita minn qabel għall-perijodu stabbilit mil-liġi. Skont l-Artikolu 18 tal-Gesetz über das Verwaltungsgericht Wien (il-Liġi dwar il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna), dan il-perijodu huwa kkostitwit minn sena kalendarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 135(3) tal-B-VG, kawża li taqa’ fuq membru tal-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna) skont l-ordni predeterminata ta’ attribuzzjoni tal-kawżi tista’ tiġi rtirata biss mill-korp kompetenti għall-istabbiliment tal-ordni predeterminat ta’ attribuzzjoni, u dan biss jekk huwa ma jkunx f’pożizzjoni li jassumi l-funzjonijiet tiegħu jew jekk ma jkunx f’pożizzjoni li jassumi l-funzjonijiet tiegħu f’terminu raġonevoli minħabba l-piż tax-xogħol tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Maler, impriża taż-żebgħa, ġiet imposta fuq Maler, permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet tal-Bauarbeiter-Urlaubs- und Abfertigungskasse (il-Fond għal-Leave Imħallas u l-Kumpens għat-Terminazzjoni tal-Ħaddiema fis-Settur tal-Kostruzzjoni, l-Awstrija) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>BUAK<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet legali obbligatorji skont il-Bauarbeiter-Urlaubs- und Abfertigungsgesetz (il-Liġi li Tirregola l-Leave Mħallas u l-Kumpens għat-Terminazzjoni tal-Impjieg tal-Ħaddiema fis-Settur tal-Kostruzzjoni) (BGBl. 414/1972), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>BUAG<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Din il-liġi stabbilixxiet lill-BUAK, korp kollettiv tad-dritt pubbliku li għandu l-għan li jiġbor ir-riżorsi intiżi għall-ħlas tal-benefiċċji koperti mill-BUAG. Dan il-korp huwa b’mod partikolari responsabbli għall-ġestjoni u l-ħlas tal-allowances għal-leave imħallas tal-ħaddiema tas-settur tal-kostruzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Peress li Maler ma ħallsitx dawn il-kontribuzzjonijiet, il-BUAK ħareġ kontra tiegħu żewġ titoli eżekuttivi. Din il-kumpannija sussegwentement ippreżentat rikors amministrattiv quddiem il-Magistrat der Stadt Wien (l-Amministrazzjoni tal-Belt ta’ Vjenna, l-Awstrija), li, permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20180619">19 ta’ Ġunju 2018</DATE>, ikkonfermat dawn it-titoli. Għalhekk Maler ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna). Hija sostniet quddiem din il-qorti li l-persunal tagħha ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-liġi u li, għalhekk, hija ma hijiex obbligata tħallas is-supplimenti tas-salarju u l-ħlasijiet anċillari stabbiliti mill-BUAK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, li tispeċifika li tippresjedi bħala Imħallef uniku (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ġudikant fil-qorti tar-rinviju<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), tindika li l-BUAK huwa l-korp ta’ garanzija previst mid-dritt Awstrijak sabiex jiżgura lill-ħaddiema l-protezzjoni li tirriżulta mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Volum 4, p. 381), li tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex il-ħaddiema kollha jibbenefikaw minn leave annwali mħallas ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat, skont il-kundizzjonijiet ta’ ksib u ta’ għoti previsti mil-leġiżlazzjonijiet u/jew u l-prattiki nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20180726">26 ta’ Lulju 2018</DATE>, il-kawża prinċipali ġiet irreġistrata fil-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna) taħt numru wieħed tal-kawża u ġiet assenjata lill-ġudikant fil-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-ġudikant fil-qorti tar-rinviju jirrileva li, permezz tad-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20180619">19 ta’ Ġunju 2018</DATE>, l-Amministrazzjoni tal-Belt ta’ Vjenna ċaħdet iż-żewġ ilmenti mressqa minn Maler f’dati distinti, kontra t-titoli eżekuttivi maħruġa mill-BUAK u li kienu jirriżultaw minn krediti invokati mill-fond fil-konfront ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont il-ġudikant fil-qorti tar-rinviju, minkejja li hija adita formalment b’rikors wieħed biss kontra deċiżjoni waħda, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, fir-realtà, ġew ippreżentati żewġ rikorsi kontra żewġ deċiżjonijiet differenti. Madankollu, huwa indika li r-Reġistru tal-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna) irreġistra dak li kien jikkostitwixxi, fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, żewġ rikorsi bħala rikors wieħed u uniku. Il-qorti tar-rinviju tesponi li l-ordni predeterminata ta’ attribuzzjoni tal-kawżi fi ħdan il-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna) inkisret, peress li, billi rreġistrat żewġ rikorsi differenti taħt numru wieħed tal-kawża, kien ikun hemm ksur tar-regola ta’ tqassim tal-kawżi li, kieku ġiet segwita b’mod korrett, kienet twassal għall-attribuzzjoni ta’ dawn ir-rikorsi lil żewġ maġistrati differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-ġudikant fil-qorti tar-rinviju jindika li huwa informa lir-Reġistru tal-qorti tiegħu b’dan l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>iżball<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20180731">31 ta’ Lulju 2018</DATE>, ir-Reġistru rreġistra r-rikors ippreżentat minn Maler taħt it-tieni numru ta’ kawża, sa fejn dan ir-rikors kien dirett kontra punt ieħor tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20180619">19 ta’ Ġunju 2018</DATE>. Madankollu, din it-tieni kawża ġiet, mill-ġdid, attribwita lill-istess maġistrat, jiġifieri lill-ġudikant fil-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Dan tal-aħħar jesponi li, fit-<DATE ISO="20180803">3 ta’ Awwissu 2018</DATE>, huwa ħareġ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ilment ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fir-rigward ta’ din l-attribuzzjoni quddiem il-President tal-qorti tiegħu. Skont il-ġudikant fil-qorti tar-rinviju, ir-Reġistru kellu, skont l-ordni predeterminata ta’ assenjazzjoni tal-kawżi, jagħti l-kawża rreġistrata taħt dan it-tieni numru lil maġistrat ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, il-President tal-qorti, billi ta istruzzjoni orali lir-Reġistru sabiex ma jibdilx l-attribuzzjoni inizjali tal-ewwel kawża u jgħaqqadha t-tieni kawża, kiser id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ordni predeterminata ta’ attribuzzjoni tal-kawżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-ġudikant fil-qorti tar-rinviju huwa tal-fehma li huwa biss il-Kumitat tal-ordni predeterminat ta’ attribuzzjoni tal-kawżi li, bħala korp kolleġġjali, jista’ jwettaq tali attribuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-ġudikant fil-qorti tar-rinviju jindika li huwa qatt ma ġie informata b’dan l- <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>aġir<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u lanqas b’din l-attribuzzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>moħbija<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tat-tieni kawża. Huwa jżid li l-ordinament ġuridiku Awstrijak ma jipprevedix il-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors sabiex jiġi kkontestat dan it-tip ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>aġir<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> min-naħa tal-President tal-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20181005">5 ta’ Ottubru 2018</DATE>, il-ġudikant fil-qorti tar-rinviju ressaq, quddiem il-President tal-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna), fil-kwalità tiegħu ta’ President tal-Kumitat tal-ordni tal-għoti tal-kawżi, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat li ma huwiex awtorizzat jiddeċiedi fil-kawża prinċipali. Fit-talba tiegħu huwa rrefera espressament għall-ġurisprudenza tal-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Awstrija), li tgħid li d-deċiżjoni ta’ maġistrat li ġie awtorizzat jieħu konjizzjoni ta’ kawża bi ksur tal-ordni ta’ attribuzzjoni tal-kawżi interni tal-qorti li lilha jappartjeni għandha tiġi kklassifikata bħala deċiżjoni mogħtija minn korp ġudizzjarju li ma għandux ġurisdizzjoni. Il-ġudikant fil-qorti tar-rinviju jesponi li l-Verfassungsgerichtshof (il-Qorti Kostituzzjonali) iddeċidiet li tali deċiżjoni tippreġudika d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tal-Artikolu 83(2) tal-B-VG u tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), u hija, minħabba f’hekk, antikostituzzjonali. Dan il-ġudikant allega wkoll, insostenn ta’ din it-talba, li jekk huwa jagħti deċiżjoni antikostituzzjonali, huwa għandu jistenna li jiġi espost għal sanzjonijiet fis-servizz tiegħu, għal sanzjonijiet dixxiplinari u kriminali kif ukoll li jiġi kkundannat għad-danni. Barra minn hekk, huwa indika li, skont l-Artikolu 6(1) tal-KEDB, huwa għandu l-obbligu li jimpedixxi li jingħata deċiżjoni ġudizzjarja li tkun antikostituzzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20181010">10 ta’ Ottubru 2018</DATE>, il-President tal-qorti li kien jappartjeni għaliha l-ġudikant fil-qorti tar-rinviju informah li kien awtorizzat jiddeċiedi fil-kawża prinċipali u li kien obbligat li jagħmel dan. F’din l-ittra, huwa espona li kien hemm deċiżjoni amministrattiva waħda biss fil-konfront tar-rikors, b’tali mod li kienet teżisti wkoll kawża waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li qies li din l-ittra kienet tikkostitwixxi att ta’ awtorità pubblika, il-ġudikant fil-qorti tar-rinviju ppreżenta rikors kontriha quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, din il-qorti ċaħdet dan ir-rikors bħala inammissibbli, għar-raġuni, essenzjalment, li huma biss il-partijiet fil-proċedura quddiem qorti amministrattiva li jistgħu jinvokaw dritt suġġettiv għall-protezzjoni tal-qorti stabbilita mil-liġi. Min-naħa l-oħra, membru ta’ qorti amministrattiv ma jistax jiġi ppreġudikat fi dritt suġġettiv minn attribuzzjoni żbaljata u lanqas ma huwa awtorizzat jippreżenta rikors kontra tali attribuzzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-ġudikant fil-qorti tar-rinviju jindika li, permezz ta’ dan id-digriet, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) madankollu rrikonoxxiet li, jekk il-pożizzjoni tal-ġudikant fil-qorti tar-rinviju kienet eżatta, id-deċiżjoni li huwa jiddeċiedi bħala maġistrat fil-kawża prinċipali tikser, minħabba n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tiegħu li tirriżulta mill-fatt li din il-kawża ġiet attribwita lilu illegalment, il-garanzija tal-qorti legali inkluża fl-Artikolu 83(2) tal-B-VG u fl-Artikolu 6(1) tal-KEDB, u li din id-deċiżjoni hija, konsegwentement, antikostituzzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra wkoll li, fi ħdan il-qrati stabbiliti mil-liġi bħala istanza ta’ protezzjoni ġudizzjarja fis-sens tal-Artikolu 6(1) tal-KEDB, il-kawżi mressqa għandhom, qabel kwalunkwe attribuzzjoni, jiġu identifikati skont ordni predeterminata ta’ għoti, taħt piena li tiġi ppreġudikata din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tosserva li, minn naħa, id-dritt Awstrijak ma jippermettix li tiġi kkontestata l-attribuzzjoni ta’ kawża lil ġudikant bi ksur tal-ordni predeterminat ta’ attribuzzjoni tal-kawżi, b’tali mod li dan ikun obbligat jew li jagħti, b’għarfien sħiħ tal-fatti, deċiżjoni li tikser id-drittijiet tal-partijiet previsti fl-Artikolu 6(1) tal-KEDB, jew li jastjeni milli jiddeċiedi u li b’hekk jikser id-drittijiet tal-partijiet previsti mill-istess dispożizzjoni. Min-naħa l-oħra, fin-nuqqas ta’ għarfien tal-irregolaritajiet u tal-avvenimenti spiss purament interni li jikkostitwixxu ksur tal-ordni predeterminat ta’ attribuzzjoni tal-kawżi, id-dritt Awstrijak iċaħħad lill-partijiet minn garanzija effettiva mid-drittijiet tagħhom bi ksur tal-Artikolu 6(1) tal-KEDB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħu, is-sistema ġuridika Awstrijaka inkwistjoni tqajjem dubji serji dwar il-garanzija ta’ imparzjalità tal-maġistrati. Fil-fatt, parti fil-proċedura ma tistax tinvoka l-inkompetenza ta’ maġistrat qabel ma l-qorti tkun iddeċidiet. Barra minn hekk, il-maġistrat li quddiemu titressaq kawża huwa obbligat li jiddeċiedi minkejja n-nuqqas ta’ kompetenza tiegħu. Għalhekk, is-sistema legali Awstrijaka tipprekludi kemm lill-maġistrat kif ukoll lill-partijiet fil-proċedura milli jqajmu, qabel l-għoti ta’ deċiżjoni, il-fatt li din tippreġudika l-Artikolu 6(1) tal-KEDB minħabba illegalità fl-ordni predeterminata ta’ attribuzzjoni tal-kawżi interni tal-qorti kkonċernata, bħalma huwa l-każ fil-kawża li għandha quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-leġiżlatur għandu jistabbilixxi li din il-garanzija fundamentali tkun effettiva u mhux sempliċement teoretika?</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1a)</NO.P><TXT>Domanda komplementari fil-każ fejn l-ewwel domanda tiġi risposta fin-negattiv:</TXT><P>Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività jimponu f’ordinament ġuridiku nazzjonali li fil-Kostituzzjoni jkun stabbilixxa d-dritt fundamentali għal ordni ta’ servizz, obbligi ta’ garanzija ta’ kwalunkwe natura fuq il-leġiżlatur u, jekk ikun il-każ, liema?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>1b)</NO.P><TXT>Domandi komplementari: fil-każ fejn l-ewwel domanda tiġi risposta fl-affermattiv: 1b 1) Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li fil-Kostituzzjoni jkun stabbilixxa d-dritt fundamentali għal ordni ta’ servizz jimponu</TXT><?PAGE NO="6"?><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>li ma tiġix osservata istruttorja jew li ma jiġix osservat att li jikkonċerna l-assenjazzjoni tal-kawżi lil Imħallef, li jinħarġu minn korp li ma huwiex kompetenti skont il-liġi li jagħti din l-istruttorja jew li jippreżenta dan l-att?</P></ITEM><ITEM><P>li r-regoli interni ta’ qorti ma jirrikonoxxu ebda marġni ta’ diskrezzjoni lil korp inkarigat bl-assenjazzjoni tal-kawżi fl-assenjazzjoni tal-kawżi jew jirrikonoxxulu biss marġni limitat ħafna li jkun iddeterminat minn qabel?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li Mħallef li jkollu dubji rigward 1) il-legalità tal-ordni ta’ servizz interna ta’ qorti jew 2) il-legalità tad-deċiżjoni interna ta’ qorti li timplimenta l-ordni ta’ servizz interna tal-qorti, li tmiss direttament l-attività ta’ dan l-Imħallef (b’mod partikolari deċiżjoni li tassenja kawżi), għandu jkun jista’ jippreżenta appell (mingħajr piż finanzjarju fuq dan l-Imħallef) quddiem qorti oħra li jkollha kompetenza sħiħa sabiex tistħarreġ il-legalità tal-att ġuridiku kklassifikat bħala illegali?</TXT><P>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: il-leġiżlatur għandu jiggarantixxi dispożizzjonijiet oħra ta’ kwalunkwe natura li jiżguraw li Mħallef ikun f’pożizzjoni li legalment jikseb l-osservanza tad-dispożizzjonijiet legali li jikkonċernawh sabiex jiġu osservati d-dispożizzjonijiet legali (b’mod partikolari fil-qorti) dwar l-assenjazzjoni tal-kawżi?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li parti fil-proċedura ġudizzjarja li jkollha dubji rigward 1) il-legalità tal-ordni ta’ servizz interna tal-qorti stabbilita b’dannu għall-eżitu tal-kawża tagħha jew 2) il-legalità tal-assenzjazzjoni ta’ din il-kawża lil ċertu Mħallef għandha, qabel ma l-qorti tiddeċiedi, tkun tista’ tippreżenta appell (mingħajr piż finanzjarju fuq din il-parti) quddiem qorti oħra li jkollha kompetenza sħiħa sabiex tistħarreġ il-legalità tal-att ġuridiku kklassifikat bħala illegali?</TXT><P>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: il-leġiżlatur għandu jiggarantixxi dispożizzjonijiet oħra ta’ kwalunkwe natura sabiex jistabbilixxi li parti tkun fil-pożizzjoni, qabel ma l-qorti tagħti deċiżjoni, li tikseb legalment l-osservanza tad-dritt fundamentali tagħha li jiġi osservat il-prinċipju tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>qorti legali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-assenjazzjoni tal-kawżi f’qorti u r-reġistrazzjoni tal-kawżi mressqa għandhom jitfasslu b’mod tant trasparenti u ċar li l-Imħallef jew parti jkunu f’pożizzjoni li faċilment jivverifikaw il-konformità tal-assenjazzjoni konkreta ta’ kawża lil Imħallef jew lil Awla mad-dispożizzjonijiet tal-ordni ta’ servizz interna fis-seħħ fil-qorti?</TXT><P>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: il-leġiżlatur għandu jiggarantixxi dispożizzjonijiet oħra ta’ kawalunkwe natura li jistabbilixxu li Mħallef jew parti jkunu fil-pożizzjoni li jkunu jistgħu jinformaw ruħhom dwar il-legalità tal-assenjazzjoni ta’ kawża?</P></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività tal-inqas fir-rigward ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li, sabiex jitħarsu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jistabbilixxi fil-Kostituzzjoni tiegħu dritt fundamentali għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Imħallfin skont ordni ta’ servizz stabbilita minn qabel skont regoli ġenerali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-partijiet fil-proċedura u l-Imħallef fi proċedura tal-qorti għandhom ikunu f’pożizzjoni li jifhmu mingħajr diffikultà l-kontenut tar-regoli tal-ordni ta’ servizz u fis-sens li l-partijiet fil-proċedura u l-Imħallef għandhom ikunu b’dan il-mod f’pożizzjoni li jivverifikaw il-legalità tal-assenjazzjoni magħmula lil Imħallef jew lil Awla?</TXT><P>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: il-leġiżlatur għandu jiggarantixxi dispożizzjonijiet oħra ta’ kwalunkwe natura li jistabbilixxu li Mħallef jew parti għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni li jkunu jistgħu jinformaw ruħhom dwar il-legalità tal-assenjazzjoni ta’ kawża?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Liema huma l-inizjattivi li Mħallef għandu jieħu skont l-obbligu tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni li josserva l-prinċipji ta’ proċedura tad-dritt tal-Unjoni, meta att ġuridiku (estern jew intern għall-qorti) li ma jistax jikkontesta jġiegħlu jaġixxi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u mingħajr kunsiderazzjoni tad-drittijiet tal-partijiet?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma jkollhiex ġurisdizzjoni li tieħu konjizzjoni ta’ kawża jew meta talba jew rikors ikunu manifestament inammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tieħu konjizzjoni ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, ġurisdizzjoni li hija kkontestata mill-Gvern Awstrijak, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, f’dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet tal-Karta, li, fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ biss tinterpreta d-dritt tal-Unjoni fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. et (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta huwa ddefinit fl-Artikolu 51(1) tagħha, li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet tal-Karta huma indirizzati lill-Istati Membri meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, dispożizzjoni din li tikkonferma l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens li d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni huma intiżi li japplikaw fis-sitwazzjonijiet kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni, iżda mhux lil hinn minn dawn is-sitwazzjonijiet (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. et (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward, b’mod iktar preċiż, tal-Artikolu 47 tal-Karta, imsemmi f’din it-talba għal deċiżjoni preliminari, għandu jiġi kkonstatat li l-kawża li biha hija adita l-qorti tar-rinviju tirrigwarda, essenzjalment, il-legalità ta’ deċiżjoni amministrattiva adottata mill-BUAK, li, fil-fehma tal-ġudikant, huwa l-korp ta’ garanzija previst mid-dritt Awstrijak sabiex jiżgura lill-ħaddiema l-protezzjoni li tirriżulta mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88. L-imsemmi ġudikant ma jqajjem, madankollu, l-ebda kwistjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ dan l-Artikolu 7 lanqas ma jesponi r-raġunijiet li għalihom din id-dispożizzjoni hija rilevanti għall-kawża prinċipali. Is-sempliċi fatt li, skont il-qorti tar-rinviju, il-BUAK <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>jirriżulta<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> mill-imsemmi Artikolu 7 ma huwiex biżżejjed sabiex jitqies li l-kawża prinċipali hija rregolata mid-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 32 ta’ dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li xejn ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-kawża prinċipali tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni li tiġi implimentata fuq livell nazzjonali. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta l-Artikolu 47 tal-Karta f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, għandu jitfakkar li, skont din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rimedji neċessarji sabiex jiżguraw lill-partijiet fil-kawża l-osservanza tad-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, huma l-Istati Membri li għandhom jipprevedu sistema ta’ rimedji u ta’ proċeduri li jiżguraw stħarriġ ġudizzjarju effettiv fl-imsemmija oqsma (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, barra minn hekk, li l-imsemmija dispożizzjoni tkopri l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>oqsma koperti mid-dritt ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, indipendentement mis-sitwazzjoni li fiha l-Istati Membri jimplimentaw dan id-dritt, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE huwa intiż li japplika fir-rigward ta’ kull qorti nazzjonali li tista’ tiddeċiedi, bħala qorti, dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u li għalhekk jaqgħu taħt l-oqsma koperti minn dan id-dritt (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, dan huwa l-każ tal-ġudikant fil-qorti tar-rinviju, li jista’, fil-fatt, jintalab, fil-kwalità tiegħu ta’ membru ta’ qorti rregolata mid-dritt komuni Awstrijak, jiddeċiedi dwar kwistjonijiet marbuta mal-applikazzjoni jew mal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u taqa’, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens iddefinit minn dan id-dritt, fis-sistema Awstrijaka ta’ rimedji fir-rigward tal- <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, b’tali mod li din il-qorti għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, għalkemm l-organizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri taqa’ fil-kompetenza ta’ dawn tal-aħħar, xorta jibqa’ l-fatt li, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri huma meħtieġa josservaw l-obbligi li jirriżultaw, fil-konfront tagħhom, mid-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, f’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni tal-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari, imqajma mill-Gvernijiet tal-Awstrija u tal-Polonja kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali ddefinit minnha u taħt ir-responsabbiltà tagħha, kuntest li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE tikkostitwixxi strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali li bis-saħħa tiegħu l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-qrati nazzjonali l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li dawn jeħtieġu sabiex isolvu t-tilwim li jkunu meħtieġa jiddeċiedu. Il-ġustifikazzjoni tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari ma hijiex madankollu l-formulazzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi dwar domandi ġenerali jew ipotetiċi, iżda l-ħtieġa inerenti għas-soluzzjoni effettiva ta’ tilwima (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 267 TFUE, id-deċiżjoni preliminari mitluba għandha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> sabiex tippermetti li l-qrati tar-rinviju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ikunu jistgħu jagħtu s-sentenza<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fil-kawża li jkunu adita biha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret repetutament li kemm mill-kliem kif ukoll mill-istruttura tal-Artikolu 267 TFUE jirriżulta li l-proċedura għal deċiżjoni preliminari tippreżumi, b’mod partikolari, li kawża hija effettivament pendenti quddiem il-qrati nazzjonali, li fil-kuntest tagħha huma għandhom jagħtu deċiżjoni li tista’ tieħu inkunsiderazzjoni s-sentenza dwar id-deċiżjoni preliminari (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ tali proċedura, għandu għalhekk ikun hemm, bejn l-imsemmija tilwima u d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li l-interpretazzjoni tagħhom hija mitluba, rabta b’tali mod li din l-interpretazzjoni tissodisfa bżonn oġġettiv għad-deċiżjoni li l-qorti tar-rinviju għandha tieħu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, li l-kawża prinċipali ma għandha, fir-rigward tal-mertu, ebda rabta mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE li huma s-suġġett tad-domandi preliminari, u li t-talba għal deċiżjoni preliminari ma turix li l-qorti tar-rinviju hija mitluba tapplika dan id-dritt, jew l-imsemmija dispożizzjoni, sabiex issib is-soluzzjoni fil-mertu li għandha tiġi rriżervata għal din il-kawża. F’dan ir-rigward, dawn il-kawżi magħquda huma differenti, b’mod partikolari, mill-kawża li wasslet għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180227">27 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Associação Sindical dos Juízes Portugueses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-64/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:117">EU:C:2018:117</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-qorti tar-rinviju kienet adita b’rikors intiż għall-annullament ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li naqqsu r-remunerazzjoni tal-membri tat-Tribunal de Contas (il-Qorti tal-Awdituri, il-Portugall) skont leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tali tnaqqis u li l-konformità tagħha mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kienet ikkontestata quddiem l-imsemmija qorti tar-rinviju (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet bħala li huma ammissibbli, domandi preliminari li jirrigwardaw l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet proċedurali tad-dritt tal-Unjoni li l-qorti tar-rinviju kkonċernata tkun obbligata tapplika sabiex tagħti s-sentenza tagħha (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110217">17 ta’ Frar 2011</DATE>, <NAME.CASE>Weryński</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑283/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:85">EU:C:2011:85</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), din ma hijiex il-portata tad-domandi magħmula fil-kuntest ta’ din il-kawża (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għal dawn id-domandi lanqas ma tidher li hija ta’ natura li tagħti lill-qorti tar-rinviju interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tippermettilha tiddeċiedi kwistjonijiet proċedurali tad-dritt nazzjonali qabel ma tkun tista’ tiddeċiedi fuq il-mertu tal-kawżi mressqa quddiemha. F’dan ir-rigward, din il-kawża hija differenti wkoll, pereżempju, mill-kawżi li taw lok għas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. et (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti<?PAGE NO="10"?> Suprema)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fihom l-interpretazzjoni preliminari mitluba mill-Qorti tal-Ġustizzja kienet ta’ natura li tinfluwenza l-kwistjoni tad-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu tal-kawżi li jirrigwardaw id-dritt tal-Unjoni, kif jirriżulta b’mod iktar partikolari mill-punti 100, 112 u 113 ta’ din is-sentenza (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif ġie deskritt fil-punti 14 sa 17 ta’ dan id-digriet, il-ġudikant fil-qorti tar-rinviju kkontesta, l-ewwel permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ilment<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> intern, u sussegwentement permezz ta’ rimedju ġudizzjarju, quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) kif ukoll, skont l-indikazzjonijiet tal-Gvern Awstrijak, quddiem il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, l-Awstrija), l-attribuzzjoni tal-kawża inkwistjoni fil-kawża prinċipali, iżda mingħajr suċċess. Mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li l-ġudikant fil-qorti tar-rinviju ma jistax, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, jiddeċiedi dwar jekk din il-kawża ġietx legalment attribwita lilu, peress li l-kwistjoni ta’ allegat ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-attribuzzjoni tal-kawżi fi ħdan il-qorti tar-rinviju ma hijiex is-suġġett ta’ din il-kawża u peress li l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju tkun, fi kwalunkwe każ, ivverifikata mill-qorti superjuri, f’każ ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li teżisti, bejn id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li fuqha huma bbażati d-domandi preliminari u l-kawża prinċipali, rabta ta’ konnessjoni li tkun xierqa sabiex trendi l-interpretazzjoni mitluba neċessarja sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’, b’applikazzjoni tat-tagħlim li jirriżulta minn tali interpretazzjoni, tadotta deċiżjoni li tkun meħtieġa sabiex tingħata deċiżjoni dwar din it-tilwima (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalhekk, l-imsemmija domandi ma jirrigwardawx interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tissodisfa bżonn oġġettiv għas-soluzzjoni tal-imsemmija kawżi, iżda huma ta’ natura ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, għandu jiġi osservat li għalkemm il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja wkoll fir-rigward ta’ dan il-prinċipju, ma hemm ebda żvilupp fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha u, minħabba f’hekk, ma tesponix ir-raġunijiet li għalihom interpretazzjoni ta’ dan il-prinċipju hija neċessarja għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tordna li:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari imressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20190227">27 ta’ Frar 2019</DATE>, hija inammissabbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>