28.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/5


Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(2) Twaqqif ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (rekt)

(Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 210, 31. 7.2006, p. 19))

(2023/C 342/05)

I.1)   Isem, indirizz u punt ta’ kuntatt:

Isem reġistrat: Evropsko združenje za teritorialno sodelovanje “Poti prihodnosti – Ljubljana – Novo mesto – Karlovec – Zagreb” z omejeno odgovornostjo

Uffiċċju reġistrat: 15, Podbreznik, 8000 Novo Mesto, Slovenja

Punt ta’ kuntatt: Tomaž Savšek, Aġent Direttur, mailto:info@future-paths.eu

I.2)   It-tul taż-żmien tar-Raggruppament:

Tul ta’ żmien tar-raggruppament: mingħajr limitu

Data tar-reġistrazzjoni: 2.8.2023

Data tar-reġistrazzjoni: 21.10.2022

II.   OBJETTIVI

L-objettivi tar-REKT huma:

1.

li tingħata spinta lit-tkabbir fid-domanda għat-trasport tal-passiġġieri permezz ta’ trasport ferrovjarju pubbliku regolat, modern, rapidu u sikur, transfruntier u reġjonali għall-ġarr tal-passiġġieri;

2.

it-titjib b’mod sinifikanti tal-kwalità tas-servizzi skont il-ħtiġijiet, l-aspettattivi u d-domandi tal-passiġġieri taż-żminijiet tal-lum;

3.

iż-żieda fl-użu tat-trasport pubbliku għall-ġarr tal-passiġġieri, b’mod partikolari bil-ferrovija, inkluż permezz tal-użu ta’ teknoloġiji intelliġenti avvanzati u d-diġitalizzazzjoni;

4.

it-titjib tal-affidabbiltà tas-servizzi u l-kapaċità ta’ rispons fit-trasport ferrovjarju pubbliku kollu;

5.

it-tnaqqis tal-piż fuq l-ambjent fit-tul, u t-tneħħija tal-konġestjoni fil-konnessjonijiet tat-toroq fil-livelli transfruntiera u reġjonali u lil hinn minnhom;

6.

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transfruntiera ġenerali, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni politika lokali u r-rappreżentanza tal-interessi tar-reġjun transfruntiera kollu f’termini ta’ politika reġjonali sostenibbli u mobilità sostenibbli, bl-użu ta’ mezzi ta’ trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

7.

li jiġu attirati passiġġieri bi skopijiet ta’ vvjaġġar differenti biex jivvjaġġaw bil-ferrovija u jiżdied it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija;

8.

it-tnedija ta’ servizzi innovattivi u moderni fit-trasport ferrovjarju pubbliku transfruntiera u reġjonali għall-ġarr tal-passiġġieri;

9.

it-twettiq ta’ ċerti attivitajiet fuq terminu qasir bħall-koordinazzjoni tal-iskedi tal-ħinijiet, il-bini ta’ toroq ta’ aċċess u mogħdijiet għar-roti li jwasslu lejn l-istazzjonijiet ferrovjarji, jiġi ffaċilitat il-kiri ta’ roti, roti elettriċi u vetturi elettroniċi fl-istazzjonijiet ferrovjarji, l-organizzazzjoni ta’ punti ta’ waqfien P+R, faċilitajiet għall-ħżin tar-roti, spazji ta’ parkeġġ, mgħottija u mod ieħor, eċċ.;

10.

l-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ loġistika tat-trasport transfruntiera u reġjonali sostenibbli;

11.

ix-xiri ta’ ġenerazzjonijiet ġodda ta’ vetturi ferrovjarji għall-użu fit-trasport ferrovjarju pubbliku transfruntiera u reġjonali għall-ġarr tal-passiġġieri (eż. vaguni tal-passiġġieri li jistgħu jakkomodaw ukoll ir-roti);

12.

l-implimentazzjoni ta’ mudell transfruntiera u reġjonali integrat ta’ servizzi intelliġenti bl-għajnuna ta’ pjattaformi u applikazzjonijiet diġitali, u b’hekk jiġi promoss l-użu ta’ konnessjonijiet tat-trasport intermodali ta’ kwalità għolja fit-trasport ferrovjarju pubbliku transfruntiera u reġjonali għall-ġarr tal-passiġġieri;

13.

li jinkiseb vjaġġar b’veloċità għolja u livelli għoljin ta’ servizz komparabbli mas-servizzi fl-Ewropa tal-Punent, jiżdied is-sehem tal-passiġġieri fit-trasport ferrovjarju pubbliku transfruntier u reġjonali għall-ġarr tal-passiġġieri u tiżdied is-sikurezza fis-segment kollu tat-trasport ferrovjarju;

14.

li tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni fit-trasport u tiġi promossa s-sostenibbiltà fis-segmenti kollha;

15.

l-iżvilupp ta’ oqsma oħra wkoll li, meta jitqiesu flimkien, jista’ jkollhom impatt addizzjonali fuq l-iżvilupp tas-soċjetà, bħall-iżvilupp tat-turiżmu, l-iżvilupp ta’ konnessjonijiet ġodda għaċ-ċikliżmu, l-iffaċilitar tal-iżvilupp ta’ impjiegi ġodda tul ir-rotot ferrovjarji, eċċ.

III.   DETTALJI ADDIZZJONALI DWAR ISEM IR-RAGGRUPPAMENT

Isem bl-Ingliż: European Grouping of Territorial Cooperation “Paths of the Future – Ljubljana – Novo Mesto – Karlovec – Zagreb”, with limited liability

IV.   MEMBRI

IV.1)   Numru totali ta’ membri fir-raggruppament: 13

IV.2)   Nazzjonalitajiet tal-Membri tar-Raggruppament: SL, HR

IV.3)   Informazzjoni dwar il-membri

Isem uffiċjali: MUNIĊIPALITÀ TA’ ŠKOFLJICA

Indirizz postali: 3, Šmarska cesta, 1291 ŠKOFLJICA, SLOVENJA

Tip ta’ membru: awtorità lokali

Isem uffiċjali: MUNIĊIPALITÀ TA’ GROSUPLJE

Indirizz postali: 2, TABORSKA CESTA, 1290 GROSUPLJE, SLOVENJA

Tip ta’ membru: awtorità lokali

Isem uffiċjali: MUNIĊIPALITÀ TA’ IVANČNA GORICA

Indirizz postali: 8, SOKOLSKA ULICA, 1295 IVANČNA GORICA, SLOVENJA

Tip ta’ membru: awtorità lokali

Isem uffiċjali: MUNIĊIPALITÀ TA’ TREBNJE

Indirizz postali: 5, GOLIEV TRG, 8210 TREBNJE, SLOVENJA

Tip ta’ membru: awtorità lokali

Isem uffiċjali: MUNIĊIPALITÀ TA’ MIRNA PEČ

Indirizz postali: 2, TRG, 8216 MIRNA PEČ, SLOVENJA

Tip ta’ membru: awtorità lokali

Isem uffiċjali: BELT TA’ NOVO MESTO

Indirizz postali: 1, SEIDLOVA CESTA, 8000 NOVO MESTO, SLOVENJA

Tip ta’ membru: awtorità lokali

Isem uffiċjali: MUNIĊIPALITÀ TA’ SEMIČ

Indirizz postali: 9, ŠTEFANOV TRG, 8333 SEMIČ, SLOVENJA

Tip ta’ membru: awtorità lokali

Isem uffiċjali: MUNIĊIPALITÀ TA’ ČRNOMELJ

Indirizz postali: 3, TRGO SVOBODE, 8340 ČRNOMELJ, SLOVENJA

Tip ta’ membru: awtorità lokali

Isem uffiċjali: MUNIĊIPALITÀ TA’ METLIKA

Indirizz postali: 24, GOLIEV TRG, 8330 TREBNJE, SLOVENJA

Tip ta’ membru: awtorità lokali

Isem uffiċjali: RAZVOJNI CENTER NOVO MESTO D.O.O. [NOVO MESTO DEVELOPMENT CENTRE LTD]

Uffiċċju reġistrat: 15, PODBREZNIK, 8000 NOVO MESTO, SLOVENJA

Tip ta’ membru: korp irregolat bil-liġi pubblika

Isem uffiċjali: SLOVENSKE ŽELEZNICE D.O.O. [SLOVENIAN RAILWAYS LTD]

Indirizz postali: 11, KOLODVORSKA ULICA, 1000 LJUBLJANA, SLOVENJA

Tip ta’ membru: korp irregolat bil-liġi pubblika

Isem uffiċjali: KONTEA TA’ KARLOVAC

Indirizz postali: 2, AMBROZA VRANICZANYA, 47000 KARLOVAC, KROAZJA

Tip ta’ membru: awtorità reġjonali

Isem uffiċjali: HŽ INFRASTRUKTURA D.O.O. [CROATIAN RAILWAYS INFRASTRUCTURE LTD] FOR THE MANAGEMENT, MAINTENANCE AND CONSTRUCTION OF RAILWAY INFRASTRUCTURE

Indirizz postali: 12, MIHANOVIĆEVA, 10000 ZAGREB, KROAZJA

Tip ta’ membru: korp irregolat bil-liġi pubblika