52010PC0523




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 29.9.2010

KUMM(2010) 523 finali

2010/0277 (NLE)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija kixfet u kabbret il-ħtieġa għal koordinazzjoni akbar u sorveljanza mseddqa tal-politiki ekonomiċi fl-unjoni ekonomika u monetarja (UEM). Strumenti u metodi eżistenti ta’ koordinazzjoni u sorveljanza taw il-kapaċità lill-UE li tegħleb il-maltempata li l-ebda Stat Membru ma seta’ jegħleb waħdu. L-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri rreaġixxew b’mod rapidu u qegħdin ikomplu jaħdmu flimkien biex jirkupraw minn kriżi li ma għandha l-ebda preċedent fil-ġenerazzjoni tagħna.

Madankollu, dawn l-esperjenzi riċenti żvelaw ukoll nuqqasijiet u dgħjufijiet li għad baqa’ fis-sistema attwali ta’ koordinazzjoni u fil-proċeduri ta’ sorveljanza eżistenti. Hemm qbil komuni li l-qafas għall-UEM għandu jissaħħaħ b’mod urġenti sabiex tkun ankrata kemm l-istabbiltà makroekonomika kif ukoll is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, li huma prekundizzjonijiet għal riżultati dejjiema u żieda fl-impjiegi.

Il-kriżi tefgħet lura b’mod drastiku l-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji favorevoli li pprevalew sal-2007 u għamlet ċar għal darb’oħra li profitti imprevisti akkumulati matul iż-żminijiet tajbin ma kinux intużaw biżżejjed biex jinħoloq spazju għall-immanuvrar meta ż-żminijiet jeħżienu. Fil-maġġoranza tal-Istati Membri sejra tkun meħtieġa konsolidazzjoni mdaqqsa sewwa sabiex id-dejn pubbliku jerġa’ jinġieb għan-niżla. Dan jinħass b’mod aktar urġenti minħabba li s-soċjetajiet u l-ekonomiji Ewropej qegħdin jiffaċċjaw l-effetti ta’ popolazzjonijiet li qegħdin jixjieħu, ħaġa li sejra żżid il-pressjoni fuq il-provvista tal-ħaddiema u l-baġits pubbliċi. It-tnaqqis fil-livelli tad-dejn huwa rilevanti ħafna għall-maġġoranza tal-pajjiżi minħabba l-effetti negattivi tiegħu fuq l-inċentivi ekonomiċi u fuq it-tkabbir permezz ta’ taxxi u primjums fuq ir-riskju aktar għoljin.

L-istrument ewlieni għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politika fiskali huwa l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP), li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar id-dixxiplina baġitarja. It-tisħiħ tal-Patt huwa importanti kemm biex tiżdied il-kredibilità tal-istrateġija fiskali ta’ ħruġ miftehma u kkoordinata kif ukoll biex tkun evitata ripetizzjoni tal-iżbalji tal-passat. Is-sett ta’ proposti li qiegħed jiġi ppreżentat issa għandu l-għan li jsaħħaħ il-Patt billi: (1) itejjeb id-dispożizzjonijiet tiegħu fid-dawl tal-esperjenza, speċjalment tal-kriżi; (ii) jarmah bi strumenti ta’ infurzar aktar effettivi; u (iii) jikkumplimentah b’dispożizzjonijiet dwar l-oqfsa fiskali nazzjonali. Dan is-sett ta’ proposti huwa parti minn riforma usa’ ta’ governanza ekonomika taħt l-umbrella tal-istrateġija ta’ Ewropa 2020, li tinkludi proposti biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi permezz ta’ sorveljanza aktar qawwija, li tinkludi mekkaniżmi ta’ twissija u sanzjonijiet. Il-linji differenti ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika, inkluż is-sorveljanza tar-riformi strutturati, għandhom jiġu integrati f’ċiklu ta’ sorveljanza ġdid, is-Semestru Ewropew, li sejjer jiġbor flimkien il-proċessi eżistenti taħt l-SGP u l-Linji Gwida Ekonomiċi Wiesgħin ta' Politika, inkluż is-sottomissjoni simultanja ta’ programmi ta’ stabbiltà u konverġenza u programmi ta’ riforma nazzjonali.

2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI

Il-linji ġenerali ta’ dawn il-proposti tħabbru mill-Kummissjoni f’żewġ komunikazzjonijiet: It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tat-12 ta’ Mejju 2010 u t-Tisdiq tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabbiltà, it-tkabbir u l-impjiegi – Strumenti għal governanza ekonomika aktar qawwija tal-UE tat-30 ta’ Ġunju 2010. Meta għażlet komunikazzjoni formali, il-Kummissjoni xtaqet turi l-impenn tagħha għat-tkattir tad-djalogu mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew u mal-partijiet interessati kollha, waqt li fl-istess ħin tagħti proposti konkreti għall-azzjoni.

F'Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew qabel dwar il-ħtieġa urġenti li tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tagħna. Il-ftehim kien jinkludi l-ewwel orjentazzjonijiet fir-rigward tal-SGP u s-sorveljanza tal-baġit. B'mod partikolari, il-Kunsill Ewropew qabel dwar: (i) it-tisħiħ kemm tal-parti preventiva kif ukoll dik korrettiva tal-SGP, inkluż b'sanzjonijiet u b'konsiderazzjoni xierqa tal-qagħda partikolari tal-Istati Membri taż-żona tal-euro; (ii) l-għoti ta' rwol iktar prominenti, fis-sorveljanza baġitarja, lill-livelli u l-evoluzzjonijiet ta' dejn u s-sostenibbiltà ġenerali; (iii) l-iżgurar li l-Istati Membri kollha għandhom regoli baġitarji u oqfsa baġitarji fuq medda medja ta' żmien konformi mal-SGP; l-iżgurar tal-kwalità tad-dejta statistika.

Il-Kunsill Ewropew stieden lit-Task Force dwar il-governanza ekonomika mmexxija mill-President tagħha u stabbilita f'Marzu 2010 u lill-Kummissjoni biex malajr jiżviluppaw aktar dawn l-orjentazzjonijiet u jagħmluhom operattivi. Żviluppat relazzjoni kostruttiva bejn il-Kummissjoni u t-Task Force. Il-Kummissjoni kkontribwit għax-xogħol tat-Task Force permezz tal-Komunikazzjonijiet imsemmija hawn fuq u permezz ta’ kontribuzzjonijiet ad hoc .

3. L-ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Il-bażi ġuridika għall-SGP hija stabbilita fl-Artikoli 121 u 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-SGP jikkonsisti: fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (li tissejjaħ il-parti preventiva); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (li tissejjaħ il-parti korrettiva); u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Dawn ir-Regolamenti ġew emendati fl-2005 bir-Regolamenti (KE) Nru 1055/2005 u (KE) Nru 1056/2005 u kkumplimentati bir-Rapport tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2005 dwar it-‘Titjib fl-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir’. Il-proposti attwali jippreżentaw aktar emendi għar-Regolamenti Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97. F’Regolament ġdid tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro hemm proposti strumenti ta’ infurzar addizzjonali, fuq il-bażi tal-Artikolu 136 tat-Trattat, f’kombinazzjoni mal-Artikolu 121(6). Ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri huma s-suġġett ta’ Direttiva tal-Kunsill ġdida bbażata fuq l-Artikolu 126(14): id-Direttiva għandha l-għan b’mod partikolari li tispeċifika l-obbligi tal-awtoritajiet nazzjonali biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 12 għat-Trattati dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv.

Il-parti preventiva tal-SGP hija intenzjonata li tiżgura li l-Istati Membri jsegwu politiki fiskali prudenti sabiex ma jkunx hemm il-bżonn li jadottaw forom aktar stretti ta’ koordinazzjoni sabiex ikun evitat li s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi titpoġġa f’riskju, b’konsegwenzi negattivi potenzjali għall-UEM kollha. Għaldaqstant, l-Istati Membri huma meħtieġa li jippreżentaw programmi ta’ stabbiltà u konverġenza li jiddeskrivu b’mod ġenerali l-pjanijiet tagħhom għall-ilħuq tal-objettivi baġitarji għal perjodu ta’ żmien medju (MTOs), li huma ddefiniti bħala perċentwal tal-PGD f’termini strutturali (jiġifieri l-aġġustar għall-effett taċ-ċiklu u l-esklużjoni ta’ miżuri ta’ darba u ta’ miżuri temporanji) u ssir distinzjoni bejnithom fil-pajjiżi madwar pożizzjoni qrib il-bilanċ biex jirriflettu l-livell ta’ dejn pubbliku u r-responsabbiltajiet relatati max-xjuħija. L-Istati Membri li ma laħqux l-MTO tagħhom huma mistennija li joqorbu lejh b’pass annwali ta’ 0.5% tal-PGD f’termini strutturali.

Madankollu, il-progress lejn l-MTOs b’mod ġenerali ma kienx biżżejjed, u dan ħalla l-finanzi pubbliċi esposti wisq għat-tnaqqis ekonomiku. Barra minn hekk, il-bilanċ strutturali fil-prattika rriżulta li mhuwiex miżura suffiċjenti tal-pożizzjoni fiskali bażi ta’ pajjiż, minħabba d-diffikultà li tkun evalwata l-pożizzjoni ċiklika tal-ekonomija fi żmien reali u minħabba nuqqas ta’ attenzjoni rigward il-profitti imprevisti fid-dħul u nuqqasijiet mhux direttament relatati maċ-ċiklu ekonomiku (b’mod partikolari l-iżviluppi fis-suq tal-akkomodazzjoni u dak finanzjarju). Minħabba f’hekk, f’għadd ta’ pajjiżi, anki pożizzjonijiet baġitarji apparentament sodi qabel il-kriżi ħbew dipendenza qawwija fuq id-dħul minn profitti imprevisti biex ikun iffinanzjat l-infiq, li, il-kontra ta’ liema ikkontribwixxa għal żbilanċi baġitarji dejjem jogħlew.

Bħala tweġiba għal dawn in-nuqqasijiet, ir-riforma tal-parti preventiva li qiegħda tiġi proposta, waqt li żżomm l-MTOs attwali u r-rekwiżit ta’ konverġenza annwali ta’ 0.5% tal-PGD, tagħmilhom operattivi fir-rigward ta’ prinċipju ġdid ta’ tfassil ta’ politika fiskali prudenti. Dan il-prinċipju jimplika li ż-żieda fl-infiq annwali m’għandux jaqbeż – u jekk l-MTO jkun ma ntlaħaqx, għandu jkun b’mod ċar taħt – rata ta’ tkabbir tal-PGD prudenti għal perjodu ta’ żmien medju, sakemm l-MTO ma kienx inqabbeż iżżejjed b’mod sinifikanti jew l-eċċess taż-żieda fl-infiq fuq ir-rata prudenti għal perjodu ta’ żmien medju ikun akkumpanjat minn miżuri diskrezzjonarji fuq in-naħa tad-dħul. L-għan essenzjali huwa li jkun żgurat li l-profitti mid-dħul imprevisti ma jintefqux iżda minflok jiġu allokati għat-tnaqqis tad-dejn. Il-prinċipju l-ġdid sejjer jipprovdi l-punt ta’ referenza li miegħu sejrin jiġu eżaminati l-pjanijiet fiskali tal-pajjiżi fil-programm ta’ stabbiltà u konverġenza. Barra minn hekk, jekk jonqos milli jżomm mar-rata ta’ tkabbir tal-infiq li jkun sar ftehim fuqha, flimkien mal-miżuri ta’ dħul stipulati, l-Istat Membru kkonċernat sejjer ikun suxxettibbli għal twissija mill-Kummissjoni u, jekk din il-ħaġa tkun persistenti u/jew tkun partikolarment serja, ikun suxxettibbli għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jieħu azzjoni korrettiva maħruġa skont l-Artikolu 121 tat-Trattat. Tali rakkomandazzjoni, waqt li tinħareġ fil-kuntest tal-parti preventiva, sejra tkun appoġġjata, għall-ewwel darba u għall-pajjiżi taż-żona tal-euro biss, b’mekkaniżmu ta’ infurzar skont l-Artikolu 136 tat-Trattat, taħt il-forma ta’ depożitu li jagħti l-imgħax, li jammonta għal 0.2% tal-PGD. Proċedura ta’ mekkaniżmu ta’ ‘votazzjoni bil-kontra’ hija introdotta għall-impożizzjoni tad-depożitu li jagħti l-imgħax: mal-ħruġ ta’ rakkomandazjoni, id-depożitu jsir dovut fuq proposta mill-Kummissjoni, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix il-kuntrarju b’maġġoranza kkwalifikata fi żmien għaxart ijiem. Il-Kunsill jista’ jnaqqas l-ammont tad-depożitu unanimament biss jew fuq il-bażi ta’ proposta tal-Kummissjoni u fuq talba raġunata mill-Istat Membru kkonċernat. Id-depożitu jintradd lura bl-imgħax dovut ladarba l-Kunsill ikun sodisfatt li s-sitwazzjoni li tkun sawritu tkun waslet fi tmiemha.

Il-parti korrettiva tal-SGP hija intenzjonata sabiex ikunu evitati żbalji kbar fil-politiki baġitarji, li jistgħu jipperikolaw is-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi u potenzjalment jipperikolaw l-UEM. Dan jissarraf fl-obbligu tal-Istati Membri li jevitaw żbilanċi tal-gvern eċċessivi, li huma definiti kontra limitu tal-iżbilanċ numeriku (3% tal-PGD) u dejn (60% tal-PGD jew li jkun qiegħed jonqos biżżejjed lejh). Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (EDP) li timplimenta l-projbizzjoni fuq żbilanċi eċċessivi tipprevedi sekwenza ta’ passi, li għall-pajjiżi fiż-żona tal-euro, tinkludi l-impożizzjoni eventwali ta’ sanzjonijiet finanzjarji.

L-EDP ġiet applikata b’mod regolari skont id-dispożizzjonijiet rilevanti, saħansitra quddiem l-isfond taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-kriżi finanzjarja, biex b’hekk tikkontribwixxi sabiex jiġu ankrati l-aspettattivi tar-riżoluzzjoni ordnata tagħha. Madankollu, feġġew għadd ta’ nuqqasijiet. Waqt li l-kriterji tal-iżbilanċ u d-dejn huma fil-prinċipju tal-istess importanza, u jista’ jkun argumentat li livelli ta’ dejn għoljin b’mod persistenti jirrappreżentaw theddida aktar serja għas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi minn żbilanċi għoljin kull tant żmien, fil-prattika, il-livell ta’ ‘3% tal-PGD’ kien il-fokus kważi esklussiv tal-EDP, bid-dejn sa issa jkollu rwol marġinali. Dan minħabba n-natura inqas ovvja tal-livell aċċettabbli tad-dejn meta mqabbel mal-iżbilanċ, inkluż l-ambigwità tal-kunċett ta’ pass ta’ tnaqqis li jonqos biżżejjed u l-impatt ikbar fuq il-proporzjon tad-dejn tal-fatturi varjabbli barra l-kontroll tal-gvern, b’mod partikolari l-inflazzjoni. L-EDP, fil-prinċipju hija appoġġjata minn mekkaniżmu ta’ infurzar qawwi, għaliex jistgħu, u għandhom jiġu imposti sanzjonijiet finanzjarji fil-każ ta’ nuqqas persistenti milli jkun ikkoreġut żbilanċ eċċessiv. Madankollu, sanzjonijiet bħal dawn, diskutibbilment, jidħlu fis-seħħ tard wisq fil-proċess biex ikunu jirrapreżentaw deterrent effettiv kontra l-iżbalji kbar fil-politika fiskali, mhux l-inqas minħabba li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż ikkonċernat tista’ tkun iddeterjorat tant li tagħmel it-theddida ta’ multa inqas kredibbli proprju meta suppost issir reali. Finalment, il-kriżi riċenti enfasizzat li jekk l-obbligu li jkunu kkoreġuti l-iżbilanċi eċċessivi jikkontribwixxi biex tkun ankrata l-aspettattiva li l-likwidità tal-gvern sejra tinżamm, l-iskeda taż-żmien għall-korrezzjoni u l-profil tal-aġġustament jista’ jkollhom jirriflettu l-kunsiderazzjonijiet tal-UEM kollhal.

Bi tweġiba għal dawn in-nuqqasijiet, qegħdin jitressqu l-proposti ewlenin li ġejjin għar-riforma tal-parti korrettiva.

Il-kriterju tad-dejn tal-EDP għandu jsir operattiv, b’mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta’ punt ta’ referenza numeriku biex jitkejjel jekk il-proporzjon tad-dejn huwiex qiegħed jonqos biżżejjed lejn l-limitu ta’ 60% tal-PGD. B’mod speċifiku, proporzjon ta’ dejn mal-PGD ta’ aktar minn 60% għandu jitqies bħala li qiegħed jonqos biżżejjed jekk id-distanza tiegħu fir-rigward tas-60% tal-valur ta’ referenza tal-PGD ikun naqas matul it-tliet snin preċedenti b’rata fl-ordni ta’ wieħed minn għoxrin kull sena. Nuqqas ta’ konformità ma’ dan il-punt ta’ referenza numeriku mhuwiex, madankollu, mistenni li bilfors iwassal biex il-pajjiż ikkonċernat jitpoġġa fi żbilanċ eċċessiv, minħabba li din id-deċiżjoni tkun teħtieġ li tqis il-fatturi kollha li huma rilevanti, b’mod partikolari għall-evalwazzjoni tal-iżviluppi tad-dejn, bħal jekk it-tkabbir nominali baxx ħafna huwiex qiegħed ixekkel it-tnaqqis tad-dejn, flimkien mal-fatturi tar-riskju marbuta mal-istruttura tad-dejn, id-dejn tas-settur privat u r-responsabbilitajiet impliċiti relatati max-xjuħija. F’konformità ma’ enfasi akbar fuq id-dejn, aktar konsiderazzjoni għandha tingħata lill-fatturi rilevanti fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kriterju tal-iżbilanċ, jekk pajjiż ikollu dejn taħt il-livell ta’ 60% tal-GDP.

L-approċċ aktar flessibli mressaq fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti fil-passi tad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv jista’ jkun ta’ benefiċċju wkoll għal pajjiżi li jwettqu riformi sistematiċi fil-pensjonijiet, lil hinn mill-perjodu transitorju ta’ ħames snin previst attwalment. Id-dispożizzjonijiet speċjali tal-SGP għal riformi sistematiċi tal-pensjonijiet fir-rigward tal-kriterju tal-iżbilanċ huma estiżi wkoll għall-kriterju tad-dejn; permezz tal-istabbiliment tal-istess perjodu transitorju ta’ ħames snin għall-kunsiderazzjoni tal-ispejjeż netti ta’ riformi bħal dawn meta tkun evalwata l-konformità mal-kriterju tad-dejn. Finalment, għandha tingħata kunsiderazzjoni ugwali għat-treġġija lura parzjali jew totali tar-riformi sistematiċi tal-pensjonijiet implimentati preċedentement, kemm matul it-tnedija kif ukoll matul ir-revoka ta’ EDP.

L-infurzar huwa msaħħaħ bl-introduzzjoni ta’ sett ġdid ta’ sanzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, li japplika aktar kmieni fil-proċess skont approċċ iggradwat. B’mod speċifiku, sejjer japplika depożitu li ma jagħtix imgħax u li jammonta għal 0.2% tal-PGD mad-deċiżjoni li pajjiż jitpoġġa fi żbilanċ eċċessiv, liema depożitu jinqeleb f’multa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rakkomandazzjoni inizjali biex ikun ikkoreġut l-iżbilanċ. L-ammont huwa ugwali għall-komponent fiss tas-sanzjonijiet diġà previst fil-pass finali tal-EDP. Huwa għandu ukoll rabta mal-ammont minimu li l-Istati Membri attwalment jirċievu f’impenji annwali minn subsett rilevanti tal-baġit tal-UE u dan għandu jħaffef iċ-ċaqliqa eventwali prevista għal sistema ta’ infurzar ibbażata fuq il-baġit tal-UE kif spjegat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, imsemmija hawn fuq, tat-30 ta’ Ġunju 2010. Aktar nuqqas ta’ konformità tirriżulta f’żieda tas-sanzjoni, f’konformità mad-dispożizzjonijiet eżistenti diġà fl-SGP. Biex titnaqqas id-diskrezzjoni fl-infurzar, huwa previst il-mekkaniżmu ta’ ‘votazzjoni bil-kontra’ biex ikunu imposti s-sanzjonijiet il-ġodda f’rabta mal-passi suċċessivi tal-EDP. B’mod speċifiku, ma’ kull pass tal-EDP, il-Kummissjoni tagħmel proposta għas-sanzjoni rilevanti, u din titqies bħala adottata, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix bil-kontra b’maġġoranza kkwalifikata fi żmien għaxart ijiem. Id-daqs tad-depożitu li ma jagħtix imgħax jew tal-multa jista’ jitnaqqas jew jitħassar biss mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ proposta speċifika mill-Kummissjoni minħabba ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba rraġunata mill-Istat Membru ikkonċernat.

Barra minn hekk, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet f’kull pass, inkluża l-possibilità li tingħata estensjoni tal-iskadenzi għall-korrezzjoni tal-iżbilanċ eċċessiv, huma ċċarati billi jitpoġġa enfasi espliċitu fuq l-elementi fiskali varjabbli li jista’ jkun ipotizzat li huma taħt il-kontroll dirett tal-gvern, b’mod partikolari l-infiq, b’analoġija mal-mudell propost għall-parti preventiva. Lil hinn minn dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi għal pajjiż partikolari, hija introdotta l-possibilità ta’ estensjoni tal-iskadenzi anki fil-każ ta’ kriżi ġenerali ekonomika.

Infurzar effettiv tal-qafas ta’ koordinazzjoni baġitarja tal-UEM ma jistax ikun mistenni li jinkiseb biss mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-livell tal-UE. In-natura partikolari deċentralzzata tat-tfassil tal-politika fiskali fl-UE u l-ħtieġa ġenerali għal sjieda nazzjonali tar-regoli tal-UE jagħmluha essenzjali li l-objettivi tal-qafas ta’ koordinazzjoni baġitarja tal-UEM ikunu riflessi fl-oqfsa baġitarji nazzjonali. Qafas baġitarju nazzjonali huwa s-sett ta’ elementi li jiffurmaw il-bażi tal-governanza fiskali nazzjonali, jiġifieri l-qafas tal-politika istituzzjonali speċifika għall-pajjiż li jifforma t-tfassil tal-politika fiskali fuq livell nazzjonali. Dan jinkludi s-sistemi ta’ kontabilità pubblika, l-istatistika, il-prattiki tat-tbassir, il-proċeduri baġitarji li jirregolaw l-istadji kollha tal-proċess baġitarju u b’mod partikolari l-oqfsa baġitarji għal perjodu ta’ żmien medju, u relazzjonijiet fiskali tas-subsetturi tal-gvern. Filwaqt li jridu jiġu rispettati l-ħtiġijiet u l-preferenzi speċifiċi tal-Istati Membri, għadd ta’ elementi jispikkaw bħala meħtieġa fir-rigward li tkun żgurata kwalità minima u konsistenza mal-qafas baġitarju tal-UEM. Dawn huma s-suġġett tad-Direttiva dwar l-oqfsa baġitarji nazzjonali li qiegħda tkun proposta biex tikkumplimenta r-riforma tal-SGP. Karatteristiċi bħal dawn, l-ewwelnett jeħtieġu li l-aktar elementi primarji tal-oqfsa baġitarji nazzjonali, jiġifieri l-kwistjonijiet tal-kontabilità u statistika u l-prattiki tat-tbassir, jaħdmu skont l-istandards minimi Ewropej biex tkun iffaċilitata kemm it-trasparenza kif ukoll il-kontroll tal-iżviluppi fiskali. L-oqfsa baġitarji nazzjonali jeħtieġu wkoll li jadottaw perspettiva ta’ ppjanar fiskali multiannwali sabiex tkun żgurata l-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-livell tal-UE fuq perjodu ta’ żmien medju. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ regoli fiskali numeriċi li jwasslu għal konformità mal-limiti tal-iżbilanċ u tad-dejn. L-Istati Membri jridu jiżguraw li dawn il-karatteristiċi japplikaw għas-subsetturi tal-gvern ġenerali kollha. L-awtoritajiet nazzjonali jridu jiggarantixxu wkoll it-trasparenza tal-proċess tal-baġit billi jipprovdu informazzjoni dettaljata rigward fondi extra-baġitarji eżistenti, l-infiq fuq it-taxxa u r-responsabbiltajiet kontinġenti.

2010/0277 (NLE)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 126(14) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[1],

Billi:

(1) Hemm il-ħtieġa li nibnu fuq l-esperjenza miksuba matul l-aħħar għaxar snin ta’ funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja. L-iżviluppi ekonomiċi riċenti ħolqu sfidi ġodda għat-tmexxija tal-politika fiskali madwar l-Unjoni u b’mod partikolari enfasizzaw il-ħtieġa għal rekwiżiti uniformi fir-rigward tar-regoli u l-proċeduri li jiffurmaw l-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri. B’mod partikolari huwa meħtieġ li jkun speċifikat x’iridu jagħmlu l-awtoritajiet nazzjonali biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv annessa għat-Trattati, u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu.

(2) Il-gvernijiet tal-Istati Membri u s-subsetturi tal-gvernijiet tal-Istati Membri iżommu sistemi ta’ kontabilità pubblika li jinkludu elementi bħaż-żamma tal-kotba, il-kontroll intern, ir-rappurtar finanzjarju, u l-verifika. Għandha ssir distinzjoni bejn dawn u d-dejta tal-istatistika li għandha x’taqsam mar-riżultati tal-finanzi tal-gvern ibbażata fuq metodoloġiji tal-istatistika, u minn tbassir jew azzjonijiet ta’ bbaġitjar li għandhom x’jaqsmu mal-finanzi futuri tal-gvern.

(3) Prattiċi tal-kontabilità pubblika sħaħ u affidabbli għas-setturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika huma prekundizzjoni għall-produzzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja li tkun komparabbli fl-Istati Membri kollha.

(4) Id-disponibilità ta’ dejta fiskali hija kruċjali għall-funzjonament kif jixraq tal-qafas ta’ sorveljanza baġitarja tal-Unjoni. Disponibilità regolari ta’ dejta fiskali f’waqtha u kredibbli hija ċ-ċavetta għal kontroll kif jixraq u f’waqtu, li mbagħad jippermetti azzjoni rapida fil-każ ta’ żviluppi baġitarji kuntrarji. Element kruċjali biex tkun żgurata l-kwalità tad-dejta fiskali hija t-trasparenza, li teħtieġ disponibilità regolari ta’ dejta bħal din.

(5) Fir-rigward tal-istatistika, ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea[2] jistabbilixxi qafas leġiżlattiv għall-produzzjoni ta’ statistika Ewropea fir-rigward tal-formulazzjoni, l-applikazzjoni, il-kontroll u l-valutazzjoni tal-politiki tal-Unjoni. Dak ir-Regolament stabbilixxa wkoll il-prinċipji li jirregolaw l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea: l-indipendenza professjonali, l-imparzjalità, l-oġġettività, l-affidabilità, il-kunfidenzjalità tal-statistika u l-effikaċja fl-infiq, u jagħti definizzjonijiet preċiżi ta’ kull wieħed minn dawn il-prinċipji. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea[3], kif emendat, isaħħaħ is-setgħat tal-Kummissjoni biex tivverifika d-dejta tal-istatistika użata fil-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv.

(6) Id-definizzjonijiet ta’ ‘gvern’, ‘żbilanċ’ u ‘investiment’ huma stabbiliti fil-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv b’referenza għas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA), sostitwita bis-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (adottata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità[4] u minn issa ’l quddiem imsejħa ‘ESA 95’).

(7) Tbassir makroekonomiku u baġitarju ppreġudikat u mhux realistiku jista’ jxekkel l-effikaċja tal-ippjanar fiskali b’mod konsiderevoli u konsegwentement jista’ jxekkel l-impenn għal dixxiplina baġitarja, waqt li t-trasparenza u l-validazzjoni tal-metodoloġiji tat-tbassir jistgħu jżidu b’mod sinifikanti l-kwalità tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju għall-ippjanar fiskali.

(8) Element kruċjali biex ikun żgurat l-użu ta’ tbassir realistiku għat-twettiq ta’ politika baġitarja huwa t-trasparenza, li trid tinvolvi d-disponibilità pubblika tal-metodoloġiji, l-ipoteżi u l-parametri li fuqhom huwa bbażat it-tbassir makroekonomiku u baġitarju uffiċjali.

(9) Xenarji alternattivi mbassra u projezzjonijiet baġitarji korrispondenti li jissupplimentaw ix-xenarju makroekonomiku ċentrali jippermettu l-analiżi ta’ kif il-fatturi fiskali varjabbli jistgħu jevolvu taħt suppożizzjonijiet ekonomiċi differenti u b’hekk inaqqsu ħafna r-riskju li d-dixxiplina baġitarja tkun ipperikolata minn żbalji fit-tbassir.

(10) It-tbassir tal-Kummissjoni jipprovdi lill-Istati Membri b’punt ta’ referenza utli għax-xenarju ċentrali tagħhom, u jseddaq il-validità tat-tbassir użat fl-ippjanar baġitarju, għalkemm kemm l-Istati Membri jkunu mistennija jqisu t-tbassir tal-Kummissjoni sejjer ivarja skont iż-żmien tat-tħejjija tat-tbassir u l-komparabilità tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet tat-tbassir.

(11) Il-kwalità tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju uffiċjali hija mseddqa b’mod kruċjali billi dawn jiġu vverifikat fl-istadju tal-ippjanar. Verifika bir-reqqa tinkludi l-iskrutinju tas-suppożizzjonijiet ekonomiċi, it-tqabbil mat-tbassir imħejji minn istituzzjonijiet oħrajn u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tat-tbassir tal-imgħoddi.

(12) Fir-rigward tal-effikaċja ddokumentata ta’ oqfsa baġitarji bbażati fuq ir-regoli tal-Istati Membri fil-promozzjoni tad-dixxiplina baġitarja, regoli fiskali nazzjonali qawwija li huma konsistenti mal-objettivi baġitarji fil-livell tal-Unjoni jridu jkunu l-pedament tal-qafas imsaħħaħ ta’ sorveljanza baġitarja tal-Unjoni. Regoli fiskali sodi għandhom ikunu mgħammra b’definizzjonijiet speċifikati tajjeb tal-miri flimkien ma’ mekkaniżmi għal kontroll effettiv u f’waqtu. Barra minn hekk, l-esperjenza tal-politika wriet li biex ir-regoli numeriċi jaħdmu b’mod effettiv, iridu jintrabtu konsegwenzi man-nuqqas ta’ konformità, fejn l-ispejjeż involuti jistgħu jkunu sempliċiment reputazzjonali.

(13) L-Istati Membri għandhom jevitaw politiki fiskali proċikliċi u l-isforzi ta’ konsolidazzjoni fiskali għandhom ikunu akbar fi żminijiet tajba. Regoli fiskali numeriċi speċifikati tajjeb għandhom iwasslu għal dawn l-objettivi.

(14) L-ippjanar fiskali nazzjonali jista’ jkun konsistenti kemm mal-parti preventiva kif ukoll mal-parti korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir biss jekk jadotta perspettiva multiannwali u jsegwi b’mod partikolari l-kisba tal-objettivi baġitarji għal perjodu ta’ żmien medju. Oqfsa baġitarji għal perjodu ta’ żmien medju huma strettament strumentali biex ikun żgurat li l-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri huma konsistenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Fl-ispirtu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika[5] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv[6], il-parti preventiva u l-parti korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir ma għandhomx jitqiesu f’iżolament.

(15) Għalkemm l-approvazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-baġit annwali hija pass ewlieni fil-proċess tal-baġit fejn id-deċiżjonijiet baġitarji importanti huma adottati fl-Istati Membri, il-maġġoranza tal-miżuri fiskali għandhom implikazzjonijiet baġitarji li jmorru lil hinn sewwa miċ-ċiklu baġitarju annwali. Perspettiva ta’ sena waħda għaldaqstant tipprovdi bażi dgħajfa għall-politiki baġitarji sodi. Sabiex tkun inkorporata l-perspettiva baġitarja multiannwali tal-qafas ta’ sorveljanza baġitarja tal-Unjoni, l-ippjanar tal-leġiżlazzjoni tal-baġit annwali għandu jkun ibbażat fuq ippjanar fiskali multiannwali li jitnissel mill-qafas baġitarju għal perjodu ta’ żmien medju.

(16) Id-dispożizzjonijiet tal-qafas ta’ sorveljanza baġitarja stabbilita mit-Trattat u b’mod partikolari l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir japplikaw għall-amministrazzjoni pubblika kollha, li tinkludi s-subsetturi tal-gvern ċentrali, il-gvern statali, il-gvern lokali, u l-fondi tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 2223/96.

(17) Għadd sinifikanti ta’ Stati Membri ġarrbu diċentralizzazzjoni fiskali mdaqqsa bid-divoluzzjoni tas-setgħat baġitarji lil gvernijiet subnazzjonali. L-irwol ta’ tali gvernijiet subnazzjonali biex jiżguraw il-konformità mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir b’hekk żdiedet b’mod konsiderevoli, u għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li s-subsetturi tal-amministrazzjoni pubblika kollha jkunu koperti kif jixraq mill-firxa tal-obbligi u l-proċeduri stabbiliti fl-oqfsa baġitarji nazzjonali, speċifikament, iżda mhux esklussivament, f’tali Stati Membri aktar iddeċentralizzati.

(18) Biex ikunu effettivi fil-promozzjoni tad-dixxiplina baġitarja u s-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi, l-oqfsa baġitarji għandhom ikopru l-finanzi pubbliċi b’mod komprensiv. Għal din ir-raġuni, l-operazzjonijiet tal-fondi u l-korpi extrabaġitarji li għandhom impatt immedjat jew għal perjodu ta’ żmien medju fuq il-pożizzjonijiet baġitarji tal-Istati Membri għandhom jingħataw kunsiderazzjoni partikolari.

(19) Minħabba li l-objettiv tal-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri l-konformità b’mod uniformi mad-dixxiplina baġitarja kif meħtieġa mit-Trattat, ma tistax tinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u tista’ tinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1 Is-Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli ddettaljati rigward il-karatteristiċi tal-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri li huma meħtieġa biex tkun żgurata l-effikaċja tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ ‘gvern’, ‘żbilanċ’ u ‘investiment’ stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness għat-Trattati.

Barra minn hekk, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

‘qafas baġitarju’ tfisser is-sett ta’ arranġamenti, proċeduri u istituzzjonijiet li huma l-bażi għat-twettiq tal-politiki baġitarji tal-amministrazzjoni pubblika, b’mod partikolari:

(a) is-sistemi ta’ kontabilità baġitarja u r-rapportar tal-istatistika;

(b) ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw it-tħejjija tat-tbassir għall-ippjanar baġitarju;

(c) ir-regoli fiskali numeriċi, li jistabbilixxu restrizzjoni permanenti fuq it-twettiq tal-politika fiskali mfissra f’termini ta’ indikatur sommarju tal-prestazzjoni baġitarja, bħall-iżbilanċ, is-self, il-bilanċ negattiv tal-baġit tal-gvern, jew komponent maġġuri tagħha;

(d) il-proċeduri baġitarji li jinkludu regoli proċedurali li jirregolaw il-proċess tal-baġit fl-istadji kollha;

(e) l-oqfsa baġitarji għal perjodu ta’ żmien medju bħala sett speċifiku ta’ proċeduri baġitarji nazzjonali li jestendu l-perjodu għat-tfassil tal-politika fiskali lil hinn mill-kalendarju baġitarju annwali, inkluża d-determinazzjoni tal-prijoritajiet tal-politika u tal-objettivi baġitarji għal perjodu ta’ żmien medju;

(f) l-arranġamenti għall-analiżi biex tisseddaq it-trasparenza tal-elementi tal-proċess tal-baġit, inkluż fost l-oħrajn il-mandat tal-uffiċċji tal-baġit nazzjonali indipendenti jew l-istituzzjonijiet li jaġixxu fil-qasam tal-politika baġitarja;

(g) mekkaniżmi u regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet fiskali bejn l-awtoritajiet pubbliċi fis-subsetturi tal-amministrazzjoni pubblika.

KAPITOLU II Kontijiet u statistika

Artikolu 3

1. Fir-rigward tas-sistemi nazzjonali tal-kontijiet pubbliċi, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ sistemi ta’ kontijiet pubbliċi li komprensivament u konsistentement ikopru s-subsetturi kollha tal-aministrazzjoni pubblika kif iddefiniti mir-Regolament (KE) Nru 2223/96 (ESA 95), u jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex tinġabar id-dejta bbażata fuq l-ESA 95. Dawk is-sistemi ta’ kontijiet pubbliċi għandhom ikunu suġġetti għal kontroll u verifika interni.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw disponibilità pubblika f’waqtha u regolari tad-dejta fiskali għas-subsetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika. B’mod partikolari l-Istati Membri għandhom jippubblikaw

(a) dejta fiskali bbażata fuq flus kontanti bil-frekwenza ta’ kull xahar, li tkopri l-gvern b’kull subsettur tiegħu identifikat separatament, qabel l-aħħar tax-xahar ta’ wara,

(b) tabella ta’ rikonċiljazzjoni ddettaljata li turi l-elementi ta’ transizzjoni bejn id-dejta bbażata fuq il-flus kontanti u d-dejta bbażata fuq l-ESA 95.

KAPITOLU III Tbassir

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ippjanar fiskali huwa bbażat fuq tbassir makroekonomiku u baġitarju realistiku permezz tal-aktar informazzjoni aġġornata. L-ippjanar baġitarju għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli jew fuq xenarju aktar prudenti li jenfasizza fid-dettall id-devjazzjonijiet mix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli. It-tbassir makroekonomiku u baġitarju għandu jitħejji billi jitqies kif jixraq it-tbassir tal-Kummissjoni. Id-differenzi bejn ix-xenarju makrofiskali magħżul u t-tbassir tal-Kummissjoni għandhom jiġu spjegati.

2. It-tbassir makroekonomiku u baġitarju għall-ippjanar fiskali għandu jinkludi xenarji makroekonomiċi alternattivi biex tkun eżaminata l-mogħdija tal-elementi fiskali varjabbli taħt kundizzjonijiet ekonomiċi differenti. Il-firxa tax-xenarji alternattivi użati fit-tbassir makroekonomiku u baġitarju għandha tkun iggwidata mill-prestazzjoni tat-tbassir tal-imgħoddi.

3. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw it-tbassir makroekonomiku u baġitarju uffiċjali mħejji għall-ippjanar fiskali, inklużi l-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-parametri użati.

4. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw it-tbassir makroekonomiku u baġitarju b’mod regolari għall-ippjanar fiskali, inkluż evalwazzjoni ex post . Ir-riżultat ta’ din il-verifika għandu jiġi ppubblikat.

KAPITOLU IV Regoli fiskali numeriċi

Artikolu 5

L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ regoli fiskali numeriċi li jippromwovu b’mod effettiv il-konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom li jitnisslu mit-Trattat fil-qasam tal-politika baġitarja. Regoli bħal dawn għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a) konformità mal-valuri ta’ referenza dwar l-iżbilanċ u d-dejn stabbiliti f’konformità mat-Trattat;

(b) l-adozzjoni ta’ perjodu ta’ ppjanar fiskali multiannwali, li jinkludi l-ħarsien tal-objettivi baġitarji għal perjodu ta’ żmien medju.

Artikolu 6

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward il-qafas ta’ sorveljanza baġitarja tal-Unjoni, ir-regoli fiskali numeriċi għandhom jinkludu speċifikazzjonijiet dwar l-elementi li ġejjin:

(a) id-definizzjoni tal-miri u l-firxa tar-regoli;

(b) kontroll effettiv u f’waqtu rigward il-konformità mar-regoli, pereżempju mill-uffiċċji tal-baġit nazzjonali indipendenti jew mill-istituzzjonijiet li jaġixxu fil-qasam tal-politika baġitarja;

(c) il-konsegwenzi fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità;

(d) klawsoli ta’ ħruġ, li jistabbilixxu għadd limitat ta’ ċirkostanzi speċifiċi meta hija permessa nuqqas ta’ konformità temporanja mar-regola.

Artikolu 7

Il-leġiżlazzjoni tal-baġit annwali tal-Istati Membri għandha tirrifletti l-limitazzjonijiet imposti mir-regoli fiskali numeriċi tagħhom li huma fis-seħħ.

KAPITOLU V Oqfsa baġitarji għal perjodu ta' żmien medju

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas baġitarju effettiv għal perjodu ta’ żmien medju li jipprevedi l-adozzjoni ta’ perjodu ta’ ppjanar fiskali ta’ mill-inqas tliet snin biex ikun żgurat li l-ippjanar fiskali nazzjonali jsegwi perspettiva ta’ ppjanar fiskali multiannwali.

2. L-oqfsa baġitarji għal perjodu ta’ żmien medju għandhom jinkludu proċeduri għall-istabbiliment tal-affarijiet li ġejjin:

(a) objettivi baġitarji multiannwali komprensivi u trasparenti fir-rigward tal-iżbilanċ, id-dejn u ta’ kwalunkwe indikatur fiskali sommarju ieħor tal-amministarzzjoni pubblika biex ikun żgurat li dawn huma konsistenti ma’ kwalunkwe regoli fiskali fis-seħħ kif previsti fil-Kapitolu IV,

(b) projezzjonijiet dettaljati għal kull suġġett ta’ spiża u dħul maġġuri, skont is-subsettur tal-amministrazzjoni pubblika, għas-sena tal-baġit u lil hinn minnha, ibbażati fuq politiki mingħajr tibdil,

(c) dikjarazzjoni rigward il-prijoritajiet tal-gvern għal perjodu ta’ żmien medju mqassma skont is-suġġetti ta’ dħul u ħruġ maġġuri, u skont is-subsetturi tal-amministrazzjoni pubblika, li juru kif sejjer jinkiseb l-aġġustament lejn l-objettiv baġitaju għal perjodu ta’ żmien medju meta mqabbel mal-projezzjonijiet skont il-politiki mingħajr tibdil.

3. Il-projezzjonijiet adottati fi ħdan l-oqfsa baġitarji għal perjodu ta’ żmien medju għandhom ikunu bbażati fuq tbassir makroekonomiku u baġitarju realistiku f’konformità mal-Kapitolu III.

Artikolu 9

Il-leġiżlazzjoni tal-baġit annwali għandha tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet li jitnisslu mill-qafas baġitarju għal perjodu ta’ żmien medju. B’mod speċifiku, il-projezzjonijiet u l-prijoritajiet ta’ dħul u ħruġ li jirriżultaw mill-qafas baġitarju għal perjodu ta’ żmien medju kif speċifikat fl-Artikolu 8(2) għandhom jikkostitwixxu l-bażi għat-tħejjija tal-baġit annwali. Kwalunkwe devjazzjoni minn dawn id-dispożizzjonijiet għandha tkun iġġustifikata kif jixraq.

KAPITOLU VI Trasparenza fil-finanzi tal-gvern ġenerali u l-firxa komprensiva tal-oqfsa baġitarji

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe miżura mwettqa għal konformità mal-Kapitoli II, III u IV tkun konsistenti fis-subsetturi kollha, u komprensiva fil-kopertura tas-subsetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika. B’mod partikolari dan għandu jimplika l-konsistenza tar-regoli u l-proċeduri tal-kontabilità, l-iskedi tal-pubblikazzjoni tad-dejta, u l-integrità tas-sistemi tal-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta bażi tagħhom.

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa ta’ koordinazzjoni fis-subsetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika biex jipprovdu għal kopertura konsistenti tas-subsetturi kollha tal-gvern ġenerali fl-ippjanar fiskali u fit-tħejjija tat-tbassir baġitarju u l-istabbiliment tal-ippjanar multiannwali kif stabbilit b’mod partikolari fil-qafas baġitarju multiannwali.

Artikolu 12

1. Is-subsetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika għandhom ikunu koperti minn regoli fiskali numeriċi.

2. Sabiex tkun promossa l-kontabilità fiskali, għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar ir-responsabbiltajiet baġitarji tal-awtoritajiet pubbliċi fis-subsetturi differenti tal-amministrazzjoni pubblika.

Artikolu 13

1. L-operazzjonijiet kollha ta’ fondi u korpi extrabaġitarji għandhom jiġu integrati fil-proċess baġitarju regolari. Dan għandu jinkorpora l-inklużjoni ta’ informazzjoni dettaljata rigward dawn il-fondi u dawn l-operazzjonijiet fid-dokumentazzjoni baġitarja standardizzata ddisseminata għall-ippjanar fiskali, b’mod partikolari għall-iskop ta’ diskussjoni rigward il-qafas baġitarju għal perjodu ta’ żmien medju u l-leġiżlazzjoni tal-baġit annwali.

2. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata rigward l-impatt tal-infiq fuq it-taxxa fuq id-dħul.

3. Għas-subsetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet kontinġenti b’impatti potenzjalment kbar fuq il-baġits pubbliċi, inklużi l-garanziji governattivi, is-self mhux imħaddem u r-responsabbiltajiet li jitnisslu mit-tħaddim ta’ korporazzjonijiet pubbliċi, inklużi l-firxa tagħhom u l-probabbiltà u d-data xierqa potenzjali tal-infiq.

KAPITOLU VII Dispożizzjoniiet finali

Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013. Minn hemm ’l quddiem għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk d-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva lill-Kummissjoni.

Artikolu 15

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

Direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri

1.2. Qasam(oqsma) tal-politika konċernat/i fl-istruttura ABM/ABB[7]

Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

1.3 Natura tal-proposta/inizjattiva

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[8]

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4 Objettivi

1.4.1. L-objettiv(i) strateġiku(ċi) multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Biex tkattar it-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli tal-UE

1.4.2. Objettiv(i) speċifiku(ċi) u l-attività(ajiet) ABM/ABB ikkonċernata(i)

Objettivi speċifiċi : Nru 1 u 3.

- Biex tkun żgurata koordinazzjoni effettiva tal-politika u konsistenza ġenerali tal-politika fl-iżvilupp ta’ rispons tal-UE għall-kriżi ekonomika, fil-kuntest tal-ilħuq tal-aġenda u l-iżvilupp sostenibbli tal-UE 2020 u sabiex jiżdied il-potenzjal tat-tkabbir tal-Istati Membri u biex l-UE ssir aktar kompetittiva;

Biex ikun promoss is-segwitu mill-Istati Membri ta’ pożizzjonijiet baġitarji u ta’ finanzi pubbliċi sodi li huma sostenibbli u ta’ kwalità għolja fir-rigward tal-kontribut tagħhom għat-tkabbir.

Attività(ajiet) ABM/ABB kkonċernata(i)

Unjoni Ekonomika u Monetarja

1.4.3. Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010)367 enfasizzat il-ħtieġa ta’ mudell ta’ politika tal-UE ddefinit kif jixraq sabiex (i) isaħħaħ l-irkupru ekonomiku, (ii) ipoġġi l-finanzi pubbliċi mill-ġdid fuq bażi soda u (iii) jippromwovi b’mod attiv it-tkabbir u l-impjiegi.

Id-direttiva proposta tifforma parti mill-proposti leġiżlattivi formali mħabbra fil-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq. Hija għandha l-għan li tintegra l-qafas baġitarju tal-UE fis-sistemi ta’ governanza fiskali nazzjonali tal-Istati Membri sabiex tkattar il-konformità mal-Patt ta’ Tkabbir u Stabbiltà.

1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-kontroll tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-ilħuq tal-objettiv ġenerali tal-Kummissjoni ta’ tkattir tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli tal-UE jitkejjel permezz tal-indikaturi tal-impatt li ġejjin:- il-grad sa fejn l-Istati Membri jirreġistraw riżultati baġitarji f’konformità mal-SGP;- il-potenzjal għal tkabbir/produzzjoni.

1.5. Bażi għall-proposta/inizjattiva

1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi(u) ssodisfatt(i) fuq perjodu ta’ żmien medju jew twil

Il-proposta leġiżlattiva tikkostitwixxi parti mill-miżuri mħabbra mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni (2010)367 tagħha tat-30 ta’ Ġunju 2010, li tkompli tiżviluppa l-ideat politiċi stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010)250 tat-12 ta’ Mejju 2010 u tibni fuq l-orjentazzjonijiet li sar qbil fuqhom fil-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010.

1.5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri tifforma parti integrali mill-mandat tal-UE kif rifless fit-Titolu VIII (dwar il-politika ekonomika u monetarja) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

1.5.3. Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-esperjenza tal-imgħoddi tissuġġerixxi li aderenza insuffiċjenti mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir hija fost oħrajn ibbażata fuq nuqqas ta’ sjieda tal-Patt, ħaġa li hija ppjanata li tiġi rimedjata mill-proposta leġiżlattiva.

1.5.4. Koerenza u sinerġija potenzjali ma’ strumenti rilevanti oħra

Il-proposta leġiżlattiva tikkostitwixxi wieħed mill-elementi ta’ pakkett ta’ riforma ekonomika komprensiva ppreżentat fil-Komunikazjoni (2010)367 tat-30 ta’ Ġunju 2010.

1.6. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

( Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

- ( Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

- ( Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

( Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mingħajr limitu

- Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn SSSS sa SSSS,

- segwit minn tħaddim sħiħ.

1.7. Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)[9]

( Ġestjoni ċċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

( Ġestjoni ċċentralizzata indiretta bid-delegazzjoni tal-kompiti implimentattivi lil:

- ( agenziji eżekuttivi

- ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[10]

- ( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

- ( persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

( Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

( Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali ( li jridu jiġu speċifikati )

Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti”.

Kummenti

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1. Regoli ta’ kontroll u rrapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

M/A

2.2 Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1. Riskju(i) identifikat(i)

M/A

2.2.2. Metodu(i) ta’ kontroll previst(i)

M/A

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti

M/A

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1. Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja(i) tal-baġit tal-infiq affettwata(i)

Il-proposta leġiżlattiva ma tirrikjedix riżorsi umani jew finanzjarji addizzjonali.

- Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta’ nfiq | Kontribuzzjoni |

Numru [Deskrizzjoni……………………...……….] | AD/AMD ([11]) | minn pajjiżi tal- EFTA[12] | minn pajjiżi kandidati[13] | minn pajjiżi terzi | fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

[XX.YY.YY.YY] | AD/AMD | IVA|LE | IVA|LE | IVA|LE | IVA|LE |

- Linji baġitarji ġodda mitluba: Xejn

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta’ nfiq | Kontribuzzjoni |

Numru [Deskrizzjoni……………………...……….] | Diff./mhuxdiff. | minn pajjiżi tal- EFTA | minn pajjiżi kandidati | minn pajjiżi terzi | fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

[XX.YY.YY.YY] | IVA|LE | IVA|LE | IVA|LE | IVA|LE |

3.2. Impatt stmat fuq l-infiq

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq

Miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | Numru | [Intestatura ……………...……………………………………………………………….] |

Miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

-

3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

- ( Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

- ( Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tkun espressa f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal snin kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) |

( Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (l-uffiċjali u l-aġenti temporanji) |

Persunal estern |

3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

- ( Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

- ( Il-proposta/inizjattiva sejra tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega x’ipprogrammar mill-ġdid huwa meħtieġ, u speċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

- ( Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[24].

Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5 Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

- X Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

- Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal snin kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) | Total |

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal kolonni kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) |

Artikolu …………. | | | | | | | | | |Għal dħul assenjat mixxellanju, speċifika l-linja(i) tal-ħruġ tal-baġit affettwata(i).

Speċifika l-metodu tal-kalkolazzjoni tal-impatt fuq id-dħul.

[1] ĠU C […], […], pġ. […].

[2] Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ĠU L 87, tal-31.03.2009, pġ. 164.

[3] ĠU L 145, 10.6.2009, pġ. 1.

[4] ĠU L 310, 30.11.1996, pġ. 1.

[5] ĠU L 209, 2.8.1997, pġ. 1.

[6] ĠU L 209, 2.8.1997, pġ. 6.

[7] ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attivitajiet – ABB: Ibbaġitjar Abbażi tal-Attivitajiet.

[8] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[9] Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[10] Kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[11] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux Iddifferenzjati

[12] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[13] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[14] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[15] Għajnuna u nfiq tekniki u/jew amministrattivi b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentement il-linji “BA”), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[16] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[17] Prodotti huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (pereżempju: l-għadd tal-iskambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[18] Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Objettiv(i) Speċifiku(ċi)…"

[19] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[20] Għajnuna u nfiq tekniki u/jew amministrattivi b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentement il-linji “BA”), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[21] CA= Aġent bil-Kuntratt; INT= persunal tal-aġenzija (" Intérimaire") ; JED= " Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat;

[22] Taħt il-limitu għal persunal estern mill-approprjazzjonijiet operattivi (preċedentement il-linji “BA”).

[23] Essenzjalment għall-Fondi Strutturati, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FEAŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF).

[24] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Internazzjonali.

[25] Fir-rigward tar-riżorsi tradizzjonali tagħha stess (dazju doganali, taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti netti wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.