<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0300137901.case.xml"><NO.CASE>C-379/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CC0379</NO.CELEX><NO.SEQ>0016.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-1381</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-1404</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>24</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C-379/09</LEFT><RIGHT>CASTEELS</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20101111">11 ta’ Novembru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fl-isfond tat-tibdil demografiku fl-Ewropa u l-pressjoni li qed tirriżulta fuq l-iskemi statali tal-pensjonijiet, il-ħolqien ta’ pensjoni privata addizzjonali ta’ rtirar qiegħed jassumi importanza dejjem ikbar għaċ-ċittadini tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Rwol li ma jistax jiġi ttraskurat f’dan il-qasam huwa dak li għandhom l-iskemi professjonali ta’ rtirar. Madankollu, l-akkwist ta’ drittijiet għall-pensjoni addizzjonali skont l-iskemi professjonali normalment jirrikjedi li r-relazzjoni tax-xogħol tkun damet perijodu minimu jew illi għal perijodu minimu kontribuzzjonijiet f’isem il-ħaddiem ikunu tqiegħdu f’fond ta’ irtirar addizzjonali. Ikun biss meta jiġu kompluti tali perijodi minimi illi jiġi żġurat illi d-dritt għall-pensjoni ma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>jintilifx<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> kollu jew parti minnu mill-mument li joħroġ mill-iskema professjonali ta’ rtirar jew, sempliċiment meta jtemm il-kuntratt ta’ impjieg tiegħu. Sabiex jiġu indikati tali perijodi minimi ta’ żmien qed jintuża t-terminu <HT TYPE="ITALIC">perijodi ta’ kwalifikazzjoni</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti l-interess jiffoka fuq l-imsemmija perijodi ta’ kwalifikazzjoni. M. Casteels, ħaddiem ta’ nazzjonalità Belġjana, ħadem għal bosta snin bla waqfien mal-istess kumpannija, il-linja tal-ajru British Airways. Madankollu, huwa ħadem f’diversi stabbilimenti ta’ British Airways f’Stati Membri differenti. Dan iddetermina l-affiljazzjoni konsekuttiva tiegħu ma’ diversi skemi professjonali ta’ rtirar. British Airways issa qiegħda tirrifjuta li tagħti lil M. Casteels il-pensjoni professjonali addizzjonali għall-perijodu ta’ ftit inqas minn tliet snin li matulhom huwa ħadem fil-Ġermanja u dan minħabba li ma baqax affiljat għall-perijodu minimu preskritt mill-iskema professjonali ta’ rtirar eżistenti fl-istabbilimenti Ġermaniżi ta’ British Airways u wkoll għax kien huwa stess li minn jeddu mexa għal stabbiliment ieħor ta’ British Airways.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti l-Qorti tal-Ġustizzja qed tintalab tivverifika jekk l-imsemmija imġiba hijiex konformi mal-ligi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1382"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Għal dak li għandu x’jaqsam mad-dritt tal-Unjoni, il-kuntest leġiżlattiv tal-kawża preżenti huwa kostitwit mid-dispożizzjonijiet rigward il-moviment liberu tal-ħaddiema<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Fuq il-verżjoni applikabbli minn tali dispozizzjonijiet, ara iktar ’l isfel (punt 24 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 39 KE), għal dak li huwa rilevanti hawn, jiddisponi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="045.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jkun żgurat il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG>2</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol</P><P><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>[…].</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 48 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 42 KE) jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura legislattiva ordinarja għandhom jadottaw dawk il-miżuri fil-qasam ta’ sigurtà soċjali li jkunu meħtieġa sabiex jipprovdu l-libertà tal-moviment għall-ħaddiema; għal dan il-għan, għandhom jagħmlu arranġamenti sabiex jassiguraw il-ħaddiema migranti impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom u d-dipendenti tagħhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-aggregazzjoni, għall-fini li wieħed jakkwista jew iżomm id-dritt għall-benefiċċju u fil-kalkolu ta’ l-ammont tal-benefiċċju, tal-perjodi kollha li hu meħud kont tagħhom skond il-liġijiet nazzjonali differenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-pagament tal-benefiċċju lil persuni residenti fit-territorji ta’ l-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku nazzjonali Ġermaniż fis-seħħ matul il-perijodu tal-fatti inkwistjoni kien jikkonsisti, minn naħa, mil-ligi għat-titjib tal-pensjoni professjonali ta’ rtirar<?PAGE NO="I-1383"?> (Gesetz zur Verbesserung der betrieblichen Altersversorgung; iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>BetrAVG<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>BGBl. I, 1974, p. 3610.</P></NOTE> u, min-naħa l-oħra, minn ftehim kollettiv.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-ligi dwar it-titjib tal-pensjoni professjonali ta’ rtirar</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fil-verżjoni rilevanti għall-kawża preżenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Rilevanti għall-każ preżenti hija l-BetrAVG fil-verżjoni tad-<DATE ISO="19741219">19 ta’ Diċembru 1974</DATE>, li kienet fis-seħħ mit-<DATE ISO="19741222">22 ta’ Diċembru 1974</DATE> sal-<DATE ISO="20011231">31 ta’ Diċembru 2001</DATE>.</P></NOTE> l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tiddisponi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Ħaddiem li ngħata assigurazzjoni tal-għoti ta’ pensjoni ta’ rtirar, ta’ invalidità jew tas-superstiti abbażi tar-relazzjoni tax-xogħol (skema ta’ rtirar ta’ impriża), jibqa’ jkollu dritt għall-pensjoni fil-każ fejn ir-relazzjoni tax-xogħol tiegħu tintemm qabel ma jkun hemm lok għad-dritt tiegħu jekk, sa dak iż-żmien, il-ħaddiem ikun laħaq l-età ta’ 35 sena u li</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jew l-assigurazzjoni tal-għoti tal-benefiċċji tkun eżistiet fir-rigward tiegħu minn tal-inqas għal 10 snin,</P></ITEM><ITEM><P>jew il-bidu tal-impjieg tiegħu mal-impriża jmur lura għal minn tal-inqas 12-il sena u l-assigurazzjoni tal-għoti tal-benefiċċji tkun eżistiet minn tal-inqas għal tliet snin […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Gvern Ġermaniż, mill-2001 il-perijodu ta’ kwalifikazzjoni jista’ jkun sa massimu ta’ ħames snin. L-Artikolu 1b(1) tal-BetrAVG jistipula li: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Ħaddiem li jibbenefika mill-impenji għall-għoti ta’ benefiċċji skont l-iskema ta’ rtirar ta’ kumpannija, għandu jżomm id-dritt għall-benefiċċji meta r-relazzjoni tax-xogħol tiegħu tintemm qabel il-bidu tad-dritt tiegħu iżda wara li jilħaq l-età ta’ 25 sena u li, fid-data tat-tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol, l-impenji jkunu ilhom jeżistu għal mill-inqas ħames snin (dritt definittiv għall-pensjoni) […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (BGBl. I, 2001, p. 1328, u BGBl. I, 2007, p. 2838).</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(3) tal-BetrAVG dak iż-żmien kien jiddisponi kif gej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-ftehim kollettivi jistgħu jidderogaw mill-Artikoli 2 sa 5, 16, 27 u 28. Id-dispożizzjonijiet derogatorji għandhom japplikaw bejn il-persuna li timpjega u l-ħaddiema li ma humiex marbuta bi ftehim kollettiv, fil-każ fejn dawn jaqblu li fir-rigward tagħhom għandhom japplikaw id-dispozizzjonijiet rilevanti tal-ftehim. Fir-rigward tal-kumplament, ma għandu jkun hemm ebda deroga oħra mid-dispożizzjonijiet tal-liġi preżenti għad-detriment tal-ħaddiem.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-Pensjonijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-Pensjonijiet għall-Membri tal-Ekwipaġġ<?PAGE NO="I-1384"?> tal-Kabina u tal-Art ta’ British Airways plc fil-Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Iktar ’il quddiem imsejjaħ ukoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-Ftehim Kollettiv<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></NOTE> kien japplika għar-relazzjoni tal-impjieg ta’ M. Casteels matul il-perijodu li matuli kien jaħdem fil-Germanja. Dan il-ftehim kollettiv ġie konkluż fit-13 ta Lulju 1989 bejn l-amministrazzjoni ta’ British Airways fil-Germanja u s-sindakat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Öffentliche Dienste, Transport und Verkehr<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (ÖTV) – (sindakat għas-servizzi pubbliċi, it-transport u t-traffiku), u daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19880101">1 ta’ Jannar 1988</DATE>. Il-ftehim kien jistipula d-dettalji tal-pensjoni addizzjonali tal-impriża għall-ħaddiema ta’ British Airways fil-Germanja. L-Artikolu 7 ta’ dan il-ftehim kollettiv kien jiddisponi li:-</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Ħaddiema li bdew jaħdmu mal-British Airways wara l-<DATE ISO="19771231">31 ta’ Diċembru 1977</DATE>, għandhom jibqgħu intitolati għar-rimbors tal-kontribuzzjonijiet tagħhom stess, mingħajr interessi, jekk jieqfu jaħdmu mal-impriża qabel jiddekorru l-perijodi ta’ kwalifikazzjoni obbligatorji.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-ħaddiema li bdew jaħdmu ma’ British Airways qabel l-<DATE ISO="19780101">1 ta’ Jannar 1978</DATE> huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-ħaddiema li jkunu kisbu drittijiet b’mod definittiv jistgħu, f’każ li jirtiraw mill-impriża qabel jilħqu l-età tal-pensjoni, jeżiġu r-rimbors tal-valur tal-benefiċċji tal-pensjoni li huma intitolati għalih abbażi tal-kontribuzzjonijiet tagħhom […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-ħaddiema li jieqfu jaħdmu minn jeddhom stess qabel l-iskadenza ta’ ħames snin servizz mal-British Airways, għandhom dritt għall-benefiċċji li jkunu ggarantiti mill-kontribuzzjonijiet imħallsa minnhom stess.</TXT><P>Il-ħaddiema li minn jeddhom jew għal kwalunkwe raġuni oħra jtemmu r-relazzjoni tax-xogħol tagħhom minn mal-British Airways wara l-iskadenza ta’ ħames snin servizz iżda qabel twettqu l-perijodi ta’ kwalifikazzjoni obbligatorji, għandhom ukoll dritt għall-benefiċċji ta’ pensjoni li jkunu ggarantiti sa dik id-data skont il-kontribuzzjonijiet imħallsa minn British Airways […].</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-proċedura tal-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>M. Casteels ħadem mingħajr waqfien mill-<DATE ISO="19740701">1 ta’ Lulju 1974</DATE> mal-kumpannija tal-ajru British Airways plc, kumpannija Ingliża li għandha bosta stabbilimenti fit-territorju tal-Unjoni Ewropea. Matul il-ħajja professjonali tiegħu, M. Casteels ħadem fi Stati Membri varji fl-istabbilimenti ta’ British Airways, u partikolarment fil-Belġju, Franza u l-Ġermanja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1385"?><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont kuntratt li sar fl-<DATE ISO="19880310">10 ta’ Marzu 1988</DATE> bejn M. Casteels u British Airways, l-iskema professjonali ta’ rtirar applikabbli għall-impjieg tiegħu kellha tkun dejjem dik l-iskema fis-seħħ fil-pajjiż fejn kien ikun qiegħed jaħdem. Kull darba li M. Casteels kien jiġi ttrasferit minn stabbiliment għal ieħor tal-kumpannija, kienu jsiru l-aġġustamenti kuntrattwali korrispondenti. L-għan kien li jissuġġetta r-relazzjoni tax-xogħol tiegħu għad-diversi skemi professjonali nazzjonali ta’ rtirar. L-intenzjoni kienet ukoll li jiġi evitat li M. Casteels jiġi affiljat kontemporanjament ma’ diversi skemi professjonali ta’ rtirar ta’ British Airways.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-kuntratt tal-<DATE ISO="19880310">10 ta’ Marzu 1988</DATE> jispeċifika wkoll li d-data tal-bidu tal-impjieg ta’ M. Casteels mal-British Airways għandha titqies għall-effetti kollha bħala l-<DATE ISO="19740701">1 ta’ Lulju 1974</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>It-test originali bl-Ingliż ta’ dan il-kuntratt għall-parti hawn rilevanti, jistipula kif gej: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[…] your employment with British Airways for all purposes will count from <DATE ISO="19740701">01.07.1974</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Mill-<DATE ISO="19881115">15 ta’ Novembru 1988</DATE> sal-<DATE ISO="19911001">1 ta’ Ottubru 1991</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Jidher li jkun iktar korrett li jsir riferiment għat-<DATE ISO="19910930">30 ta’ Settembru 1991</DATE> bħala data finali, minħabba li M. Casteels mill-<DATE ISO="19911001">1 ta’ Ottubru 1991</DATE>, kien diġà jaħdem fl-istabbiliment Franċiża ta’ British Airways (ara l-punt 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>, M. Casteels ħadem fil-Ġermanja bħala mekkanik għall-manutenzjoni tal-ajruplani fl-istabbiliment ta’ British Airways f’ Düsseldorf. Meta ġie ttrasferit fil-Ġermanja fid-<DATE ISO="19881019">19 ta’ Ottubru 1988</DATE> il-partijiet qablu li M. Casteels kellu jitqies f’dak li kellu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet tiegħu tax-xogħol daqs li kieku kien ħaddiem Ġermaniż li kien ħadem mill-<DATE ISO="19740701">1 ta’ Lulju 1974</DATE> fl-istabbiliment Ġermaniż ta’ British Airways ħlief l-affiljazzjoni tiegħu mal-iskema professjonali ta’ rtirar li kienet fis-seħħ fil-Ġermanja għall-ħaddiema ta’ British Airways abbażi tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet. M. Casteels kellu jiġi inkluż f’tali skema biss mill-bidu effettiv tal-impjieg tiegħu fil-Ġermanja fil-<DATE ISO="19881115">15 ta’ Novembru 1988</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>It-test oriġinali bl-Ingliż ta’ dan il-kuntratt ibbażat fuq offerta ta’ British Airways tad-<DATE ISO="19881019">19 ta’ Ottubru 1988</DATE>, jipprovdi li: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>We will effect a transfer from your present employment with British Airways at Brussels which means that your conditions of employment will be those for German Staff having started with British Airways on 1st July 1974. […] The exception to this will be the membership of the British Airways pension scheme in Germany. You will become a member of this scheme after joining British Airways at Düsseldorf.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>M. Casteels wara li aċċetta l-proposta ta’ British Airways biex imur jaħdem fl-istabbiliment tagħha f’Pariġi (l-ajruport Charles de Gaulle), fl-<DATE ISO="19911001">1 ta’ Ottubru 1991</DATE> ġie trasferit mill-Ġermanja għal Franza fejn ġie suġġett għall-iskema professjonali ta’ rtirar fis-seħħ għall-ħaddiema ta’ British Airways fi Franza. Mill-<DATE ISO="19960401">1 ta’ April 1996</DATE> ’il quddiem, M. Casteels ma reġax ġie ttrasferit u reġa’ ħadem għall-British Airways fil-Belġju fejn ġie affiljat mill-ġdid mal-iskema professjonali ta’ rtirar fil-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ma hemm l-ebda dubju li M. Casteels għandu dritt għall-pensjoni professjonali addizzjonali għall-perijodu ta’ wara r-ritorn definittiv tiegħu fil-Belġju fl-<DATE ISO="19960401">1 ta’ April 1996</DATE>.<?PAGE NO="I-1386"?> Li kien kontroversjali u li kien is-suġġett tal-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti tax-Xogħol fil-Belġju – kien inizjalment it-trattament tal-perijodu preċedenti kollu inkluż il-perijodu bejn l-<DATE ISO="19740701">1 ta’ Lulju 1974</DATE> u l-<DATE ISO="19960331">31 ta Marzu 1996</DATE>. Madankollu, il-proċeduri ewlenin issa jikkonċernaw biss jekk M. Casteels huwiex intitolat għal pensjoni professjonali addizzjonali abbażi tal-attività tiegħu fil-Ġermanja. British Airways ċaħdet lil M. Casteels din il-pensjoni addizzjonali għaliex huwa minn jeddu telaq l-istabbiliment ta’ Düsseldorf qabel ma ddekorrew il-perijodi ta’ kwalifikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Bħalissa l-proċedura ewlenija hija pendenti fit-tieni istanza quddiem l-Arbeidshof te Brussel<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Arbeitsgerichtshof Brüssel.</P></NOTE>, jiġifieri l-Qorti tal-Appell għall-kawżi relatati max-xogħol.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari u l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tal-<DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE> li waslet għand il-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE>, l-Arbeidshof te Brussel (iktar ’il quddiem msejħa wkoll il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>qorti tar-rinviju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) issospendiet il-proċeduri u ppreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1)</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ azzjoni mill-Kunsill, l-Artikolu 42 KE jista’ jiġi invokat minn individwu kontra l-persuna li tħaddmu fis-settur privat fil-kuntest ta’ kawża quddiem il-qrati nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 39 KE, qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 98/49/KE u l-Artikolu 42, meħudin individwalment jew flimkien, jipprekludu dan li ġej:</TXT><P>fil-każ ta’ ħaddiem li, minbarra fil-każ ta’ kollokament, ikun impjegat suċċessivament mill-istess persuna ġuridika/fiżika f’postijiet tan-negozju differenti li l-imsemmija persuna li tħaddem għandha fi Stati Membri differenti u jkun suġġett, kull darba, għal skemi ta’ pensjoni addizzjonali li jkunu fis-seħħ fl-imsemmija postijiet ta’ negozju, u</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>sabiex jiġi stabbilit il-perijodu li, malli jiġi komplut, jagħti lok għal kisba ta’ drittijiet definittivi għal benefiċċji ta’ pensjoni addizzjonali (ibbażati fuq il-kontribuzzjonijiet minn dak li jħaddem u mill-ħaddiem) fi Stat Membru partikolari, la jittieħdu inkunsiderazzjoni s-snin ta’ servizz li l-ħaddiem diġà wettaq mal-istess persuna li tħaddmu fi Stat Membru ieħor, u lanqas l-affiljazzjoni tal-ħaddiem ma’ skema ta’ pensjoni addizzjonali f’dan l-Istat Membru,</P></ITEM><?PAGE NO="I-1387"?><ITEM><P>it-trasferiment ta’ ħaddiem, bil-kunsens tiegħu, għal post ta’ negozju tal-istess persuna li tħaddmu fi Stat Membru ieħor jitqies l-istess bħall-każ, previst mid-dispożizzjonijiet tal-iskema ta’ pensjoni, tal-irtirar volontarju tal-ħaddiem mill-post ta’ negozju, u li f’tali każ id-drittijiet għal pensjoni addizzjonali jkunu limitati għall-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiem stess,</P></ITEM></LIST></P><P>u li din is-sitwazzjoni jkollha bħala konsegwenza sfavorevoli li l-ħaddiem jitlef id-drittijiet għall-benefiċċji ta’ pensjoni addizzjonali li huwa kien kiseb fir-rigward tal-impjieg tiegħu f’dan l-Istat Membru, u li dan ma kienx ikun il-każ kieku kien ħadem mal-persuna li tħaddmu fi Stat Membru wieħed u kien baqa’ affiljat mal-iskema ta’ pensjoni addizzjonali ta’ dak l-Istat Membru?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fil-proceduri quddiem il-Qorti, barra minn M. Casteels u British Airways, il-Gvernijiet tal-Ġermanja, tal-Greċja u tar-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea pprezentaw l-osservazzjonijiet taghhom bil-miktub. Fis-seduta tas-<DATE ISO="20101006">6 ta’ Ottubru 2010</DATE> intervjenew British Airways, il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni.”</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Sa issa, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat l-iskemi professjonali ta’ rtirar mill-perspettiva tal-prinċipju ta’ ugwaljanza remunerattiva bejn irġiel u nisa<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara pereżempju s-sentenzi tas-<DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE>, Barber (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-262/88" PAGE.ECR="I-1889" YEAR="1990">C-262/88, Ġabra p. I-1889</REF.DOC.ECR>); tas-6 ta’ Ottobru 1993, Ten Oever (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-109/91" PAGE.ECR="I-4879" YEAR="1990">C-109/91, Ġabra p. I-4879</REF.DOC.ECR>); tat-<DATE ISO="19940928">28 ta’ Settembru 1994</DATE>, Coloroll Pension Trustees (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-200/91" PAGE.ECR="I-4389" YEAR="1994">C-200/91, Ġabra p. I-4389</REF.DOC.ECR>), kif ukoll tad-9 ta’ Ottobru 2001, Menauer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-379/99" PAGE.ECR="I-7275" YEAR="1994">C-379/99, Ġabra p. I-7275</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>; reċentement, il-pensjonijiet professjonali ta’ rtirar kienu rilevanti wkoll fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni tal-ħaddiema abbażi tal-orjentament sesswali tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, Maruko (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-267/06" PAGE.ECR="I-1757" YEAR="2008">C-267/06, Ġabra p. I-1757</REF.DOC.ECR>); ara wkoll il-konklużjonijiet ippreżentati fil-<DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE> mill-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża Römer (C-147/08).</P></NOTE>. Għal kuntrarju, madankollu, f’dawn il-proċeduri jeħtieġ li jkunu determinati jekk il-perijodi ta’ kwalifikazzjoni għall-akkwist ta’ pensjoni professjonali addizzjonali, bħal dik li British Airways għandha l-għan li ċċaħħad lil M. Casteels, jiksrux il-prinċipju tal-moviment liberu tal-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Għalkemm fir-rigward tal-iskemi legali tal-assigurazzjoni tal-pensjonijiet ilhom jeżistu għal diversi snin dispożizzjonijiet tal-liġi sekondarja li jissalvagwardaw il-moviment liberu tal-ħaddiema<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol 1, p. 35), li dan l-aħħar ġie sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol 5, p. 72).</P></NOTE>, dispożizzjoni korrispondenti fil-qasam tal-pensjonijiet<?PAGE NO="I-1388"?> professjonali addizzjonali hija nieqsa<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Regolament Nru 1408/71 ma japplikax għall-pensjonijiet professjonali ta’ rtirar, ara s-sentenza tal-<DATE ISO="19980924">24 ta’ Settembru 1998</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/97" PAGE.ECR="I-5325" YEAR="1998">C-35/97, Ġabra I-5325</REF.DOC.ECR>, punti 34 u 35).</P></NOTE>. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat f’okkażjoni preċedenti, applikazzjoni b’analoġija tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fis-seħħ għal skemi legali tal-assigurazzjoni tal-pensjonijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19990420">20 ta’ April 1999</DATE>, Nijhuis (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-360/97" PAGE.ECR="I-1919" YEAR="1999">C-360/97, Ġabra p. I-1919</REF.DOC.ECR>, punt 30).</P></NOTE> ma hijiex possibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Permezz tad-Direttiva 98/49/KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE>, dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni komplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol 3, p. 323).</P></NOTE> tfasslu l-ewwel passi għall-ħarsien tad-drittijiet tal-pensjonijiet addizzjonali tal-ħaddiema migranti. Madankollu, sa issa għadha ma ntlaħqitx trasferibbiltà awtentika jiġifieri, il-possibbiltà sħiħa għall-ħaddiema migranti li jakkwistaw u jikkonservaw id-drittijiet tal-pensjoni professjonali addizzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Proposta tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20051020">20 ta’ Ottubru 2005</DATE>, maħsuba għal dan l-iskop, li b’mod partikolari għandha l-għan li tillimita l-possibbiltà li jkunu introdotti perijodi ta’ kwalifikazzjoni u li jkun żgurat it-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni addizzjonali, sa issa għadha ma ġietx adottata [proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni addizzjonali, COM(2005) 507 finali, li kienet emendata bid-dokument COM(2007) 603 finali, fid-<DATE ISO="20071009">9 ta’ Ottubru 2007</DATE>].</P></NOTE>. Barra minn hekk, id-Direttiva 98/49 ma tistax tkun applikata <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-fatti tal-kawża inkwistjoni, minħabba li din kellha tkun trasposta fid-diritt nazzjonali sal-25 ta’ Lujlu 2001<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/49, it-terminu għat-traspożizzjoni kien jiskadi 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-direttiva. L-Artikolu 11 tad-direttiva stabbilixxa li d-data tad-dħul fis-seħħ tal-istess direttiva, hija l-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea</HT>, li kienet il-<DATE ISO="19980725">25 ta’ Lulju 1998</DATE>. It-terminu għat-traspożizzjoni għalhekk skada fil-<DATE ISO="20010725">25 ta’ Lulju 2001</DATE>.</P></NOTE>, jiġifieri ħafna wara l-perijodu li matulu M. Casteels kien jaħdem fl-istabbiliment Ġermaniż tal-British Airways f’Düsseldorf.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għad-domandi magħmula mill-Arbeidshof te Brussel, tista’ tingħata biss permezz tad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-Artikoli 39 KE u 42 KE li tirreferi naturalment għalihom il-qorti tar-rinviju fit-talba għal deċiżjoni preliminari, kienu madankollu riformulati u bid-dħul fis-seħħ fl-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> tat-Trattat ta’ Lisbona saru l-Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE rispettivament. Abbażi tal-prinċipju ġenerali li jistabbilixxi li dispożizzjoni ġdida għandha tapplika wkoll għall-effetti preżenti u futuri ta’ sitwazzjonijiet eżistenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19731205">5 ta’ Diċembru 1973</DATE>, SOPAD (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-143/73" PAGE.ECR="1433" YEAR="1973">C-143/73, Ġabra p. 1433</REF.DOC.ECR>, punt 8); tad-<DATE ISO="20020129">29 ta’ Jannar 2002</DATE>, Pokrzeptowicz-Meyer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-162/00" PAGE.ECR="I-1049" YEAR="2002">C-162/00, Ġabra p. I-1049</REF.DOC.ECR>, punt 50), u tas-<DATE ISO="20100706">6 ta’ Lulju 2010</DATE>, Monsanto Technology (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-428/08" PAGE.ECR="I-6765" YEAR="2010">C-428/08, Ġabra p. I-6765</REF.DOC.ECR>, punt 66); fl-aħħar nett, fl-istess sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottobru 2010</DATE>, Lassal (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-162/09" PAGE.ECR="I-9217" YEAR="2010">C-162/09, Ġabra p. I-9217</REF.DOC.ECR>, punt 39).</P></NOTE>, sabiex il-kawża inkwistjoni tingħata risposta, għandu jsir riferiment biss għall-Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE. Fil-fatt, hawnhekk, mhux qed tkun trattata l-evalwazzjoni leġittima ta’ deċiżjoni (amministrativa) abbażi ta’ dispożizzjoni li kienet fis-seħħ fil-perijodu tal-adozzjoni tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Fil-perijodu li fih M. Casteels kien jaħdem fil-Ġermanja (mill-<DATE ISO="19881115">15 ta’ Novembru 1988</DATE> sal-<DATE ISO="19911001">1 ta’ Ottubru 1991</DATE>), għall-moviment liberu tal-ħaddiema kienu japplikaw l-Artikoli 48-51 tat-Trattat KEE fil-verżjoni tal-Att Uniku Ewropew.</P></NOTE>, iżda li jkunu evalwati ċ-ċansijiet<?PAGE NO="I-1389"?> attwali ta’ suċċess tad-dritt invokat minn ħaddiem<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Anki fis-sentenza tas-<DATE ISO="20100316">16 ta’ Marzu 2010</DATE>, Olympique Lyonnais (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-325/08" PAGE.ECR="I-2177" YEAR="2010">C-325/08, Ġabra p. I-2177</REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja rrimedjat id-domandi preliminari, li tressqu lilha skont l-Artikolu 39 KE, filwaqt li irreferiet għall-Artikolu 45 TFUE.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-fatt li fil-każ preżenti qed tiġi diskussa quddiem qorti Belġjana l-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjoni fis-seħħ fil-Ġermanja, ma jipprekludi bl-ebda mod l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>F’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="19891123">23 ta’ Novembru 1989</DATE>, Eau de Cologne &amp; Parfümerie-Fabrik 4711 (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-150/88" PAGE.ECR="3891" YEAR="1989">C-150/88, Ġabra p. 3891</REF.DOC.ECR>, punt 12, flimkien mal-punt 1).</P></NOTE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari, l-Arbeidshof te Brussel essenzjalment tixtieq tkun taf jekk persuna privata tistax tapplika fil-konfront tal-persuna li timpjegaha l-Artikolu 42 KE (li issa sar l-Artikolu 48 TFUE). Din id-domanda għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-fatt li, kif ġie espost iktar il fuq<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara iktar ’il fuq (punti 22 u 23 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE> għal perijodu rilevanti għalina hawnhekk, bejn l-1988 u l-1991, ma kinux jeżistu dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju għall-koordinament tal-pensjonijiet professjonali addizzjonali fil-livell tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandha effett dirett jekk tkun ċara u mingħajr kundizzjonijiet u ma tkun suġġetta għall-ebda provvediment ieħor ta’ eżekuzzjoni ta’ natura diskrezzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19630205">5 ta’ Frar 1963</DATE>, van Gend &amp; Loos (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-26/62" PAGE.ECR="1" YEAR="1963">C-26/62, Ġabra p. 1</REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari p. 24), u tal-<DATE ISO="19860115">15 ta’ Jannar 1986</DATE>, Hurd (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-44/84" PAGE.ECR="29" YEAR="1986">C-44/84, Ġabra p. 29</REF.DOC.ECR>, punt 47).</P></NOTE>. Għalhekk, fi kliem sempliċi, dispożizzjoni għandha tkun <HT TYPE="ITALIC">mingħajr kundizzjonijiet u preċiża biżżejjed</HT> fil-kontenut sabiex il-persuni individwali jkunu jistgħu japplikawha.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-Artikolu 48 TFUE ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti. Id-dispożizzjoni tipprovdi bażi leġiżlattiva għal-leġiżlatur tal-Unjoni għall-adozzjoni, fil-qasam tas-sigurtà soċjali, tal-miżuri neċessarji għall-istabbiliment tal-moviment liberu tal-ħaddiema. Din ma hijiex la mingħajr kundizzjoni fil-kontenut u lanqas preċiża biżżejjed.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-Artikolu 48 TFUE huwa nieqes minn kontenut <HT TYPE="ITALIC">mingħajr kundizzjoni</HT> għaliex għall-implementazzjoni tal-għanijiet ta’ din id-dispożizzjoni hemm bżonn l-intervent tal-leġiżlatur tal-Unjoni. Il-leġiżlatur tal-Unjoni jgawdi setgħa diskrezzjonali wiesa’ fir-rigward tal-għażla tal-miżuri li għandhom jiġu adottati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenzi Nijhuis (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 30), u tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, von Chamier-Glisczinski (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-208/07" PAGE.ECR="I-6095" YEAR="2009">C-208/07, Ġabra p. I-6095</REF.DOC.ECR>, punt 64).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-Artikolu 48 TFUE huwa nieqes minn <HT TYPE="ITALIC">kontenut preċiż</HT> għaliex f’din id-dispożizzjoni għall-qasam estremament<?PAGE NO="I-1390"?> kumpless tas-sigurtà soċjali, huma preskritti biss għanijiet ġenerali dwar, min-naħa, l-aggregazzjoni tal-perijodi assigurattivi [Artikolu 48(1)(a) TFUE], u min-naħa oħra, l-esportabbiltà tal-benefiċċji [Artikolu 48(1)(b) TFUE]. Madankollu, mhux possibbli li jkun konkluż direttament mill-Artikolu 48 TFUE, kif bl-istess mod id-dispożizzjoni ma tipprovdix indikazzjonijiet għal liema benefiċċji tal-assigurazzjoni u liema kundizzjonijiet għandha tkun stabbilita l-esportabbiltà. Madankollu għalkemm l-Artiklolu 48 TFUE jagħti lill-Kunsill mandat leġiżlattiv sabiex jistabbilixxi skema fuq il-livell tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>L-Artikolu 48 TFUE <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>il-kompitu li jistabbilixxi skema sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jegħlbu l-ostakoli li jistgħu jsibu minħabba r-regoli nazzjonali adottati fil-qasam tas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (sentenzi tat-<DATE ISO="19951122">22 ta’ Novembru 1995</DATE>, Vougioukas, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-443/93" PAGE.ECR="I-4033" YEAR="1995">C-443/93, Ġabra p. I-4033</REF.DOC.ECR>, punt 30; tas-<DATE ISO="20041216">16 ta’ Diċembru 2004</DATE>, My, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-293/03" PAGE.ECR="I-2013" YEAR="2004">C-293/03, Ġabra p. I-2013</REF.DOC.ECR>, punt 34, kif ukoll is-sentenza von Chamier-Glisczinski, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punt 64). F’dan il-kuntest, l-għan prinċipali li għandu jkun segwit jikkonsisti fl-istabbiliment ta’ moviment liberu ’l iktar kompluta possibbli għall-ħaddiema migranti (sentenza tat-<DATE ISO="19781012">12 ta’ Ottubru 1978</DATE>, Belbouab, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-10/78" PAGE.ECR="1915" YEAR="1978">C-10/78, Ġabra p. 1915</REF.DOC.ECR>, punt 5).</P></NOTE>, dan l-Artikolu ma jipprovdix biżżejjed speċifikazzjonijiet kif għandha tkun standardizzata din l-iskema.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel domanda preliminari tal-Arbeidshof te Brussel, għandha tingħata risposta f’sens negattiv.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda preliminari l-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment tixtieq tkun taf jekk il-moviment liberu tal-ħaddiema jimponix, għall-evalwazzjoni tal-perijodu ta’ kwalifikazzjoni għall-benefiċċji tal-pensjoni professjonali addizzjonali, li jkun ikkunsidrat iż-żmien kollu tal-impjieg li ħaddiem ikun ħadem mal-istess persuna fl-istabbilimenti tal-istess persuna fi Stati Membri differenti. Il-qorti tar-rinviju qed titlob, barra minn hekk, li jkun iċċarat jekk il-moviment liberu tal-ħaddiema jipprojbixxix li t-trasferiment ta’ dan il-ħaddiem minn stabbiliment għal ieħor jista’ jitqies, għall-finijiet tal-akkwist tal-imsemmija perijodi ta’ kwalifikazzjoni, bħala tluq volontarju mill-istabbiliment ikkunsidrat, anki jekk dan il-ħaddiem ikunu ta l-kunsens għal dan it-trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Iż-żewġ aspetti ta’ din id-domanda tressqu kemm fir-rigward tal-Artikolu 39 KE, kif ukoll tal-Artikolu 42 KE (li saru l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 48(1) TFUE). Madankollu, dawn għandhom jitqiesu biss fir-rigward tal-Artikolu 45 TFUE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-kamp tal-pensjonijiet professjonali addizzjonali jistgħu jkunu evalwati abbażi tad-dispożizzjonijiet dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema, kif turi, pereżempju, is-sentenza tal-<DATE ISO="20000615">15 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Sehrer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-392/98" PAGE.ECR="I-4585" YEAR="2000">C-392/98, Ġabra p. I-4585</REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punt 36).</P></NOTE>, minħabba li l-Artikolu 48 TFUE ma għandux test preċiż biżżejjed<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara dwar dan il-punt, il-kunsiderazzjonijiet tiegħi dwar l-ewwel domanda preliminari (punti 27-32 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>, biex ikun jista’ jintuża bħala parametru għal-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1391"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Kunsiderazzjonijiet preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż iqis li l-leġiżlazzjoni li fiż-żmien tal-każ kienet tirregola l-perijodi ta’ kwalifikazzjoni fil-Ġermanja, skont l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tal-BertAVG, ma setgħatx tmur kontra d-dritt tal-Unjoni għas-sempliċi fatt li tistabbilixxi biss dispożizzjonijiet minimi. Min iħaddem u l-ħaddiema huma liberi li jaqblu fuq kundizzjonijiet iktar favorevoli fil-kuntest tal-libertà kuntrattwali tagħhom, u b’mod partikolari li jistabbilixxu perijodi ta’ kwalifikazzjoni iqsar (ara wkoll l-Artikolu 17(3) tal-BetrAVG).</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li r-rekwiżiti minimi stabbiliti mil-liġi dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema jistgħu jiġu evalwati skont id-dritt tal-Unjoni u għandhom ikunu kompatibbli miegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja f’ħafna kawżi trattat il-kwistjoni dwar il-konformità tal-liġi tal-Unjoni mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-protezzjoni minima tal-ħaddiema; ara, pereżempju, dwar il-ħinijiet tax-xogħol, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20041005">5 ta’ Ottubru 2004</DATE>, kawżi magħquda minn C-397/01 sa C-403/01, Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Ġabra p. I-8835), u tat-<DATE ISO="20041012">12 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Wippel (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-313/02" PAGE.ECR="I-9483" YEAR="2004">C-313/02, Ġabra p. I-9483</REF.DOC.ECR>), dwar il-leave tal-maternità, sentenza tal-<DATE ISO="20050414">14 ta’ April 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-519/03" PAGE.ECR="I-3067" YEAR="2005">C-519/03, Ġabra p. I-3067</REF.DOC.ECR>). F’dawn il-kawżi kollha kien ikun possibbli jiġu inklużi fil-kuntratt tax-xogħol kundizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk indikati fil-liġi nazzjonali. Anki l-protezzjoni minima tal-liġi nazzjonali għandha tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni.</P></NOTE>, peress li huma dejjem espressjoni tal-mudell żviluppat mil-leġiżlatur għar-regolamentazzjoni tal-qasam inkwistjoni. Kuntest ġuridiku vinkolanti li japplika meta l-persuna li timpjega u l-ħaddiem ma jaqblux fuq xi derogi, għandu <HT TYPE="ITALIC">per se</HT> jkun konformi mad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, il-leġiżlatur nazzjonali ma jistax iħalli lill-partijiet kontraenti l-obbligu li joħolqu sitwazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-każ inkwistjoni, ma huwiex ta’ ħtieġa li nidħol fid-dettal ta’ din il-problema. Kif fil-fatt irriżulta kemm mill-fażi bil-miktub kif ukoll fil-fażi orali tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt għall-pensjoni ta’ M. Casteels għall-perijodu li huwa ħadem huwa prekluż mhux mill-perijodi ta’ kwalifikazzjoni obbligatorji applikabbli fil-Ġermanja f’dak il-perijodu, iżda mill-Artikolu 7 tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fl-aħħar minn l-aħħar, huwa proprju dan il-ftehim kollettiv li l-qorti tar-rinviju qed tpoġġi fiċ-ċentru tal-kunsiderazzjonijiet tagħha meta fit-tieni domanda preliminari tirreferi għad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[determinazzjoni] tal-perijodu li, malli jiġi komplut, jagħti lok għal kisba ta’ drittijiet definittivi għal benefiċċji ta’ pensjoni addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u f’dan ir-rigward tirreferi u tenfasizza b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>s-snin ta’ servizz li l-ħaddiem diġà wettaq mal-istess persuna li tħaddmu fi Stat Membru ieħor,<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u s-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>sitwazzjoni, kif stabbilita fir-regoli dwar il-pensjonijiet, ta’ ħaddiem li b’mod volontarju jitlaq mill-post ta’ negozju<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1392"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-moviment liberu tal-ħaddiema</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 TFUE ma japplikax biss għall-miżuri leġiżlattivi jew amministrattivi iżda wkoll għal dispożizzjonijiet oħra ta’ natura oħra li għandhom l-għan li jirregolaw ix-xogħol, u speċjalment il-ftehim kollettiv<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="19741212">12 ta’ Diċembru 1974</DATE>, Walrave u Koch (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="36/74" PAGE.ECR="1405" YEAR="1974">36/74, Ġabra p. 1405</REF.DOC.ECR> punti 16 u 17); tal-<DATE ISO="19951215">15 ta’ Diċembru 1995</DATE>, Bosman (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-415/93" PAGE.ECR="I-4921" YEAR="1995">C-415/93, Ġabra p. I-4921</REF.DOC.ECR>, punti 82-84); tas-<DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, Merida (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-400/02" PAGE.ECR="I-8471" YEAR="2004">C-400/02, Ġabra p. I-8471</REF.DOC.ECR>), kif ukoll is-sentenza Olympique Lyonnais (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 21, punti 30 u 31).</P></NOTE>. Dispożizzjonijiet li jirregolaw ftehim kollettivi fil-qasam tal-pensjonijiet professjonali addizzjonali, bħal dawk ikkontestati f’dan il-każ, jistgħu jiġu evalwati abbażi tal-parametru tal-moviment liberu tal-ħaddiema.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Restrizzjonijiet fil-moviment liberu</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>Kunsiderazzjonijiet ġenerali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Kemm id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 kif ukoll id-dispożizzjonijiet legali msemmija fih<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-Artikolu 7 tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet, li jirreferi f’diversi okkażżjonijiet għat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>tmiem tal-perjodi ta’ kwalifikazzjoni obbligatorji<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> (ara aktar ’il fuq punt 11 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE> għandhom jiġu applikati mingħajr distinzjoni għal kull ħaddiem li jaħdem fil-Ġermanja fil-post ta’ negozju ta’ British Airways. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jagħmlux distinzjoni bbażata direttament fuq in-nazzjonalità tal-ħaddiema kkonċernati, u ma hemmx elementi li jindikaw li, min-natura tagħhom, dawn jaffettwaw lill-ħaddiema barranin iktar milli lill-ħaddiema nazzjonali u li għalhekk jistgħu jirriżultaw f’diskriminazzjoni indiretta abbażi tan-nazzjonalità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Dwar id-definizzjoni ta’ diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq in-nazzjonalità, ara fost oħrajn, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Hartmann (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/05" PAGE.ECR="I-6303" YEAR="2007">C-212/05, Ġabra p. I-6303</REF.DOC.ECR>, punt 30), u tat-<DATE ISO="20100413">13 ta’ April 2010</DATE>, Bessol <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-73/08" PAGE.ECR="I-2735" YEAR="2010">C-73/08, Ġabra p. I-2735</REF.DOC.ECR>, punt 41).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 45 TFUE mhux biss jipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni, diretta jew indiretta abbażi tan-nazzjonalità, iżda wkoll ir-regoli nazzjonali li, minkejja li japplikaw irrispettivament min-nazzjonalità tal-ħaddiema kkonċernati, jikkostitwixxu xkiel (jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>limitazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) għall-moviment liberu tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenzi tas-<DATE ISO="20000127">27 ta’ Jannar 2000</DATE>, Graf (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-190/98" PAGE.ECR="I-493" YEAR="2000">C-190/98, Ġabra p. I-493</REF.DOC.ECR>, punt 18); tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, Weigel (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-387/01" PAGE.ECR="I-4981" YEAR="2004">C-387/01, Ġabra p. I-4981</REF.DOC.ECR>, punti 50 u 51); tal-<DATE ISO="20050915">15 ta’ Settembru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-464/02" PAGE.ECR="I-7929" YEAR="2005">C-464/02, Ġabra p. I-7929</REF.DOC.ECR>, punt 45), kif ukoll is-sentenza tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-269/07" PAGE.ECR="I-7811" YEAR="2009">C-269/07, Ġabra p. I-7811</REF.DOC.ECR>, punt 107).</P></NOTE>. Fil-fatt, l-Artikolu 45 TFUE jipprekludi kull miżura nazzjonali li, anki jekk tapplika mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, tista’ tfixkel jew trendi inqas attraenti l-eżerċizzju, min-naħa taċ-ċittadini Komunitarji, tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19930331">31 ta’ Marzu 1993</DATE>, Kraus (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-19/92" PAGE.ECR="I-1663" YEAR="1993">C-19/92, Ġabra p. I-1663</REF.DOC.ECR>, punt 32), tat-<DATE ISO="20070130">30 ta’ Jannar 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-150/04" PAGE.ECR="I-1163" YEAR="2007">C-150/04, Ġabra p. I-1163</REF.DOC.ECR>, punt 46 flimkien mal-punti 35 u 45), kif ukoll is-sentenza tal-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, il-Gvern tal-Komunità Franċiża u l-Gvern tal-Vallonja (minn issa ’l quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Assigurazzjoni għall-kura Fjammina<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/06" PAGE.ECR="I-1683" YEAR="2008">C-212/06, Ġabra p. I-1683</REF.DOC.ECR>, punt 45).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1393"?><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>B’mod ġenerali, id-dispożizzjonijiet tat-TFUE dwar il-moviment liberu tal-persuni, huma intiżi li jiffaċilitaw, għaċ-ċittadini tal-Istati Membri, l-eżerċizzju ta’ attivitajiet professjonali ta’ kwalunkwe natura fit-territorju tal-Unjoni u jipprekludu miżuri li jistgħu jqiegħdu fi żvantaġġ lil dawn iċ-ċittadini meta jkunu jixtiequ jeżerċitaw attività ekonomika fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenzi Bosman (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 94), Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka (C-464/02, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punt 34); Assigurazzjoni għall-kura Fjammina (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 34, punt 44), kif ukoll is-sentenza Olympique Lyonnais (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 21, punt 33).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Dispożizzjonijiet ta’ ftehim kollettiv, bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 7 tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet, irendu inqas attraenti għall-ħaddiema, il-perspettiva li jħallu l-istabbiliment tagħhom sabiex imorru jaħdmu fi stabbiliment ieħor li jkun affiljat ma’ skema professjonali ta’ rtirar jew li ma jkun affiljat mal-ebda skema. Fil-fatt, jekk it-tluq mill-istabbiliment u d-diżaffiljazzjoni konsekuttiva mill-iskema professjonali tal-irtirar iwassluhom biex jitilfu d-drittijiet tal-pensjoni, il-ħaddiema kkonċernati jġarrbu telf finanzjarju sinjifikattiv f’termini tal-pensjoni professjonali ta’ rtirar privata tagħhom. B’hekk, pereżempju, M. Casteels qed jiġi mċaħħad mid-dritt għall-pensjoni professjonali għall-perijodu tas-servizz tiegħu fl-istabbiliment Ġermaniż ta’ British Airways f’Düsseldorf, u ma huwiex se jibbenefika mill-kontribuzzjonijiet li min kien iħaddmu ħallas lill-iskema tal-pensjoni professjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Ċertament dawn ir-regoli u t-telf assoċjat magħhom ma għandhomx jiġu evalwati abbażi tal-Artikolu 45 TFUE, jekk jostakolawx jew ma jinkoraġġixxux it-trasferiment bejn l-istabbilimenti <HT TYPE="ITALIC">fl-istess Stat Membru</HT>. Id-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju dwar il-moviment liberu ma japplikawx, fil-fatt, għal sitwazzjonijiet li huma sempliċiment interni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenzi tas-<DATE ISO="19990126">26 ta’ Jannar 1999</DATE>, Terhoeve (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-18/95" PAGE.ECR="I-345" YEAR="1999">C-18/95, Ġabra p. I-345</REF.DOC.ECR>, punt 26), u Assigurazzjoni għall-kura Fjammina (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 34, punti 33 u 38).</P></NOTE>. Dawn id-dispożizzjonijiet, iżda, jikkostitwixxu ostaklu għall-moviment liberu tal-ħaddiema, meta huma – bħal fil-każ inkwistjoni – jista’ jkollhom effetti negattivi fuq it-trasferiment <HT TYPE="ITALIC">transkonfinali</HT> fi stabbilimenti li jinsabu fi Stati Membri oħrajn. Fil-fatt, dispożizzjonijiet li jistgħu jiddiswadu liċ-ċittadini tal-Unjoni milli jitilqu minn Stat Membru biex jagħmlu xogħol fi Stat Membru ieħor, jikkostitwixxu ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>F’dan is-sens, is-sentenzi Bosman (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 96); Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka (C-464/02, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punt 35); Assigurazzjoni għall-kura Fjammina (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 34, punti 44 sat-tmiem, u 48), kif ukoll is-sentenza Olympique Lyonnais (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 21, punt 34).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni tista’ tkun differenti biss li kieku l-effetti tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv li huma kkontestati kienu wisq inċerti u indiretti biex ikunu kapaċi jikkostitwixxu limitazzjoni għall-moviment<?PAGE NO="I-1394"?> liberu tal-ħaddiema<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Is-sentenzi tas-<DATE ISO="20000127">27 ta’ Jannar 2000</DATE>, Graf (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-190/98" PAGE.ECR="I-493" YEAR="2000">C-190/98, Ġabra p. I-493</REF.DOC.ECR>, punt 25) u Assigurazzjoni għall-kura Fjammina (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 34, punt 51).</P></NOTE>. Fil-każ inkwistjoni ma hemm ebda evidenza f’dan is-sens. Ħaddiem fis-sitwazzjoni ta’ M. Casteels, li wara tliet snin ta’ servizz jista’ jiddependi biss fuq il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tiegħu stess<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Fil-proċeduri quddiem l-Qorti tal-Ġustizzja ma ġiex iċċarat jekk M. Casteels kienx effettivament rimburżat għall-kontribuzzjonijiet li ħallas bejn l-1988 u l-1991.</P></NOTE>, mingħajr ma jibbenefika mill-ammonti mħallsa minn min iħaddmu, iġarrab telf finanzjarju kunsiderevoli fil-konfront tal-kollegi tiegħu li jibqgħu jaħdmu fl-istess post. Barra minn hekk, ma nżammx id-dritt tiegħu għal pensjoni professjonali addizzjonali għall-perijodi ta’ servizz ikkonċernat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Jirriżulta mill-anness 9 tal-osservazzjonijiet tal-British Airways li din tal-aħħar waqqfet il-kuntratt tal-assigurazzjoni tal-grupp ma’ Victoria Lebensversicherung AG f’Novembru 1991 f’dak li jirrigwarda lil M. Casteels.</P></NOTE>, li għalhekk irriżulta f’telf sostanzjali f’termini tal-pensjoni privata ta’ rtirar tiegħu. Dan it-telf ekonomiku, flimkien mat-telf f’termini ta’ pensjoni privata addizzjonali ta’ rtirar, huma biżżejjed biex jiddiswadu ħaddiem milli jittrasferixxi ruħu f’stabbiliment ieħor barra l-pajjiż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>Fuq l-argumenti mressqa minn British Airways</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-oġġezzjonijiet imressqa minn British Airways ma jaffettwawx il-fatt li hemm restrizzjoni fil-moviment liberu tal-ħaddiema. Għal kompletezza, se neżaminhom fil-qosor.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Paragun ma’ bidla purament interna tal-istabbiliment</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, skont British Airways ma hemmx restrizzjoni, peress illi M. Casteels xorta kien ser jitlef id-drittijiet għall-pensjoni li kieku ttrasferixxa ruħu fi stabbiliment ieħor li jinsab fl-istess Stat Membru. Il-Gvern Grieg huwa tal-istess opinjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Dan l-argument mhux rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Minn naħa, il-kunċett tal-limitazzjoni tal-moviment liberu mhux neċessarjament jassumi li s-sitwazzjonijiet transkonfinali huma s-suġġett ta’ trattament differenti jew inqas favorevoli meta mqabbel mas-sitwazzjonijiet purament nazzjonali. Il-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi tenniet l-eżistenza ta’ limitazzjonijiet anki fil-każijiet meta l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tapplika bl-istess<?PAGE NO="I-1395"?> mod kemm għas-sitwazzjonijiet interni kif ukoll għal dawk transkonfinali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara pereżempju, is-sentenzi Bosman (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30) u Olympique Lyonnais (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 21), fejn ir-regoli applikati mill-federazzjonijiet tal-futbol rigward it-trasferiment tal-plejers tal-futbol lil klabbs oħra kienu japplikaw kemm għal trasferimenti interni kif ukoll għal trasferimenti transkonfinali. Bl-istess mod, f’dak li jirrigwarda l-libertà tal-istabbiliment, ara s-sentenza tad-<DATE ISO="20090519">19 ta’ Mejju 2009</DATE>, kawżi magħquda, Apothekerkammer des Saarlandes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-171/07+C-172/07" PAGE.ECR="I-4171" YEAR="2009">C-171/07 u C-172/07, Ġabra p. I-4171</REF.DOC.ECR>), li s-suġġett tagħha kien il-prinċipju Ġermaniż imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Fremdbesitzverbotli<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li jirriżerva d-dritt għall-ispiżjara biss li jkunu sidien ta’ spiżerija; dan il-prinċipju japplika wkoll kemm għall-impriżi nazzjonali kif ukoll għal dawk barranin li jixtiequ jkollhom spiżerija fil-Ġermanja.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ħarsa lejn il-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet turi li fil-każ inkwistjoni, kuntrarjament għal dak sottomess minn British Airways, il-mobbiltà internazzjonali kienet effettivament trattata b’mod inqas favorevoli fil-fatti milli l-mobbiltà purament nazzjonali. Kif jirriżulta mill-atti, il-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet jinkludi, fuq livell ġeografiku, it-territorju kollu tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, minħabba li kien japplika għall-persunal fuq l-art ta’ British Airways <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>fil-Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara l-Artikolu 1 tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet li l-istess British Airways ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja bħala l-anness 7 għas-sottomissjonijiet tagħha.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>B’hekk, jekk meta fl-1991 M. Casteels telaq minn Düsseldorf u mar f’post ieħor fil-Ġermanja fi stabbiliment ieħor ta’ British Airways, dan it-trasferiment, abbażi tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet, ma kien ikollu ebda effett fuq id-drittijiet għall-pensjoni tiegħu. Għall-kuntrarju, it-trasferiment internazzjonali tiegħu fi stabbiliment Franċiż ta’ British Airways, wassal għat-telf tad-drittijiet tal-pensjoni abbażi tal-imsemmi Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet – dejjem skont l-interpretazzjoni ta’ British Airways.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-ostakoli fl-aċċess għas-suq tax-xogħol fi Stati Membri oħra</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>It-tieni nett, British Airways issostni li l-moviment liberu ta’ M. Casteels ma kienx limitata, minħabba li r-regoli tal-ftehim kollettiv fil-fatt bl-ebda mod ma waqqfu lil M. Casteels milli jitrasferixxi minn stabbiliment għall-ieħor tal-kumpanija tal-ajru, minn Stat Membru għal ieħor. Il-fatti juru li matul is-snin, M. Casteels ħadem fi stabbilimenti differenti ta’ British Airways fi Stati Membri differenti. Għalhekk l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>aċċess tiegħu għas-suq tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fi Stati Membri oħra ma kien bl-ebda mod ostakolat.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Anki dan l-argument ma jreġix.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Minn naħa, skont ġurisprudenza stabbilita, hemm restrizzjoni kull darba li l-miżura <HT TYPE="ITALIC">hija ta’ natura li</HT> tfixkel jew trendi inqas attraenti l-eżerċitar tal-libertajiet<?PAGE NO="I-1396"?> fundamentali ggarantiti mit-Trattat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenzi Kraus (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 34, punt 32), u Assigurazzjoni għall-kura Fjammina (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 34, punt 48 sa tmiem, u l-punt 55); fl-istess sens – fil-qasam tal-libertà tal-istabbiliment – is-sentenza Apothekerkammer des Saarlandes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41, punt 22).</P></NOTE>. Din hija s-sitwazzjoni tal-każ inkwistjoni, peress li r-regoli tal-ftehim kollettiv u l-possibbiltà ta’ telf ekonomiku f’termini tal-pensjoni privata addizzjonali għandhom effett ta’ deterrent għall-ħaddiema li għandhom il-ħsieb li jbiddlu l-istabbiliment<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Bl-istess mod il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ ta’ Assigurazzjoni għall-kura Fjammina (sentenza iċċitata iktar ’il fuq fin-nota 34, punt 48), ikkwalifikat bħala xkiel għall-moviment liberu tal-ħaddiema il-fatt li dawn, b’konsegwenza tad-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-kamp tas-sigurtà soċjali, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>jinsabu fis-sitwazzjoni li fiha jissubixxu kemm it-telfa tal-benefiċċju ta’ l-assigurazzjoni għall-kura, kif ukoll limitazzjoni fl-għażla tal-post fejn jitrasferixxu r-residenza tagħhom jista’.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></NOTE>. Fi kwalunkwe każ ma jistax jiġi eskluż, b’kunsiderazzjoni għat-tibdil demografiku u tal-ħtieġa dejjem tikber tal-pensjonijiet privati addizzjonali ta’ rtirar, li l-ħaddiema, fil-mument li jiddeċiedu jekk jeżerċitawx id-dritt tagħhom tal-moviment liberu, jikkunsidraw il-possibbiltà tat-telf tad-drittijiet tagħhom għall-pensjoni privata addizzjonali ta’ rtirar<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Fl-istess sens, ara s-sentenza Assigurazzjoni għall-kura Fjammina (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 34, punt 53).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma huwiex kontestabbli li M. Casteels, b’konsegwenza tat-trasferiment li seħħ fis-sena 1991 mill-istabbiliment Ġermaniż ta’ British Airways ta’ Düsseldorf għal dak Franċiż, kien kostrett li jġarrab telf ekonomiku kif ukoll tnaqqis tal-pensjoni privata addizzjonali ta’ rtirar, meta d-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv ikunu applikati skont kif tixtieq British Airways.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Id-dritt għall-moviment liberu stabbilit bl-Artikolu 45 TFUE ċertament ma jagħti ebda garanzija lill-ħaddiema li jsibu, f’kull Stat Membru fejn ikunu, l-istess qafas ġuridiku fil-qasam professjonali, soċjali u fiskali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Fil-kamp tad-dritt soċjali, ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="20020319">19 ta’ Marzu 2002</DATE>, kawżi magħquda Hervein <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-393/99+C-394/99" PAGE.ECR="I-2829" YEAR="2002">C-393/99 u C-394/99, Ġabra p. I-2829</REF.DOC.ECR>, punt 51); tad-<DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE>, Piatkowski (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-493/04" PAGE.ECR="I-2369" YEAR="2006">C-493/04, Ġabra p. I-2369</REF.DOC.ECR>, punt 34); tal-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Leyman (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-3/08" PAGE.ECR="I-9085" YEAR="2009">C-3/08, Ġabra p. I-9085</REF.DOC.ECR>, punt 45), tal-<DATE ISO="20100615">15 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-211/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 61), u tal-<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Van Delft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-345/09" PAGE.ECR="I-9879" YEAR="2010">C-345/09, Ġabra p. I-9879</REF.DOC.ECR>, punt 100).</P></NOTE>. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-moviment liberu, għandhom l-għan li jipproteġu lill-ħaddiema mill-iżvantaġġi speċifiċi marbuta mal-eżerċitar tal-moviment liberu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>F’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19751021">21 ta’ Ottubru 1975</DATE>, Petroni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-24/75" PAGE.ECR="1149" YEAR="1975">C-24/75, Ġabra p. 1149</REF.DOC.ECR>, punt 13); tas-<DATE ISO="19910307">7 ta’ Marzu 1991</DATE>, Masgio (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-10/90" PAGE.ECR="I-1119" YEAR="1991">C-10/90, Ġabra p. I-1119</REF.DOC.ECR>, punt 18); tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Petersen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-228/07" PAGE.ECR="I-6989" YEAR="2008">C-228/07, Ġabra p. I-6989</REF.DOC.ECR>, punt 43), kif ukoll is-sentenza Leyman (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 46, punt 41).</P></NOTE>; b’mod partikolari, l-eżerċitar tal-moviment liberu ma jistax ikollu l-effett li l-ħaddiem iħallas il-kontribuzzjonijiet tiegħu lil fond mitluf<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenzi Hervein <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punt 51 sat-tmiem), Piatkowski (punt 34 sat-tmiem) u Leyman (punt 45 sat-tmiem) u Van Delft <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punt 101) kollha ċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 46.</P></NOTE>. Iżda, dan huwa dak li preċiżament qed twassal għalih il-leġiżlazzjoni tal-ftehim kollettiv fil-każ inkwistjoni jekk tkun interpretata u applikata kif tixtieq British Airways: ħaddiem li, qabel ma jtemm il-perijodu ta’ kwalifikazzjoni obbligatorju, jmur fi Stat Membru ieħor jitlef id-dritt – kollu jew parti minnu – li huwa jkun akkwista bil-ħlas tal-kontribuzzjonijiet lill-pensjoni taħt il-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1397"?><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Paragun mal-kawża Graf</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>It-tielet nett, British Airways, titlob li jsir paragun bejn dan il-każ u dak Graf<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Sentenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 38.</P></NOTE>. Iż-żewġ kawżi jirreferu għat-telf tal-benefiċċji ekonomiċi b’konsegwenza ta’ tibdil voluntarju tal-post tax-xogħol mill-ħaddiem involut; jekk fil-każ Graf ma kienx iddikjarat li kien hemm restrizzjoni għad-dritt tal-moviment liberu tal-ħaddiema, anki f’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja, ma tistax tgħid li kien hemm xi restrizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Anki dan l-argument ma jikkonvinċinix</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-kawża Graf kienet dwar kumpens għal tkeċċija skont il-liġi Awstrijaka, magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Abfertigung<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> (kumpens għal tkeċċija). Kif il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat f’dak il-każ, id-dritt għal dan il-kumpens għal tkeċċija kien jiddependi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>fuq avveniment futur u ipotetiku, jiġifieri ksur ulterjuri tal-kuntratt tiegħu mingħajr ma hu [il-ħaddiem] stess ikun ħa l-inizjattiva għal dan il-ksur jew minħabba xi raġuni attribwita lilu<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Sentenza Graf (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 38, punt 24).</P></NOTE>. Għal kuntrarju, dan il-każ huwa dwar dritt tal-pensjoni akkwistat abbażi tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet, u ma jiddependix fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>avveniment futur u ipotetiku<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, iżda fuq ċirkustanza neċessarja marbuta mal-eżerċitar tad-dritt tal-moviment liberu, jew fi kliem ieħor l-għażla tal-post fejn wieħed jaħdem<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Fl-istess sens, is-sentenza Assigurazzjoni għall-kura Fjammina (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 34, punt 51).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkunsidrat li l-garanzija tal-ħlas tal-pensjoni li għamlet British Airways lil M. Casteels saret mill-mument li huwa beda jaħdem f’Düsseldorf fil-<DATE ISO="19881115">15 ta’ Novembru 1988</DATE>, u li M. Casteels mill-ewwel ġurnata akkwista, minħabba l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni mħallsa minnu u mill-persuna li timpjegah, id-dritt għall-pensjoni professjonali addizzjonali. Jekk issa dan id-dritt jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>mitluf<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, jirriżulta f’telf ta’ flus li M. Casteels kien faddal matul it-tliet snin li ħadem f’Düsseldorf, sabiex jipprovdulu pensjoni privata ta’ rtirar. Anki dan il-fatt juri li din il-kawża hija kompletament differenti minn Graf.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu, jiena nibqa’ tal-opinjoni, li regoli kollettivi, bħal dawk fil-kawża inkwistjoni jostakolaw il-moviment liberu tal-ħaddiema kif stabbilit bl-Artikolu 45 TFUE u jikkostitwixxu restrizzjoni ta’ din il-libertà fundamentali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1398"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Ġustifikazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Miżura li tostakola l-moviment liberu tal-ħaddiema tista’ tiġi aċċettata biss jekk ikollha għan leġittimu kompatibbli mat-Trattati u jekk tkun iġġustifikata minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Barra minn hekk, huwa meħtieġ ukoll, f’każ simili, li l-applikazzjoni ta’ tali miżura tkun adegwata sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq l-għan inkwistjoni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara, is-sentenza Kraus (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 34, punt 32); Bosman (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 104); Assigurazzjoni għall-kura Fjammina (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 34, punt 55), kif ukoll is-sentenza Olympique Lyonnais (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 21, punt 38).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-partijiet ippreżentaw is-sottomissjonijiet tagħhom lill-Qorti tal-Ġustizzja u qablu li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv dwar il-perijodi ta’ kwalifikazzjoni, bħal dawk fil-kawża inkwistjoni, għandhom l-għan prinċipali li jsaħħu r-rabtiet bejn il-ħaddiema u l-persuna li timpjega; huma intiżi biex isostnu l-fedeltà tal-ħaddiem lejn l-impriża u, fl-istess waqt il-ħaddiem ikun ikkompensat. Fl-opinjoni tiegħi, inżid li dawn id-dispożizzjonijiet iżiedu ċ-ċertezza fl-ippjanar tal-funzjonament tal-iskema professjonali tal-pensjoni ta’ rtirar filwaqt li jippermettu lill-istituzzjoni li tamministraha biex tiffranka l-ispejjeż amministrattivi ġeneralment mitluba għall-ġestjoni u l-implementazzjoni ta’ drittijiet tal-pensjoni modesti.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Dawn l-għanijiet kollha huma bbażati fuq kunsiderazzjonijiet leġittimi relatati max-xogħol u d-dritt soċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja, irrikonoxxiet li min iħaddem jista’ jikkumpensa, permezz ta’ diversi miżuri l-fedeltà lill-impriża tal-ħaddiema tiegħu, pereżempju, is-sentenza tal-<DATE ISO="19991021">21 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Lewen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-333/97" PAGE.ECR="I-7243" YEAR="1999">C-333/97, Ġabra p. I-7243</REF.DOC.ECR>, punt 28), u tal-<DATE ISO="20050310">10 ta’ Marzu 2005</DATE>, Nikoloudi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-196/02" PAGE.ECR="I-1789" YEAR="2005">C-196/02, Ġabra p. I-1789</REF.DOC.ECR>, punt 63). Anki l-ispejjeż amministrattivi mitluba għall-kalkolu tal-benefiċċji soċjali jistgħu jingħataw importanza; il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet dan, pereżempju, permezz tal-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 1408/71: ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19820202">2 ta’ Frar 1982</DATE>, Sinatra (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-7/81" PAGE.ECR="137" YEAR="1982">C-7/81, Ġabra p. 137</REF.DOC.ECR>, punt 9), u tal-<DATE ISO="19900321">21 ta’ Marzu 1990</DATE>, Ravida (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-85/89" PAGE.ECR="I-1063" YEAR="1990">C-85/89, Ġabra p. I-1063</REF.DOC.ECR>, punt 20).</P></NOTE>, li huma attribwibbli fil-kamp tal-interess pubbliku ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Mingħajr ebda dubju, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettivi bħal dawk tal-każ inkwistjoni, huma <HT TYPE="ITALIC">ideali</HT> biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa neċessarju eżami f’iktar dettal, biex jiġi vverifikat jekk l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv – speċjalment jekk jiġu interpretati skont dak issuġġerit minn British Airways – tmurx lil hinn minn dak <HT TYPE="ITALIC">meħtieġ</HT> biex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi fil-kamp tal-liġi tax-xogħol u tad-dritt soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Skont British Airways, għall-applikazzjoni tal-perijodi ta’ kwalifikazzjoni, it-trasferiment ta’ M. Casteels mill-Ġermanja għall-Franza fl-<DATE ISO="19911001">1 ta’ Ottubru 1991</DATE>, għandu jkun ikkunsidrat bħala waqfien voluntarju tar-relazzjoni tiegħu tax-xogħol fil-Ġermanja; min-naħa l-oħra, ma għandhomx ikunu<?PAGE NO="I-1399"?> kkunsidrati l-perijodi li matulhom ħadem fi stabbilimenti oħra ta’ British Airways.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni, li evidentement ikollha bħala konsegwenza t-telf, għal ħaddiema bħal M. Casteels, tad-dritt tiegħu għall-pensjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Il-garanzija tal-ħlas tal-benefiċċji soċjali għal M. Casteels skont il-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet seħħ biss wara li huwa beda jaħdem f’Düsseldorf fil-<DATE ISO="19881115">15 ta’ Novembru 1988</DATE>. Konsegwentement, dik il-garanzija, kienet ilha teżisti inqas minn tliet snin meta sar it-trasferiment tiegħu fi Franza. Iż-żmien li kien jaħdem f’Düsseldorf ukoll kien inqas minn tliet snin. Konsegwentement M. Casteels, ma kienx għamel il-perijodu ta’ kwalifikazzjoni obbligatorju skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 1(1) tal-BetrAVG, li jagħmlu riferiment għall-Artikolu 7(1) tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet.</P></NOTE>, ma tirriżultax neċessarja biex jintlaħqu l-għanijiet fil-kamp tal-liġi tax-xogħol u tad-dritt soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tar-rabta tal-ħaddiem mal-persuna li timpjegah, huwa evidenti li dan l-għan ma għandu ebda riskju jekk il-ħaddiem jittrasferixxi ruħu minn stabbiliment tal-persuna li timpjegah għal stabbiliment ieħor tal-istess persuna li timpjegah. Anzi, il-ħaddiem inkwistjoni jagħti prova ċara tal-fedeltà tiegħu favur il-persuna li timpjegah jekk, meta jkun mitlub, jaċċetta li jitrasferixxi minn post għal ieħor fi Stat Membru ieħor fl-interess tas-servizz.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Dan imur lil hinn minn dak li hu neċessarju biex tkun żgurata l-fedeltà tal-ħaddiem jekk, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv, li jistgħu jirriżultaw fit-telf tad-dritt tiegħu għall-pensjoni professjonali addizzjonali, ikunu invokati kontrih meta jsir it-trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fit-teorija, is-sitwazzjoni tista’ tkun differenti għal dak li jirrigwarda t-tieni għan indikat iktar ’il fuq, jiġifieri dak li tkun żgurata ċ-ċertezza tal-ippjanar u li jiġu evitati spejjeż amministrattivi mitluba għall-ġestjoni tad-drittijiet tal-pensjoni modesti. Fir-rigward ta’ dan l-għan, anki <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>trasferiment intern<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ta’ ħaddiem minn stabbiliment għal ieħor tal-istess persuna li timpjegah, jista’ fit-teorija jiġġustifika t-telf tad-drittijiet għall-pensjoni, meta dan it-trasferiment isir wara perijodu partikolarment qasir ta’ xogħol. <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Trasferiment intern<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> wara kważi tliet snin ta’ xogħol kontinwu fl-istess stabbiliment ma jsirx wara perijodu ta’ xogħol partikolarment qasir, speċjalment meta hija kkonċernata relazzjoni ta’ xogħol bħal dik ta’ M. Casteels, fejn trasferimenti transkonfinali frekwenti fl-interess tas-servizz huma normali u indikati wkoll fil-kuntratt ta’ impjieg<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-Ftehim Kollettiv tal-<DATE ISO="19880310">10 ta’ Marzu 1988</DATE> bejn il-partijiet tal-kawża prinċipali (aktar ’il fuq f’paragrafu 13 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet fi ftehim kollettiv, bħal dawk fil-każ inkwistjoni, ma tistax tkun iġġustifikata fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1400"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Konsegwenzi għall-kawża prinċipali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, huwa kompitu tal-qorti nazzjonali li, sa fejn permess mill-marġni ta’ diskrezzjoni tad-dritt nazzjonali tagħha, tagħti lid-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali interpretazzjoni u applikazzjoni skont ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19880204">4 ta’ Frar 1988</DATE>, Murphy <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-157/86" PAGE.ECR="673" YEAR="1988">C-157/86, Ġabra p. 673</REF.DOC.ECR>, punt 11); tas-<DATE ISO="20000926">26 ta’ Settembru 2000</DATE>, Engelbrecht (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-262/97" PAGE.ECR="I-7321" YEAR="2000">C-262/97, Ġabra p. I-7321</REF.DOC.ECR>, punt 39), kif ukoll is-sentenza tal-<DATE ISO="20070111">11 ta’ Jannar 2007</DATE>, ITC (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-208/05" PAGE.ECR="I-181" YEAR="2007">C-208/05, Ġabra p. I-181</REF.DOC.ECR>, punt 68).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għall-kawża prinċipali hija l-kompetenza tal-qorti nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ġurisprudenza stabbilita: ara, fost ħafna oħrajn, tal-<DATE ISO="19640715">15 ta’ Lulju 1964</DATE>, Van der Veen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-100/63" PAGE.ECR="1215" YEAR="1964">C-100/63, Ġabra p. 1215</REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari p. 1230), u tal-<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, Feryn (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-54/07" PAGE.ECR="I-5187" YEAR="2008">C-54/07, Ġabra p. I-5187</REF.DOC.ECR>, punt 19).</P></NOTE>. Madankollu, xieraq li nesponi l-osservazzjonijiet li ġejjin sabiex nagħti risposta għat-tieni domanda preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Abbażi tal-għan tal-Artikolu 45 TFUE, li jikkonsisti li jintlaħaq moviment liberu iktar wiesa’ tal-ħaddiema, għandu jiġi evitat li ħaddiem, meta jiġi trasferit minn stabbiliment ta’ min iħaddmu għal ieħor tal-istess persuna li qiegħed fi Stat Membru ieħor, jitlef id-drittijiet eventwali tiegħu għall-pensjoni professjonali addizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Biex l-għan tal-Artikolu 45 TFUE jintlaħaq għandu jkun ikkunsidrat fir-rigward tal-perijodi ta’ kwalifikazzjoni, iż-żmien kollu li l-ħaddiem ħadem mal-istess persuna fi stabbilimenti diversi fi Stati Membri differenti. Barra minn hekk, l-Artikolu 45 TFUE jipprojbixxi li t-trasferiment ta’ ħaddiem bejn postijiet differenti tax-xogħol tal-istess persuna fi Stati Membri differenti jitqies, fir-rigward tal-kompletezza tal-perijodi ta’ kwalifikazzjoni, bl-istess mod bħal tluq volontarju mill-istabbiliment, anki jekk il-ħaddiem jaċċetta t-trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fil-każ inkwistjoni ma jirriżultax li hija eskluża l-possibbiltà li jiġu interpretati u applikati, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u abbażi tal-ħtiġijiet tal-moviment liberu tal-ħaddiema, il-perijodi ta’ kwalifikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 7 tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet, flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1) tal-BetrAVG. Huwa biżżejjed li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>perijodu ta’ servizz<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ta’ M. Casteels ma’ British Airways jiġi kkalkolat abbażi taż-żmien totali tar-relazzjoni tiegħu ta’ impjieg li bdiet mill-<DATE ISO="19740701">1 ta’ Lulju 1974</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Kif iddikjara l-Gvern Ġermaniż fis-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-liġi Ġermaniża tax-xogħol, kif interpretata fil-ġurisprudenza tal-Qorti suprema Ġermaniża, attwalment tirrikjedi li r-relazzjoni tax-xogħol tkun meqjusa b’mod sħiħ.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni sħiħa taż-żmien li M. Casteels ħadem mill-<DATE ISO="19740701">1 ta’ Lulju 1974</DATE>,<?PAGE NO="I-1401"?> tirriżulta assolutament plawsibbli jekk niftakru li fl-<DATE ISO="19880310">10 ta’ Marzu 1988</DATE> kien miftiehem espressament bejn il-partijiet li jiġi kkunsidrat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>għall-effetti kollha<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> li l-impjieg ta’ M. Casteels mal-British Airways beda fl-<DATE ISO="19740701">1 ta’ Lulju 1974</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Ċertament, skont evalwazzjoni unanima tal-partijiet fil-kawża prinċipali, M. Casteels ma kellux ikun affiljat ma’ iktar minn skema professjonali waħda tal-pensjoni ta’ rtirar. Madankollu, ma hemm l-ebda biża’ ta’ arrikkiment indebitu mill-ħaddiem (minħabba l-kisba ta’ iktar drittijiet għall-pensjoni professjonali addizzjonali għall-istess perijodu), iżda, għal kollox kuntrarju, li jitpoġġa fi żvantaġġ mhux iġġustifikat (minħabba t-telf tad-drittijiet tal-pensjoni professjonali fir-rigward ta’ perijodu ta’ kważi tliet snin). Dan jindika li fir-rigward tal-kompletezza ta’ perijodi ta’ kwalifikazzjoni possibbli, għandu jkun ikkunsidrat il-perijodu sħiħ tar-relazzjoni ta’ impjieg mal-British Airways.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Jekk l-<DATE ISO="19740701">1 ta’ Lulju 1974</DATE> tittieħed bħala l-bidu tal-impjieg mal-British Airways, M. Casteels jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet. Din id-dispożizzjoni tapplika għall-ħaddiema <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>li bdew jaħdmu mal-(British Airways) qabel l-<DATE ISO="19780101">1 ta’ Jannar 1978</DATE><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rappreżentant <HT TYPE="ITALIC">ad litem</HT> tal-British Airways ammetta speċifikament, li l-Artikolu 7(2) tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet, jista’ jkun applikat għal Casteels.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, M. Casteels jista’ jitqies ukoll, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2)(b) tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet, bħala ħaddiem li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>waqaf<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> jaħdem mal-British Airways qabel ma temm il-perijodu ta’ kwalifikazzjoni obbligatorju, kif stipulat fl-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tal-BertAVG, iżda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>wara ħames snin servizz magħha<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Fis-sens strett tal-kelma, Casteels qatt ma waqaf jaħdem mal-British Airways, għaliex anki t-trasferiment tiegħu fi Franza fl-1991 sar fuq talba tal-British Airways, u l-impjieg tiegħu mal-British Airways baqa’ għaddej wara l-<DATE ISO="19740701">1 ta’ Lulju 1974</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Dan ifisser li M. Casteels, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2)(b) tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet, ikollu d-dritt mhux biss għall-benefiċċji tal-pensjoni li jirriżultaw mill-istess kontribuzzjonijiet tiegħu, iżda wkoll għal dawk li mmaturaw abbażi tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuna ma’ min jaħdem sat-trasferiment tiegħu fi Franza. M. Casteels, b’hekk, għaż-żmien li kien jaħdem fil-Ġermanja jkollu dritt sħiħ għall-pensjoni, meta jiġu kkalkolati l-kontribuzzjonijiet tiegħu u tal-persuna li timpjegah.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1402"?><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Il-fatt li fl-1991, British Airways xoljiet il-kuntratt ta’ assigurazzjoni kollettiva għal dak li jirrigwarda lil M. Casteels<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Dan jirriżulta minn ittra ta’ Victoria Lebensversicherung AG, li l-British Airways ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja bħala l-anness 9 għas-sottomissjonijiet tagħha.</P></NOTE>, huwa għal kollox irrelevanti. Jekk meħtieġ, British Airways għandha tagħti lil M. Casteels kumpens f’ammont li jikkorrispondi għall-pensjoni professjonali addizzjonali għax-xogħol tiegħu fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Jekk għall-kuntrarju tal-aspettattivi ma tirriżultax possibbli interpretazzjoni u applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni, il-qorti tar-rinviju għandha twaqqaf l-applikazzjoni tal-Ftehim Kollettiv Nru 3 dwar il-pensjonijiet fil-parti fejn jipprekludi d-dritt tal-pensjoni ta’ M. Casteels. Skont ġurisprudenza stabbilita, il-moviment liberu tal-ħaddiema jista’ jiġi invokat direttament fir-rigward tal-ftehim kollettiv, anki fil-każ ta’ relazzjonijiet legali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>orizzontali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> bejn persuni privati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara, f’dan is-sens Bosman (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30), u Olympique Lyonnais (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 21), li fihom l-effetti tal-ftehimiet kollettivi dwar rapporti individwali tax-xogħol ma’ soċjetajiet tal-futbol bħala persuni li jipprovdu x-xogħol, fl-istess sens, is-sentenza Walrave u Koch (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punti 17 u 31-34). Fis-sentenza tas-<DATE ISO="20000606">6 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Angonese (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-281/98" PAGE.ECR="I-4139" YEAR="2000">C-281/98, Ġabra p. I-4139</REF.DOC.ECR>, punti 30-36), u tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Raccanelli (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-94/07" PAGE.ECR="I-5939" YEAR="2008">C-94/07, Ġabra p. I-5939</REF.DOC.ECR>, punti 41-48) il-Qorti tal-Ġustizzja marret lil hinn minn hekk, peress li tat fir-rigward tar-relazzjonijiet ta’ impjieg irregolat mil-liġi privata, effett dirett għall-moviment liberu tal-ħaddiema jew il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni impliċita – effetti, irrispettivament mill-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet ta’ ftehim kollettiv.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fuq il-limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>F’każ li d-domandi mressqa mill-Arbeidshof te Brussel ikunu konklużi skont dak propost minni, il-gvern Grieg jitlob limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-effetti tas-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lil regola tad-dritt tal-Unjoni tikkjarifika u tispeċifika, jekk ikun neċessarju, it-tifsira u l-ambitu ta’ din ir-regola, kif għandha jew kif kellha tinftiehem u kif kellha tiġi applikata mill-mument li ddaħlet fis-seħħ<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Sentenzi tas-<DATE ISO="19800327">27 ta’ Marzu 1980</DATE>, Denkavit italiana (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-61/79" PAGE.ECR="1205" YEAR="1980">C-61/79, Ġabra p. 1205</REF.DOC.ECR>, punt 16); Bosman (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 141); tal-<DATE ISO="20050315">15 ta’ Marzu 2005</DATE>, Bidar (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-209/03" PAGE.ECR="I-2119" YEAR="2005">C-209/03, Ġabra p. I-2119</REF.DOC.ECR>, punt 66), kif ukoll is-sentenza tat-<DATE ISO="20100413">13 ta’ April 2010</DATE>, Bressol <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 90).</P></NOTE>. Għalhekk, huwa biss f’każijiet eċċezzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Sentenzi Denkavit italiana (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 63, punt 17), Bosman (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 142); kif ukoll Bressol <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 91).</P></NOTE> minħabba kunsiderazzjonijiet imperattivi ta’ ċertezza legali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Sentenzi Barber (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11, punt 44), Bidar (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 63, punt 67); kif ukoll Bressol <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 91); fl-istess sens, ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Régie Networks (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-333/07" PAGE.ECR="I-10807" YEAR="2008">C-333/07, Ġabra p. I-10807</REF.DOC.ECR>, punt 122).</P></NOTE> li tista’ tiġi imposta limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-effetti ta’ deċiżjoni preliminari. Sabiex tali limitazzjoni tkun tista’ tiġi kkonstatata, huwa neċessarju li jkunu ssodisfati żewġ kriterji essenzjali, jiġifieri<?PAGE NO="I-1403"?> l-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tal-persuni kkonċernati u r-riskju ta’ diffikultajiet serji<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, Skov u Bilka (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-402/03" PAGE.ECR="I-199" YEAR="2006">C-402/03, Ġabra p. I-199</REF.DOC.ECR>, punt 51); tat-<DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Kalincheve (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-2/09" PAGE.ECR="I-4939" YEAR="2010">C-2/09, Ġabra p. I-4939</REF.DOC.ECR>, punt 50), kif ukoll is-sentenza Bressol <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 91).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>L-ebda wieħed minn dawn il-kriterji ma huwa sodisfatt fil-każ inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kriterju tal-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, jeħtieġ li jiġi rilevat li għal żmien twil, id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim kollettiv kienu evalwati abbażi tad-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Ara sentenza Walrave u Koch (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punt 17), fundamentali f’dan ir-rigward.</P></NOTE>. Il-partijiet soċjali fi Stati Membri differenti ma setgħux, <HT TYPE="ITALIC">in bona fide,</HT> jibbażaw fuq il-fatt li r-regoli tal-perijodi ta’ kwalifikazzjoni miftiehma minnhom fil-ftehim kollettiv, kienu b’mod ġenerali barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Bħalma ddikjara l-Gvern Ġermaniż fis-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, f’kull każ, il-liġi tax-xogħol Ġermaniża timponi li għandhom dejjem jiġu kkunsidrati l-perijodi ta’ servizz mwettqa fi stabbilimenti esteri tal-istess persuna li tħaddem.</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kriterju relatat ma’ diffikultajiet serji, l-ebda parti fil-kawża prinċipali ma argumentat li s-soluzzjoni proposta f’dan il-każ tista’ tippreżenta theddida serja għall-bilanċ finanzjarju tal-iskemi professjonali ta’ rtirar<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068"><P>Dwar dan il-kriterju, ara sentenza Barber (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11, punt 44), fis-sens analogu, anki qabel, is-sentenza tat-<DATE ISO="19760408">8 ta’ April 1976</DATE>, Defrenne (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-43/75" PAGE.ECR="455" YEAR="1976">C-43/75, Ġabra p. 455</REF.DOC.ECR>, punt 70).</P></NOTE>. Dan huwa diffiċli li jkun immaġinat peress li l-kawża inkwistjoni tittratta biss iż-żamma tad-drittijiet tal-pensjoni li għalihom diġà saru ħlasijiet mill-ħaddiem u l-persuna li timpjega.</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Għalhekk ma nqis neċessarja ebda limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tad-deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1404"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet tiegħi, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi d-domandi preliminari magħmula mill-Arbeidshof te Brussel bil-mod segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 48 TFUE ma għandux effett dirett.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Meta ħaddiem ikun ħadem għall-istess persuna fi stabbilimenti diversi fi Stati Membri differenti, u f’kull stabbiliment kien affiljat mal-iskema professjonali ta’ rtirar fis-seħħ f’dan l-Istat Membru, id-dispożizzjonijiet tal-iskemi differenti ta’ rtirar għandhom ikunu interpretati u applikati kemm jista’ jkun bl-iktar mod konformi mal-Artikolu 45 TFUE. B’mod partikolari, hemm lok li l-prinċipji segwenti jiġu osservati:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>meta jiġi kkalkolat iż-żmien ta’ servizz li ħaddiem ikun għamel mal-persuna li timpjegah sabiex jakkwista d-dritt għall-pensjoni definittiv, għandu jkun ikkunsidrat iż-żmien kollu li ħaddiem ikun għamel fl-istabbilimenti kollha tal-istess persuna li timpjegah;</P></ITEM><ITEM><P>it-trasferiment ta’ dan il-ħaddiem minn stabbiliment għal ieħor ma jistax ikun ikkunsidrat bħala tluq voluntarju mill-iskema professjonali ta’ rtirar, anki jekk il-ħaddiem ikun approva dan it-trasferiment.<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>