<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-245/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0245</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:216">EU:C:2022:216</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20220324">24.3.2022</DATE> – Kawża C‑245/20</HT></P><P>AUTORITEIT PERSOONSGEGEVENS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20220324">24 ta’ Marzu 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) 2016/679</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenza tal-awtorità superviżorja</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 55(3)</KEYWORD><KEYWORD>Operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa mill-qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ġurnalist ta’ dokumenti li ġejjin minn proċedura ġudizzjarja li jkun fihom data personali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑245/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Qorti Distrettwali tal-Pajjiżi l-Baxxi Ċentrali, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20200529">29 ta’ Mejju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess jum, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">X,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Z</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Autoriteit Persoonsgegevens,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, L. Bay Larsen, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, N. Jääskinen, J.‑C. Bonichot (Relatur) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20210714">14 ta’ Lulju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal X u Z, minn S. A. J. T. Hoogendoorn, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Autoriteit Persoonsgegevens, minn G. Dictus u N. N. Bontje, advocaten,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn K. Bulterman u C. S. Schillemans, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn L. Aguilera Ruiz, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, P. Barros da Costa, L. Medeiros u I. Oliveira, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn H. Leppo, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Erlbacher, H. Kranenborg u D. Nardi, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE> dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="119" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 119, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 127, p. 2</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, X u Z u, min-naħa l-oħra, l-Autoriteit Persoonsgegevens (l-Awtorità tal-Protezzjoni tad-Data Personali, il-Pajjiżi l-Baxxi) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>AP<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar l-aċċess li ġurnalisti għandhom għal data personali li tikkonċernahom, li tinsab f’fajl ġudizzjarju, waqt is-seduta li nżammet quddiem is-Sezzjoni tal-Kontenzjuż Amministrattiv tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat, il-Pajjiżi l-Baxxi), fil-kuntest ta’ proċedura li fiha Z kien parti u kien irrappreżentat minn X.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 20 tar-Regolament 2016/679 tgħid:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Filwaqt li dan ir-Regolament japplika, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, għall-attivitajiet tal-qrati u awtoritajiet ġudizzjarji oħrajn, il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tista’ tispeċifika l-attivitajiet ta’ pproċessar u l-proċeduri ta’ pproċessar b’rabta mal-ipproċessar ta’ data personali minn qrati u awtoritajiet ġudizzjarji oħrajn. Il-kompetenza tal-awtoritajiet superviżorji ma għandhiex tkopri l-ipproċessar ta’ data personali meta l-qrati jkunu qegħdin jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza tal-ġudikatura fit-twettiq tal-kompiti ġudizzjarji tagħha, inkluż it-teħid ta’ deċiżjonijiet. Is-superviżjoni ta’ tali attivitajiet tal-ipproċessar tad-data għandha tkun tista’ tiġi fdata lil entitajiet speċifiċi fi ħdan is-sistema<?PAGE NO="3"?> ġudizzjarja tal-Istat Membru, li għandhom b’mod partikolari jiżguraw il-konformità mar-regoli ta’ dan ir-Regolament, iżidu l-għarfien fost il-membri tal-ġudikatura dwar l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament u jittrattaw l-ilmenti b’rabta ma’ tali operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ data personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta’ data personali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>matul attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>mill-Istati Membri meta jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-[Trattat UE];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>minn persuna fiżika waqt attività purament personali jew fid-dar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20001218">18 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="50" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 298, p. 50</REF.DOC.OJ>)]. Ir-Regolament [Nru 45/2001] u atti legali oħrajn tal-Unjoni applikabbli għal tali pproċessar taddata personali għandhom jiġu adattati għall-prinċipji u r-regoli ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 98.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>pproċessar<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> bħala:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>kwalunkwe attività jew sett ta’ attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta’ data personali, sew jekk b’mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 51(1) tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kull Stat Membru għandu jipprovdi li awtorità pubblika indipendenti waħda jew aktar ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi b’rabta mal-ipproċessar u biex jiġi ffaċilitat il-fluss liberu ta’ data personali fl-Unjoni (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>awtorità superviżorja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>).<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fl-aħħar, l-Artikolu 55 tar-Regolament 2016/679 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="055.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull awtorità superviżorja għandha tkun kompetenti biex twettaq il-kompiti assenjati lilha u l-eżerċizzju tas-setgħat ikkonferiti lilha f’konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="055.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-ipproċessar titwettaq minn awtoritajiet pubbliċi jew korpi privati li jaġixxu abbażi tal-punt (c) jew (e) tal-Artikolu 6(1), għandha tkun kompetenti l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru kkonċernat. F’tali każijiet ma japplikax l-Artikolu 56.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="055.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet superviżorji ma għandhomx ikunu kompetenti li jissorveljaw l-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Olandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tar-Regolament 2016/679, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi adotta l-wet houdende regels ter uitvoering van Verordening (EU) 2016/679 van het Europees Parlement en de Raad van <DATE ISO="20160427">27 April 2016</DATE> betreffende de bescherming van natuurlijke personen in verband met de verwerking van persoonsgegevens en betreffende het vrije verkeer van die gegevens en tot intrekking van Richtlijn 95/46/EG (algemene verordening gegevensbescherming) (PbEU 2016, L 119) (Uitvoeringswet Algemene verordening gegevensbescherming) (il-Liġi li Tistabbilixxi r-Regoli għall-Applikazzjoni tar-Regolament 2016/679 (il-Liġi għall-Applikazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)), tas‑<DATE ISO="20180516">16 ta’ Mejju 2018</DATE> (Stb. 2018, n<HT TYPE="SUP">o</HT> 144). L-Artikolu 6 ta’ din il-liġi jafda lill-AP l-kompitu ta’ superviżjoni tal-osservanza tar-Regolament 2016/679 fil-Pajjiżi l-Baxxi. L-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi ma tirriproduċi l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 55(3) tar-Regolament 2016/679.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, il-President tas-Sezzjoni tal-Kontenzjuż Amministrattiv tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat), l-amministrazzjonijiet ġudizzjarji tas-Centrale Raad van Beroep (il-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u tas-Servizz Pubbliku, il-Pajjiżi l-Baxxi), u l-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti tal-Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku, il-Pajjiżi l-Baxxi) adottaw ir-regeling verwerking Persoonsgegevens bestuursrechtelijke colleges (ir-Regolament dwar l-Ipproċessar ta’ Data Personali fil-Qrati Amministrattivi). Dan tal-aħħar ħoloq l-AVG-commissie bestuursrechtelijke colleges (il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tad-Data personali għall-qrati amministrattivi, il-Pajjiżi l-Baxxi). Din il-kummissjoni hija responsabbli għall-konsulenza lill-President tas-Sezzjoni tal-Kontenzjuż Amministrattiv tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat), l-amministrazzjonijiet ġudizzjarji tas-Centrale Raad van Beroep (il-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u tas-Servizz Pubbliku), u l-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti tal-Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku) fir-rigward tal-ipproċessar ta’ lmenti relatati mar-rispett tad-drittijiet żgurati mir-Regolament 2016/679.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑tilwima fil‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Waqt is-seduta li nżammet fit‑<DATE ISO="20181030">30 ta’ Ottubru 2018</DATE> quddiem is-Sezzjoni tal-Kontenzjuż Amministrattiv tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja li fiha Z kien parti, irrappreżentat minn X, dawn tal-aħħar ġew avviċinati minn ġurnalist. Waqt il-konversazzjoni tagħhom, X ikkonstata li dan il-ġurnalist kellu fid-dispożizzjoni tiegħu annessi tal-proċess tal-kawża kkonċernata, inklużi dokumenti li huwa stess kien irredieġa, u li kienu juru<?PAGE NO="5"?> b’mod partikolari ismu u l-indirizz tiegħu kif ukoll in-numru nazzjonali ta’ identifikazzjoni ta’ Z. Dan il-ġurnalist indikalu li dawn id-dokumenti kienu tqiegħdu fid-dispożizzjoni tiegħu fil-kuntest tad-dritt ta’ aċċess għall-proċess tal-kawżi tas-Sezzjoni tal-Kontenzjuż Amministrattiv tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) mogħti lill-ġurnalisti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, il-President tas-Sezzjoni tal-Kontenzjuż Amministrattiv tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) ikkonferma lil X li dik is-sezzjoni kienet tipprovdi lill-media ċertu numru ta’ dokumenti dwar il-kawżi pendenti. Huwa indikalu li, fil-jum tas-seduta, is-servizz tal-komunikazzjoni tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-ġurnalisti preżenti dokumenti intiżi sabiex huma jkunu jistgħu jsegwu s-seduti, jiġifieri kopja tar-rikors promotur, kopja tar-risposta u, jekk ikun il-każ, kopja tad-deċiżjoni ġudizzjarja kkontestata, peress li dawn id-dokumenti jinqerdu fl-aħħar tal-ġurnata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>X u Z għalhekk talbu lill-AP sabiex tieħu, fir-rigward tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>miżuri ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> tar-regoli fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali. Permezz tat-talbiet tagħhom, li kienu simili għal ilmenti, huma sostnew li, billi ppermetta lil ġurnalisti jkollhom aċċess għal data personali li tikkonċernahom, li ġejja minn annessi ta’ proċess ġudizzjarju, ir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) kien kiser ir-Regolament 2016/679.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal dawn it-talbiet, l-AP indikat li, skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament 2016/679, hija ma kinitx kompetenti għas-superviżjoni tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data personali kkonċernati, imwettqa mir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat). Sussegwentement, hija bagħtet it-talbiet ta’ X u ta’ Z lill-Kummissjoni għall-Protezzjoni tad-Data Personali għall-Qrati Amministrattivi, li min-naħa tagħha bagħtithom lill-President tas-Sezzjoni tal-Kontenzjuż Amministrattiv tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-President tas-Sezzjoni tal-Kontenzjuż Amministrattiv tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) analizza t-talbiet ta’ X u ta’ Z bħala lmenti dwar l-ittra tiegħu tal‑<DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE> u, wara li ħa l-opinjoni tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni tad-Data Personali għall-Qrati Amministrattivi, iddefinixxa politika ġdida ta’ aċċess għall-annessi tal-proċessi ġudizzjarji, li ġiet ippubblikata fis-sit internet tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>X u Z ikkontestaw, quddiem il-qorti tar-rinviju, ir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Qorti Distrettwali tal-Pajjiżi l-Baxxi Ċentrali), id-deċiżjoni li permezz tagħha l-AP kienet irrifjutat il-kompetenza tagħha sabiex tieħu konjizzjoni tat-talbiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, il-fatt li ġurnalist jingħata aċċess għall-annessi ta’ proċess ġudizzjarju li jkun fih data personali u li jqegħedhom temporanjament għad-dispożizzjoni tiegħu jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>pproċessar<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> ta’ data personali, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 2016/679, li għalih, f’dan il-każ, X u Z ma tawx il-kunsens tagħhom. Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-AP effettivament ma kellhiex kompetenza sabiex tiddeċiedi dwar it-talbiet ta’ X u ta’ Z, il-qorti tar-rinviju tistaqsi madankollu dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikolu 55(3) ta’ dan ir-regolament, li jipprovdi li l-awtorità superviżjora ma għandhiex kompetenza sabiex tistħarreġ l-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa mill-qrati li jaġixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Qorti Distrettwali tal-Pajjiżi l-Baxxi Ċentrali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġusitizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-Artikolu 55(3) [tar-Regolament 2016/679] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>attivitajiet ta’ pproċessar ta’ qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> jistgħu jinkludu l-aċċess mogħti minn qorti għal annessi tal-proċess li jkun fihom data personali, meta dan l-aċċess jingħata billi kopji ta’ dawn l-annessi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ ġurnalist, bħal fil-każ deskritt f’din id-deċiżjoni tar-rinviju?</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti jekk l-eżerċizzju ta’ superviżjoni mill-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni fuq din il-forma ta’ pproċessar ta’ data jkunx jaffettwa l-indipendenza fit-teħid ta’ deċiżjoni tal-qorti f’kawżi speċifiċi?</P></ITEM><ITEM><P>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti li l-ipproċessar ikollu, skont il-qorti, in-natura u l-għan li jinforma lil ġurnalist sabiex dan jitqiegħed f’pożizzjoni li jirrapporta aħjar dwar is-seduta pubblika fi proċedura ġudizzjarja u li jservi l-interess ta’ aċċess pubbliku u ta’ trasparenza tal-ġustizzja?</P></ITEM><ITEM><P>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, hija rilevanti l-kwistjoni dwar jekk l-ipproċessar ta’ data jkunx ibbażat fuq bażi legali espliċita fid-dritt nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 55(3) tar-Regolament 2016/679 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li qorti tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ ġurnalisti b’mod temporanju dokumenti li ġejjin minn proċedura ġudizzjarja, li jkun fihom data personali, jaqa’ taħt l-eżerċizzju, minn din il-qorti, tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>kapaċità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tagħha, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. F’dan il-kuntest, hija tistaqsi jekk, sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandux jittieħed inkunsiderazzjoni l-preġudizzju li jista’ jikkawża l-eżerċizzju mill-awtorità superviżjorja tas-setgħat tagħha għall-indipendenza tal-imħallfin fil-ġudizzju ta’ kawżi konkreti. Hija tistaqsi wkoll jekk għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni n-natura u l-għan ta’ dan it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dokumenti proċedurali, jiġifieri li l-ġurnalisti jkunu jistgħu jirrapportaw aħjar dwar l-iżvolġiment ta’ proċedura ġudizzjarja, jew ukoll il-kwistjoni dwar jekk dan it-tqegħid għad-dispożizzjoni għandux bażi legali espliċita fid-dritt intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>B’mod preliminari, Z isostni, minn naħa, li d-domanda magħmula hija ta’ natura ipotetika u li, għalhekk, hija inammissibbli. Fil-fatt, fil-fehma tiegħu, kuntrarjament għal dak li tindika t-talba għal deċiżjoni preliminari, l-ipproċessar tad-data kkonċernata ma jaqax taħt is-Sezzjoni tal-Kontenzjuż Amministrattiv tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat), iżda taħt is-servizz ta’ komunikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, li ma huwiex qorti. Din it-talba hija wkoll ivvizzjata b’diversi żbalji jew ineżattezzi oħra, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-kwalità tal-persuna li allegatament avviċinat lil X u Z fi tmiem is-seduta u l-kontenut eżatt tat-talbiet mibgħuta mill-AP lill-President tas-Sezzjoni tal-Kontenzjuż Amministrattiv tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-domandi li jirrigwardaw id-dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher ċar li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ liġi jew ta’ fatt neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jsirulha jew meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201124">24 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Openbaar Ministerie (Falsifikazzjoni ta’ dokumenti)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑510/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:953">EU:C:2020:953</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, ibbażata fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, hija biss il-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti tat-tilwima fil-kawża prinċipali (ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Farkas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑564/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:302">EU:C:2017:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju għandha tieħu pożizzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 55(3) tar-Regolament 2016/679 għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-dokumenti proċedurali li fihom data personali inkwistjoni fit-tilwima fil-kawża prinċipali sabiex jiġi stabbilit jekk l-istħarriġ tal-legalità ta’ dan tal-aħħar kienx jaqa’, jew le, taħt il-kompetenza tal-AP. Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza jirriżulta li Z ma tistax tirribatti l-preżunjoni ta’ rilevanza li tibbenefika minnha d-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju billi sempliċement tikkontesta l-elementi ta’ fatt li din tal-aħħar issemmi fid-domanda tagħha, li fuqhom il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex l-obbligu li tieħu pożizzjoni. Għaldaqstant l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma minn Z għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, Z isostni li l-Artikolu 55(3) tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi ddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja minħabba li n-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtorità superviżorja kkonċernata fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa mill-qrati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, prevista minn din id-dispożizzjoni, ma huwiex akkumpanjat mill-obbligu tal-Istati Membri li jipprevedu modalitajiet ta’ superviżjoni speċifiċi li jirrigwardaw dawn l-operazzjonijiet ta’ pproċessar, u dan imur kontra r-rekwiżiti li jirriżultaw mid-dritt għal rimedju effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, tali argument ma jistax jintlaqa’ peress li, kif jirriżulta mill-premessa 20 tar-Regolament 2016/679, il-leġiżlatur tal-Unjoni, billi stabbilixxa l-Artikolu 55(3) ta’ dan ir-regolament, ma kellux l-intenzjoni li jeżenta minn kwalunkwe superviżjoni l-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa mill-qrati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, iżda eskluda biss li s-superviżjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet tiġi fdata lil awtorità esterna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, miġbura fil-qosor fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, hemm lok, qabel kollox, li jiġi rrilevat li l-Artikolu 2(1) tar-Regolament 2016/679 jipprevedi li dan ir-regolament japplika għal kull <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ipproċessar ta’ data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ data personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, mingħajr ma jagħmel distinzjoni abbażi tal-identità tal-awtur tal-ipproċessar ikkonċernat. Minn dan isegwi li, bla ħsara għall-każijiet<?PAGE NO="8"?> imsemmija fl-Artikolu 2(2) u (3) tiegħu, ir-Regolament 2016/679 japplika għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa kemm mill-persuni privati kif ukoll mill-awtoritajiet pubbliċi, inkluż, kif tindika l-premessa 20 ta’ dan ir-regolament, l-awtoritajiet ġudizzjarji, bħall-qrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Dan il-qari huwa kkorroborat mill-fatt li diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament 2016/679 huma akkumpanjati minn aġġustamenti intiżi sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tal-ipproċessar imwettaq mill-qrati. Dan huwa b’mod partikolari l-każ tal-Artikolu 55(3) ta’ dan ir-regolament, li jeskludi kull kompetenza tal-awtorità superviżorja fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa mill-qrati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-Regolament 2016/679 huwa differenti, f’dan ir-rigward, mid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20030128">28 ta’ Jannar 2003</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375), li ma tapplikax għall-qrati (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210415">15 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Friends of the Irish Environment</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑470/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:271">EU:C:2021:271</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sabiex tiġi stabbilita l-portata tal-kunċett ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa mill-qrati fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom, fis-sens tal-Artikolu 55(3) tar-Regolament 2016/679, għandu jitfakkar li l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest li hija tagħmel parti minnu u l-għanijiet segwiti permezz tal-leġiżlazzjoni li hija tagħmel parti minnha (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201006">6 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Jobcenter Krefeld</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑181/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:794">EU:C:2020:794</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 55 tar-Regolament 2016/679 jirriżulta li dan l-artikolu għandu l-għan li jiddefinixxi l-kompetenza fil-qasam tas-superviżjoni tal-ipproċessar ta’ data personali u, b’mod partikolari, li jiddelimita l-kompetenza mogħtija lill-awtorità superviżorja nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 55(3) tar-Regolament 2016/679 jipprevedi b’dan il-mod li ma jaqgħux taħt il-kompetenza ta’ din l-awtorità superviżorja l-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa mill-qrati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-premessa 20 tar-Regolament 2016/679, fid-dawl ta’ liema għandu jinqara l-Artikolu 55(3), tispeċifika li għandu jkun possibbli li tiġi fdata s-superviżjoni tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa mill-qrati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> lil korpi speċifiċi fi ħdan l-apparat ġudizzjarju tal-Istat Membru kkonċernat pjuttost milli lill-awtorità superviżjora li taqa’ taħt dan tal-aħħar, bil-għan li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza tal-ġudikatura fit-twettiq tal-kompiti ġudizzjarji tagħha, inkluż it-teħid ta’ deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 80 u 81 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-kliem stess tal-premessa 20 tar-Regolament 2016/679, u b’mod partikolari mill-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>inkluż<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jirriżulta li l-portata tal-għan segwit permezz tal-Artikolu 55(3) ta’ dan ir-regolament, li jikkonsisti fiż-żamma tal-indipendenza ġudizzjarja fl-eżerċizzju tal-missjonijiet ġudizzjarji tagħha, ma tistax tkun limitata biss għall-garanzija tal-indipendenza tal-imħallfin fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, iż-żamma tal-indipendenza tas-setgħa ġudizzjarja tippreżupponi, b’mod ġenerali, li l-funzjonijiet ġudizzjarji jiġu eżerċitati b’awtonomija sħiħa, mingħajr ma l-qrati jkunu suġġetti għal ebda rabta ġerarkika jew ta’ subordinazzjoni jew li jirċievu ordnijiet jew istruzzjonijiet minn kwalunkwe oriġini, u b’hekk ikunu protetti minn kull intervent jew pressjoni esterna li jistgħu<?PAGE NO="9"?> jkunu ta’ ħsara għall-indipendenza tal-ġudizzju tal-membri tagħhom u li tista’ tinfluwenza d-deċiżjonijiet tagħhom. L-osservanza tal-garanziji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni tippreżupponi l-eżistenza ta’ regoli li jippermettu li jiġi eskluż kull dubju leġittimu, f’moħħ il-partijiet fil-kawża, dwar l-impermeabbiltà tal-istanza inkwistjoni fir-rigward ta’ elementi esterni u dwar in-newtralità tagħha fir-rigward tal-interessi kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180227">27 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Associação Sindical dos Juízes Portugueses</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑64/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:117">EU:C:2018:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet fis-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:531">EU:C:2019:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211221">21 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Euro Box Promotion <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19, C‑840/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1034">EU:C:2021:1034</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0225">225</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-riferiment għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa mill-qrati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> li jinsab fl-Artikolu 55(3) tar-Regolament 2016/679 għandu jinftiehem, fil-kuntest ta’ dan ir-regolament, bħala li ma huwiex limitat għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq mill-qrati fil-kuntest ta’ kawżi konkreti, iżda li jirrigwarda, b’mod iktar wiesa’, l-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar imwettqa mill-qrati fil-kuntest tal-attività ġudizzjarja tagħhom, b’tali mod li huma esklużi mill-kompetenza tal-awtorità superviżorja l-operazzjonijiet ta’ pproċessar li s-superviżjoni tagħhom minn din l-awtorità tista’, b’mod dirett jew indirett, ikollha influwenza fuq l-indipendenza tal-membri tagħha jew taffettwa d-deċiżjonijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm in-natura u l-għan tal-ipproċessar imwettaq minn qorti huma marbuta prinċipalment mal-eżami tal-legalità ta’ din tal-aħħar, dawn jistgħu jikkostitwixxu indizji li jistgħu jiżvelaw li dan l-ipproċessar jaqa’ taħt l-eżerċizzju, minn din il-qorti, tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>funzjoni ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huma marbuta min-naħa tagħhom esklużivament mal-eżami tal-legalità tal-ipproċessar il-punti dwar jekk dan tal-aħħar għandux bażi legali espliċita fid-dritt nazzjonali jew jekk id-data personali li huwa jinkludi tistax tiġi żvelata legalment lil terzi, peress li dawn l-elementi huma irrilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-awtorità superviżorja hijiex kompetenti sabiex tiżgura s-superviżjoni ta’ dan l-ipproċessar abbażi tal-Artikolu 55 tar-Regolament 2016/679.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ pproċessar bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkonstatat li, bla ħsara għall-osservanza tal-obbligi sostantivi previsti mir-Regolament2016/679, ma jaqax, b’mod partikolari, taħt il-kompetenza tal-awtorità superviżorja, skont l-Artikolu 55(3) ta’ dan ir-regolament, l-ipproċessar ta’ data personali mwettaq mill-qrati fil-kuntest tal-politika tagħhom ta’ komunikazzjoni dwar il-kawżi mressqa quddiemhom, bħal dawk li jikkonsistu fit-tqegħid għad-dispożizzjoni temporanja lil ġurnalisti ta’ annessi tal-proċess ta’ proċedura ġudizzjarja bl-għan li huma jkunu jistgħu jiżguraw l-kopertura tagħha fil-media.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-determinazzjoni, fid-dawl tas-suġġett u tal-kuntest ta’ kawża speċifika, tal-informazzjoni li tirriżulta minn proċess ta’ proċedura ġudizzjarja li tista’ tiġi pprovduta lil ġurnalisti bil-għan li tippermettilhom jirrapportaw dwar l-iżvolġiment tal-proċedura ġudizzjarja jew li jiċċaraw aspett jew ieħor ta’ deċiżjoni mogħtija hija marbuta b’mod ċar mal-eżerċizzju, minn dawn il-qrati, tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kapaċità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tagħhom, li l-istħarriġ tagħha minn awtorità esterna jista’ jippreġudika, b’mod ġenerali, l-indipendenza tas-setgħa ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 55(3) tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li qorti tqiegħed għad-dispożizzjoni temporanja ta’ ġurnalisti dokumenti li ġejjin minn proċedura ġudizzjarja, li jkun fihom data personali, sabiex ikunu jistgħu jirrapportaw aħjar dwar l-iżvolġiment ta’ din il-proċedura jaqa’ taħt l-eżerċizzju, minn din il-qorti, tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>kapaċità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> tagħha, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE> dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li qorti tqiegħed għad-dispożizzjoni temporanja ta’ ġurnalisti dokumenti li ġejjin minn proċedura ġudizzjarja, li jkun fihom data personali, sabiex ikunu jistgħu jirrapportaw aħjar dwar l-iżvolġiment ta’ din il-proċedura jaqa’ taħt l-eżerċizzju, minn din il-qorti, tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>kapaċità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tagħha, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>