<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-43/17 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0043</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:531">EU:C:2018:531</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20180705">5.7.2018</DATE> – Kawża C‑43/17 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Jenkinson vs Il‑Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il‑Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola ta’ arbitraġġ</KEYWORD><KEYWORD>Persunal tal-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni fuq it-tilwimiet dwar il-kuntratti ta’ xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli ta’ arbitraġġ li jinnominaw, fl-aħħar kuntratt, il-qrati tal-Unjoni u, fil-kuntratti preċedenti, il-qrati ta’ Brussell (il-Belġju)</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li ma jiġġeddidx l-aħħar kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjonijiet kuntrattwali kollha f’<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>kuntratt għal żmien indeterminat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Talbiet għal kumpens għal tkeċċija abbużiva</KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni tar-relazzjonijiet kuntrattwali li jippreċedu dan l-aħħar kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑43/17 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fil‑<DATE ISO="20170125">25 ta’ Jannar 2017</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Liam Jenkinson</HT>, residenti f’Killarney (l-Irlanda), irrappreżentat minn N. de Montigny u J.‑N. Louis, avocats,</P><PARTY.STATUS>appellant,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-proċedura li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn A. Vitro u M. Bishop, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn G. Gattinara, L. Radu Bouyon u S. Bartelt, bħala aġenti, sussegwentement minn G. Gattinara, A. Aresu u L. Radu Bouyon, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)</HT>, irrappreżentat minn S. Marquardt, R. Spac u E. Orgován, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Eulex Kosovo</HT>, stabbilita fi Pristina (Kosovo), irrappreżentata minn M. Vicente Hernandez, avocate, sussegwentement minn E. Raoult, avocate,</P><PARTY.STATUS>konvenuti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, C. G. Fernlund, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev (Relatur) u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: V. Giacobbo‑Peyronnel, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20180117">17 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20180411">11 ta’ April 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, Liam Jenkinson jitlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad‑<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, Jenkinson vs Il‑Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (T‑602/15, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>digriet appellat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:660">EU:T:2016:660</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tiegħu li kellu bħala suġġett, prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE intiża, minn naħa, sabiex ir-relazzjoni kuntrattwali ta’ L. Jenkinson tiġi kklassifikata mill-ġdid f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> u sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li allegatament ġarrab minħabba l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol suċċessivi għal żmien determinat u tkeċċija abbużiva u, min-naħa l-oħra, sabiex jiġi ddikjarat li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ittrattaw lill-appellant b’mod diskriminatorju u sabiex konsegwentement jiġu kkundannati għall-kumpens u, sussidjarjament, talba bbażata fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet Ewropej.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża huma miġbura fil-qosor kif ġej fil-punti 1 sa 6 tad-digriet appellat:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrent, Liam Jenkinson, ċittadin Irlandiż, qabelxejn kien impjegat mill‑<DATE ISO="19940820">20 ta’ Awwissu 1994</DATE> sal‑<DATE ISO="20020605">5 ta’ Ġunju 2002</DATE>, permezz ta’ sensiela ta’ kuntratti għal żmien determinat (KŻD), mill-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea, li nħolqot permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2000/811/PESK, tat‑<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="328" PAGE.FIRST="53" DATE.PUB="2000">ĠU 2000, L 328, p. 53</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Sussegwentement, huwa kien impjegat bejn is‑<DATE ISO="20020617">17 ta’ Ġunju 2002</DATE> sal‑<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>, permezz ta’ sensiela ta’ KŻD, mill-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea, li nħolqot permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2002/210/PESK, tal‑<DATE ISO="20020311">11 ta’ Marzu 2002</DATE>, fuq il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 278).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrent kien impjegat mill-Missjoni Eulex Kosovo, mill‑<DATE ISO="20100405">5 ta’ April 2010</DATE> sal‑<DATE ISO="20141114">14 ta’ Novembru 2014</DATE>, permezz ta’ ħdax-il KŻD suċċessivi. Il-Missjoni Eulex Kosovo nħolqot permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK, tal‑<DATE ISO="20080204">4 ta’ Frar 2008</DATE>, dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, Eulex Kosovo (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="042" PAGE.FIRST="92" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 42, p. 92</REF.DOC.OJ>). L-Azzjoni Konġunta ġiet estiża diversi drabi. Hija ġiet estiża sal‑<DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE> permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/349/PESK, tat‑<DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="174" PAGE.FIRST="42" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 174, p. 42</REF.DOC.OJ>), li hija applikabbli għall-fatti f’dan il-każ.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Azzjoni Konġunta ġiet estiża sal‑<DATE ISO="20180614">14 ta’ Ġunju 2018</DATE> permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/947/PESK, tal‑<DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="157" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 157, p. 26</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu li jkopri l-perijodu mill‑15 ta’ Ġunju sal‑<DATE ISO="20141014">14 ta’ Ottubru 2014</DATE>, ir-rikorrent ġie informat permezz ta’ ittra tal-Kap tal-Missjoni Eulex Kosovo tas‑<DATE ISO="20140626">26 ta’ Ġunju 2014</DATE> bit-tmiem tal-missjoni tiegħu u bin-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu wara l‑<DATE ISO="20141114">14 ta’ Novembru 2014</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>KŻD aħħari ġie konkluż bejn [il-Missjoni] Eulex Kosovo u l-appellant għall-perijodu mill‑15 ta’ Ottubru sal‑<DATE ISO="20141114">14 ta’ Novembru 2014</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>aħħar KŻD<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>) u ma ġġeddidx. Dan l-aħħar KŻD, fl-Artikolu 21, jipprevedi l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, għal kull tilwima relatata mal-kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet appellat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20151023">23 ta’ Ottubru 2015</DATE>, l-appellant ippreżenta rikors kontra l-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE kif ukoll kontra l-Missjoni Eulex Kosovo, fejn talab li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tikklassifika mill-ġdid ir-relazzjoni kuntrattwali tiegħu f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, tikkonstata l-ksur mill-konvenuti fl-ewwel istanza tal-obbligi kuntrattwali tagħhom u, b’mod partikolari, tal-obbligu ta’ notifika ta’ preavviż fil-kuntest tat-terminazzjoni ta’ kuntratt għal żmien indeterminat, tikkonstata li t-tkeċċija tiegħu kienet abbużiva u, konsegwentement, tikkundannahom iħallsuh kumpens għad-dannu mġarrab minħabba l-użu abbużiv ta’ KŻD suċċessivi, minħabba l-ksur tal-obbligu ta’ notifika ta’ preavviż u minħabba tkeċċija abbużiva;</P></ITEM><ITEM><P>prinċipalment, tiddikjara li l-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE ttrattawh b’mod diskriminatorju matul il-perijodu ta’ impjieg tiegħu fi ħdan il-missjonijiet internazzjonali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>missjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) fir-rigward tar-remunerazzjoni tiegħu, tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni u ta’ benefiċċji oħrajn, tikkonstata li huwa kien imissu ġie rreklutat bħala membru tal-persunal temporanju ta’ wieħed minn dawn u konsegwentement tikkundannahom għall-kumpens, u</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuti fl-ewwel istanza jikkumpensawh għad-dannu li jirriżulta mill-ksur tal-obbligi tagħhom fuq il-bażi tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tagħhom.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li hija manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq iż-żewġ kapijiet tat-talbiet imqajma prinċipalment u ċaħdet il-kap tat-talbiet imqajjem sussidjarjament bħala manifestament inammissibbli. Konsegwentement, hija ċaħdet ir-rikors kollu kemm hu u kkundannat lil L. Jenkinson għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L. Jenkinson jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet appellat;</P></ITEM><ITEM><P>tilqa’ r-rikors, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jitolbu ċ-ċaħda tal-appell u l-kundanna ta’ L. Jenkinson għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Is-SEAE u l-Missjoni Eulex Kosovo jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tiddikjara li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-appell;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil L. Jenkinson għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kunsill u s-SEAE jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha, fil-każ li jiġi deċiż li l-appell huwa fondat, tiċħad l-appell u r-rikors bħala inammissibbli sa fejn jikkonċernawhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, L. Jenkinson jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja, taħt l-ewwel kap tat-talbiet tiegħu, tannulla d-digriet appellat u, taħt it-tieni kap tat-talbiet tiegħu, tilqa’ r-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Is-SEAE u l-Missjoni Eulex Kosovo jikkontestaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex teżamina l-appell. Barra minn hekk, il-Missjoni Eulex Kosovo tikkontesta l-ammissibbiltà tal-appell kollu kemm hu, filwaqt li l-Kummissjoni tikkontesta biss l-ammissibbiltà tat-tieni kap tat-talbiet tal-appell.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Is-SEAE u l-Missjoni Eulex Kosovo jallegaw, essenzjalment, li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex teżamina dan l-appell, peress li L. Jenkinson ibbaża l-argumenti tiegħu fuq il-kuntratti ta’ impjieg preċedenti għall-aħħar kuntratt KŻD u peress li, bis-saħħa tal-klawżoli ta’ arbitraġġ li jinsabu f’dawn il-kuntratti, huma biss il-qrati ta’ Brussell li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu tilwima bħal din. Barra minn hekk, fil-frattemp, L. Jenkinson introduċa rikors, essenzjalment identiku, quddiem it-tribunal du travail francophone de Bruxelles (it-Tribunal Industrijali ta’ Brussell bil-lingwa Franċiża, il-Belġju).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE u l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, din tal-aħħar għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-appelli ppreżentati mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE. Issa, huwa paċifiku li d-digriet appellat jaqa’ taħt id-deċiżjonijiet imsemmija f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni sabiex jiddeċiedu dwar il-fondatezza tat-talbiet magħmula minn L. Jenkinson fl-ewwel istanza tifforma parti, fid-dawl tal-kontenut tad-digriet appellat u tat-talbiet imressqa minn L. Jenkinson quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, mill-kwistjonijiet ta’ mertu mqajma f’dan l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ dan l-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel kap tat-talbiet tal-appell</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Insostenn tal-ewwel kap ta’ talbiet, intiż għall-annullament tad-digriet appellat, L. Jenkinson jinvoka, essenzjalment, erba’ aggravji, fejn l-ewwel wieħed minnhom jirrigwarda l-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-portata tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tal-parti kuntrattwali tat-tilwima. Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, huwa jinvoka r-rabtiet kuntrattwali bejn, minn naħa, L. Jenkinson u, min-naħa l-oħra, il-Kunsill, il-Kummissjoni kif ukoll is-SEAE. It-tielet u r-raba’ aggravji<?PAGE NO="5"?> huma bbażati fuq żbalji ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali allegatament wettqet matul l-evalwazzjoni tat-talbiet relatati, rispettivament, mar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet u mat-tqassim tal-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kunsill, is-SEAE u l-Missjoni Eulex Kosovo jikkontestaw, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, l-ammissibbiltà tal-argumenti mressqa insostenn tal-ewwel kap ta’ talbiet.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-ewwel kap ta’ talbiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kunsill u s-SEAE jqisu li l-appell huwa inammissibbli f’dak li jikkonċernahom. Minn naħa, huma ma humiex partijiet fl-aħħar KŻD, u ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>persuni li impjegaw<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> lil L. Jenkinson, bħalma l-Qorti Ġenerali kkonstatat fil-punt 40 tad-digriet appellat, mingħajr ma dan kien ikkontestat matul il-proċedura tal-appell. Min-naħa l-oħra, l-ebda att li seta’ jagħti lok għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tagħhom ma ġie ppreċiżat minn L. Jenkinson.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Missjoni Eulex Kosovo ssostni li l-appell ma huwiex suffiċjentement ċar jew preċiż biżżejjed sabiex din tkun tista’ tipprepara d-difiża tagħha u lanqas sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-oġġezzjonijiet ifformulati mill-Kunsill u mis-SEAE, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 171 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-appell għandu jiġi nnotifikat lill-partijiet l-oħra fil-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali. Issa, huwa paċifiku li l-Kunsill u s-SEAE kienu fost il-partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-argumenti tal-Kunsill u tas-SEAE, sabiex juru l-allegata inammissibbiltà tal-appell fir-rigward tagħhom, huma bbażati fuq argumenti li jaqgħu taħt il-mertu tal-kawża, jiġifieri l-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar l-allegazzjonijiet ta’ L. Jenkinson fil-konfront tagħhom, u mhux taħt l-ammissibbiltà ta’ dan l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tal-Missjoni Eulex Kosovo bbażat fuq l-eċċezzjoni <HT TYPE="ITALIC">obscuri libelli</HT>, għandu jiġi osservat li, għalkemm din il-missjoni tipprovdi, f’dan ir-rigward, argumentazzjoni speċifika f’dak li jirrigwarda l-argumenti ta’ L. Jenkinson dwar it-tieni kap tat-talbiet tal-appell tiegħu, ma jistax jingħad l-istess fir-rigward ta’ dawk imressqa insostenn tal-ewwel kap tat-talbiet ta’ dan l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, fl-erba’ aggravji invokati insostenn tal-ewwel kap tat-talbiet tal-appell, L. Jenkinson jidentifika bi preċiżjoni l-punti tal-motivi tad-digriet appellat li huwa jikkontesta, b’tali mod li l-argumenti li jressaq f’dan ir-rigward huma suffiċjentement ċari u preċiżi sabiex jippermettu lill-appellati jħejju d-difiża tagħhom, kif jixhdu r-risposti tagħhom għall-appell. Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja hija f’pożizzjoni li tiddeċiedi fuq l-erba’ aggravji invokati insostenn tal-ewwel kap ta’ talbiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-oġġezzjonijiet dwar l-ammissibbiltà tal-ewwel kap tat-talbiet ifformulati mill-Kunsill, mis-SEAE u mill-Missjoni Eulex Kosovo għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni aggravju</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-ewwel aggravju huwa maqsum f’erba’ partijiet, u t-tielet parti għandha tiġi eżaminata l-ewwel, flimkien mat-tieni aggravju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tal-ewwel aggravju tal-appell, L. Jenkinson jirrileva li, fil-punt 39 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali qieset li, peress li hija kellha ġurisdizzjoni biss fir-rigward tal-aħħar KŻD, hija ma setgħetx tiddeċiedi fuq l-effetti tal-kuntratti ta’ xogħol konklużi preċedentement. Madankollu, il-klassifikazzjoni mill-ġdid f’kuntratt għal żmien indeterminat tat-totalità tar-relazzjonijiet kuntrattwali tiegħu mal-appellati fl-ebda każ ma tista’ tiġi iżolata mill-eżistenza tal-aħħar KŻD u mit-tmiem ta’ dan il-kuntratt. Fil-fatt, ikun impossibbli għalih li jikseb klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjonijiet kuntrattwali tiegħu parzjalment quddiem il-qrati ta’ Brussell u parzjalment quddiem il-qrati tal-Unjoni. B’hekk, il-Qorti Ġenerali, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, ivvizzjat id-digriet appellat bi żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, L. Jenkinson isostni b’mod partikolari li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta, fil-punt 40 tad-digriet appellat, iddeċidiet li hija ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talbiet tiegħu intiżi sabiex il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE jiġu ddikjarati bħala responsabbli għat-trattament diskriminatorju li huwa kien ġarrab f’termini ta’ remunerazzjoni, ta’ drittijiet għall-pensjoni u ta’ benefiċċji oħra. F’dan ir-rigward, L. Jenkinson jirrileva li r-relazzjonijiet kuntrattwali tiegħu ma’ missjonijiet oħra li ma humiex il-Missjoni Eulex Kosovo twaqqfu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet inkwistjoni, tal-inqas tal-Kunsill, u minn dan jiddeduċi li dawn l-istituzzjonijiet għalhekk issurrogaw id-drittijiet u l-obbligi tal-imsemmija missjonijiet. Għaldaqstant, huma responsabbli għall-konsegwenzi tal-impenji kuntrattwali li dawn il-missjonijiet kellhom fir-rigward tal-persunal tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar, b’mod partikolari fid-dawl tal-argumenti mressqa fil-kuntest tat-tielet parti tal-ewwel aggravju, li t-teħid inkunsiderazzjoni tas-suġġett tat-tilwima ma jistax isir minn qorti li ma għandiex ġurisdizzjoni, peress li l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tiġi qabel dik li tikkonċerna l-mertu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni aggravju, il-Kummissjoni tqis li l-argumenti ta’ L. Jenkinson huma ineffettivi, peress li huwa ma kkontestax il-punti 30, 31 u 35 tad-digriet appellat, fejn il-Qorti Ġenerali osservat li l-aħħar KŻD kien ġie konkluż esklużivament mal-Missjoni Eulex Kosovo <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>fil-kwalità tal-persuna li timpjega<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, b’tali mod li hija biss din tal-aħħar, li għandha l-kapaċità ġuridika sabiex tikkonkludi kuntratti bħal dawn, li tista’ tiġi kkunsidrata bħala l-persuna li timpjega. Issa, l-argumenti dwar l-allegata surroga tat-tliet istituzzjonijiet inkwistjoni għall-missjonijiet li magħhom ħadem l-appellant ma humiex tali li jqiegħdu inkwistjoni l-imsemmija kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet parti tal-ewwel aggravju, il-Kunsill josserva li t-tul tal-aħħar KŻD ma jistax jibdel id-drittijiet tal-appellant sabiex dan jikseb il-klassifikazzjoni mill-ġdid mixtieqa tal-pożizzjoni tiegħu quddiem il-qrati Belġjani u jenfasizza li L. Jenkinson la rnexxielu juri li l-klawżola li tattribwixxi l-ġurisdizzjoni fl-aħħar KŻD tirrendi mingħajr effett l-klawżoli li jinsabu fil-kuntratti preċedenti li jagħtu l-ġurisdizzjoni lill-qrati Belġjani u lanqas ma rnexxielu juri li din kienet ir-rieda tal-partijiet kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni aggravju, il-Kunsill isostni li huwa ma kien jifforma parti minn ebda wieħed mill-kuntratti konklużi minn L. Jenkinson u jirrileva li d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-missjonijiet, u d-direzzjoni strateġika li għaliha huwa responsabbli l-Kunsill, ma jinkludu ebda element dwar il-kuntratti speċifiċi konklużi mal-persunal assenjat mal-missjonijiet. Għalkemm huwa minnu li l-Kunsill huwa kompetenti sabiex jiddeċiedi dwar jekk id-daqs ta’ missjoni ta’ ġestjoni tal-kriżijiet għandux jitnaqqas, dwar it-twaqqif eventwali ta’ missjoni u dwar l-organigramma ta’ missjoni, il-kundizzjonijiet kuntrattwali ta’ impjieg u l-eżekuzzjoni tagħhom ma kinux deċiżi mill-Kunsill. It-trattament speċifiku kkontestat għalhekk ma ġiex deċiż mill-Kunsill u ma hemm ebda att tal-Kunsill li jista’ jiddaħħal inkwistjoni. Fil-fatt, huwa paċifiku li l-Missjoni Eulex Kosovo għandha kapaċità ġuridika u hija responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni tal-mandat tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet parti tal-ewwel aggravju, is-SEAE jikkunsidra li mir-rikors u mill-argumenti mressqa minn L. Jenkinson jirriżulta li dan jibbaża t-talbiet tiegħu fuq l-intier tar-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu mal-Missjoni Eulex Kosovo u, b’mod iktar partikolari, fuq in-nuqqas ta’ tiġdid tal-impjieg tiegħu li kien ġie indikat lilu matul il-kuntratt ta’ qabel l-aħħar KŻD. Konsegwentement, it-tilwima ma tirrigwardax biss l-aħħar KŻD, iżda r-relazzjoni kuntrattwali preċedenti. Issa, peress li ma huwiex ikkontestat li l-kuntratti kollha tax-xogħol preċedenti kienu jinkludu klawżola li tagħti ġurisdizzjoni lill-qrati Belġjani, il-Qorti Ġenerali ma wettqet ebda żball ta’ liġi. Barra minn hekk, L. Jenkinson ma jispjegax fuq liema bażi l-aħħar KŻD seta’ jimmodifika l-kuntratti preċedenti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni aggravju, is-SEAE jirrispondi li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, ġustament, li huwa ma kienx parti kontraenti fl-aħħar KŻD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet parti tal-ewwel aggravju, il-Missjoni Eulex Kosovo tqis li, peress li l-aħħar KŻD biss kien fih klawżola li tagħti ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Unjoni u peress li tali klawżoli ta’ arbitraġġ għandhom jiġu interpretati b’mod strett, il-Qorti Ġenerali ma wettqet ebda żball ta’ liġi meta ddikjarat li hija ma kellhiex ġurisdizzjoni fir-rigward tat-talbiet ta’ L. Jenkinson ibbażati fuq kuntratti preċedenti għal ta’ dan tal-aħħar. Ma hemm xejn li jippermetti li jiġi kkontestat <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> il-kunsens ta’ L. Jenkinson għall-klawżoli li kienu inklużi f’kuntratti preċedenti li jattribwixxu l-ġurisdizzjoni lill-qrati Belġjani.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minħabba l-fatt li L. Jenkinson jikkontesta, essenzjalment, bl-argumenti mressqa taħt it-tielet parti tal-ewwel aggravju u taħt it-tieni aggravju, il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fis-sens li l-ġurisdizzjoni tagħha ma tistax tiġi estiża għal kuntratti preċedenti għall-aħħar KŻD, għandu jitfakkar li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, b’mod partikolari, fil-punti 23, 26 u 38 sa 40 tad-digriet appellat, kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>23.</NO.P><TXT>[…] [P]eress li dan ir-rikors ġie ppreżentat abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, il-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni biss f’dak li jirrigwarda l-aħħar KŻD skont il-klawżola ta’ arbitraġġ li fih. Il-Qorti Ġenerali manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi tilwimiet li jistgħu jitnisslu mill-eżekuzzjoni tal-kuntratti ta’ xogħol tar-rikorrent preċedenti għall-aħħar KŻD li espressament jattribwixxu ġurisdizzjoni lill-qrati Belġjani u, għaldaqstant, sabiex tieħu konjizzjoni ta’ dan ir-rikors f’dak li jirrigwarda l-effetti ta’ dawn il-kuntratti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-portata tal-klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija espressament limitata għat-tilwimiet relatati mal-aħħar KŻD u ma tistax testendi għall-kuntratti preċedenti li jipprevedu l-ġurisdizzjoni ta’ qrati oħrajn.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, biss fir-rigward tal-aħħar KŻD konkluż bejn ir-rikorrent u l-Eulex Kosovo.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>L-ewwel nett, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Qorti Ġenerali manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq l-ewwel parti tal-kapijiet tat-talbiet imqajma prinċipalment. Peress li l-ewwel kap tat-talbiet huwa intiż għall-klassifikazzjoni mill-ġdid f’kuntratt għal żmien indeterminat tal-assjem tar-relazzjoni kuntrattwali tar-rikorrent mad-diversi missjonijiet li kienu l-persuni li jimpjegaw suċċessivi tiegħu, dan jippreżupponi li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti tal-kuntratti ta’ xogħol preċedenti konklużi bejn dawn il-missjonijiet u r-rikorrent, li jikkonferixxu espressament ġurisdizzjoni lill-qrati Belġjani. Peress li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali hija limitata għall-aħħar KŻD, dan il-fatt ma jippermettilhiex tiddeċiedi fuq dan il-kap tat-talbiet. Il-Qorti Ġenerali ukoll manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni fir-rigward<?PAGE NO="8"?> tat-talbiet anċillari intiżi sabiex jiġi kkonstatat li l-konvenuti kisru l-obbligu ta’ notifika ta’ preavviż fil-kuntest tat-terminazzjoni ta’ kuntratt għal żmien indeterminat u li t-tkeċċija tiegħu kienet abbużiva. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ukoll manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talbiet għal kumpens anċillari għal dawn it-talbiet, intiżi għall-kumpens għad-danni li jirriżultaw mill-użu abbużiv ta’ KŻD suċċessivi, mill-ksur tal-obbligu ta’ notifika ta’ preavviż u minn tkeċċija abbużiva.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-tieni parti tal-kapijiet tat-talbiet imqajma prinċipalment, sa fejn huma intiżi sabiex jiġi ddikjarat li s-SEAE, il-Kunsill u l-Kummissjoni ttrattaw lir-rikorrent b’mod diskriminatorju fil-kuntest tal-perijodu ta’ impjieg tiegħu fi ħdan il-missjonijiet, f’dak li jirrigwarda r-remunerazzjoni, id-drittijiet tiegħu għall-pensjoni u benefiċċji oħra, li messu ġie rreklutat fil-kwalità ta’ membru tal-persunal temporanju minn wieħed minnhom u sabiex jinkiseb kumpens għad-danni li jirriżultaw minn dan. Fil-fatt, dawn il-kapijiet tat-talbiet huma diretti kontra l-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE, li ma humiex partijiet fl-aħħar KŻD, u għalhekk jirrigwardaw ir-relazzjonijiet kuntrattwali preċedenti li l-Qorti Ġenerali ma għandhiex ġurisdizzjoni fir-rigward tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 274 TFUE, bla ħsara għas-setgħat mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja mit-Trattati, it-tilwimiet li fihom l-Unjoni hija parti ma għandhomx, għal dik ir-raġuni, jiġu esklużi mill-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 272 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi bis-saħħa ta’ klawżola ta’ arbitraġġ li tkun tinsab f’kuntratt, li jkun sar skont id-dritt pubbliku jew dak privat, konkluż mill-Unjoni jew f’isimha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-Artikolu 256(1) TFUE jippreċiża li l-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni fl-ewwel istanza tar-rikorsi msemmija, b’mod partikolari, fl-Artikolu 272 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali, ibbażata fuq klawżola ta’ arbitraġġ, tidderoga mid-dritt komuni u għandha, għaldaqstant, tiġi interpretata b’mod strett (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19861218">18 ta’ Diċembru 1986</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Zoubek</NAME.CASE>, <NO.CASE>426/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:501">EU:C:1986:501</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm, fil-kuntest ta’ klawżola ta’ arbitraġġ konkluża skont l-Artikolu 272 TFUE, il-Qorti Ġenerali tista’ tissejjaħ sabiex tiddeċiedi t-tilwima billi tapplika dritt nazzjonali li jirregola l-kuntratt, il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tieħu konjizzjoni ta’ tilwima li tikkonċerna dan il-kuntratt għandha tiġi evalwata biss abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u tal-istipulazzjonijiet tal-klawżola ta’ arbitraġġ, mingħajr ma jkunu jistgħu jiġu invokati kontriha dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li allegatament jostakolaw il-ġurisdizzjoni tagħha (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Planet vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑564/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:124">EU:C:2015:124</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali tista’ tieħu konjizzjoni biss tat-talbiet li joriġinaw mill-kuntratt konkluż mal-Unjoni li jinkludi l-klawżola ta’ arbitraġġ jew talbiet li għandhom rabta diretta mal-obbligi li jirriżultaw minn dan il-kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19861218">18 ta’ Diċembru 1986</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Zoubek</NAME.CASE>, <NO.CASE>426/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:501">EU:C:1986:501</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jiġi vverifikat jekk, kuntrarjament għall-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali, il-klawżoli ta’ arbitraġġ inklużi fil-kuntratti ta’ xogħol inkwistjoni jikkonferixxux ġurisdizzjoni lill-Qorti Ġenerali sabiex tieħu konjizzjoni tat-talbiet imressqa minn L. Jenkinson fil-kuntest tar-rikors li huwa ppreżenta quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif ġie rrilevat mill-Qorti Ġenerali fil-punti 21 u 22 tad-digriet appellat, huwa paċifiku li l-kuntratti ta’ xogħol kollha preċedenti konklużi bejn il-missjonijiet u l-appellant fihom klawżola li tipprevedi espressament li t-tilwimiet li jirriżultaw minn, jew li jkunu relatati ma’, dawn il-kuntratti<?PAGE NO="9"?> jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Brussell, u li huwa biss l-aħħar KŻD li jistipula espressament, fl-Artikolu 21 tiegħu, li t-tilwimiet li jirriżultaw minn, jew li jkunu relatati ma’, dan il-kuntratt jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 272 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, peress li r-rikors ġie ppreżentat abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, il-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni, bħala prinċipju, biss tat-talbiet li joriġinaw mill-aħħar KŻD jew li għandhom rabta diretta mal-obbligi li jirriżultaw minn dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 45 u 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, fir-rigward ta’ relazzjoni ta’ xogħol analoga għal dik tal-kawża preżenti, li kienet tikkonċerna serje ta’ kuntratti ta’ xogħol suċċessivi, konklużi matul perijodu ta’ ħmistax-il sena u li huma biss l-aħħar erba’ kuntratti li kienu jinkludu klawżola ta’ arbitraġġ li tattribwixxi ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi fuq it-tilwim kollu dwar il-validità, l-interpretazzjoni jew l-eżekuzzjoni tal-imsemmija kuntratti, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fatt li l-istess klawżola ma tidhirx fil-kuntratti preċedenti u li, f’dak li jikkonċerna l-ewwel snin, lanqas biss jeżistu kuntratti bil-miktub, ma jistax ikun ta’ ostakolu sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tagħha tar-relazzjonijiet li jeżistu bejn il-partijiet, tat-totalità tal-kuntratti konklużi (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19820701">1 ta’ Lulju 1982</DATE>, <NAME.CASE>Porta vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>109/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:253">EU:C:1982:253</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punti 23, 26 u 38 sa 40 tad-digriet appellat, il-ġurisdizzjoni tagħha tista’ testendi għall-kuntratti ta’ xogħol preċedenti li jipprevedu l-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Brussell, sakemm ir-rikors ippreżentat minn L. Jenkinson jinkludi talbiet li joriġinaw mill-aħħar KŻD jew li għandhom rabta diretta mal-obbligi li jirriżultaw minn dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mill-punt 10 tad-digriet appellat, permezz tal-kapijiet tat-talbiet imqajma prinċipalment, L. Jenkinson talab lill-Qorti Ġenerali, essenzjalment, tikklassifika mill-ġdid ir-relazzjonijiet kuntrattwali kollha tiegħu f’kuntratt ta’ impjieg għal żmien indeterminat u tagħtih id-drittijiet li jistgħu jirriżultaw, fil-fehma tiegħu, wara tali klassifikazzjoni mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 47 tal-konklużjonijiet tiegħu, sa fejn it-talbiet ta’ L. Jenkinson huma relatati mal-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol unika u kontinwa bbażata fuq serje ta’ KŻD, dawn huma intiżi għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratti kollha konklużi u huma bbażati fuq dawn il-kuntratti kollha, inkluż l-aħħar KŻD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jiġi kkonstatat li r-rikors ippreżentat minn L. Jenkinson fih talbiet li joħorġu wkoll mill-aħħar KŻD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, fil-punti 39 u 40 tad-digriet appellat, meta ddikjarat li hija manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-kapijiet tat-talbiet imqajma prinċipalment, minħabba li t-talbiet ta’ L. Jenkinson jimplikaw it-teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti tal-kuntratti ta’ xogħol preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 44 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kellha, f’dan il-każ, tivverifika jekk u, skont il-każ, sa fejn hija setgħet tieħu inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tagħha tat-talbiet ta’ L. Jenkinson, tal-kuntratti ta’ xogħol preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li jintlaqgħu t-tielet parti tal-ewwel aggravju u t-tieni aggravju invokati insostenn tal-ewwel kap ta’ talbiet u, għalhekk, li jiġi annullat id-digriet appellat, mingħajr ma huwa meħtieġ li jiġu eżaminati l-partijiet l-oħra tal-ewwel aggravju jew it-tielet u r-raba’ aggravji invokati insostenn ta’ dan il-kap ta’ talbiet li jikkonċernaw, rispettivament, l-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali ta’ argumenti mressqa sussidjarjament u t-tqassim tal-ispejjeż tal-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni kap tat-talbiet tal-appell</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni kap tat-talbiet tiegħu, L. Jenkinson jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ r-rikors li huwa ppreżenta quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, din tal-aħħar, f’każ ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tista’ tiddeċiedi definittivament il-kawża hija stess meta din tkun fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, kuntrarjament għal dak li jsostni L. Jenkinson, il-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet biss dwar jekk hija kellhiex ġurisdizzjoni u dwar l-ammissibbiltà tar-rikors mingħajr ma indirizzat il-mertu tal-kawża, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, bħala regola, kawża ma tkunx fi stat li tiġi deċiża dwar il-mertu ta’ rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali meta din tal-aħħar tkun ċaħdet ir-rikors bħala inammissibbli billi tkun laqgħet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mingħajr ma tkun rabtitha mad-deċiżjoni dwar il-mertu (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091217">17 ta’ Diċembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Eżami mill-ġdid M vs EMEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑197/09 RX‑II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:804">EU:C:2009:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Ċertament, taħt ċerti kundizzjonijiet, huwa possibbli li tingħata deċiżjoni dwar il-mertu ta’ rikors minkejja li l-proċedura fl-ewwel istanza kienet limitata għal eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà li ntlaqgħet mill-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi fl-ewwel istanza. Dan jista’ jkun il-każ meta, minn naħa, l-annullament tas-sentenza appellata jew tad-digriet appellat neċessarjament jinvolvi ċerta soluzzjoni rigward il-mertu tar-rikors inkwistjoni jew, min-naħa l-oħra, l-eżami dwar il-mertu tar-rikors għal annullament jistrieħ fuq argumenti skambjati mill-partijiet fil-kuntest tal-appell wara raġunament tal-qorti tal-ewwel istanza (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091217">17 ta’ Diċembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Eżami mill-ġdid M vs EMEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑197/09 RX‑II</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:804">EU:C:2009:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, kif issostni ġustament il-Kummissjoni, ma jeżistux tali ċirkustanzi partikolari li setgħu jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi hija stess dwar il-mertu tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li din il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali u li t-tieni kap ta’ talbiet għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Peress li l-kawża qiegħda tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, hemm lok li l-ispejjeż jiġu rriżervati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Jenkinson vs Il‑Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑602/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:660">EU:T:2016:660</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa annullat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>