<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-342/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018TJ0342</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:635">EU:T:2021:635</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20210929">29.9.2021</DATE> – Kawża T‑342/18 [<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>]</HT></P><P><HT TYPE="SC">Nichicon Corporation vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20210929">29 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Suq tal-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE</KEYWORD><KEYWORD>Koordinazzjoni tal-prezzijiet fiż-ŻEE kollha</KEYWORD><KEYWORD>Prattika miftiehma</KEYWORD><KEYWORD>Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan</KEYWORD><KEYWORD>Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Paragrafu 13 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006</KEYWORD><KEYWORD>Valur tal-bejgħ</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Ksur uniku u kontinwu</KEYWORD><KEYWORD>Gravità tal-ksur</KEYWORD><KEYWORD>Tbegħid pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Ċirkustanzi attenwanti</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni sħiħa</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑342/18,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Nichicon Corporation</HT>, stabbilita f’Kyoto (il-Ġappun), irrappreżentata minn A. Ablasser-Neuhuber, F. Neumayr, G. Fussenegger u H. Kühnert, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn B. Ernst, T. Franchoo, C. Sjödin u F. van Schaik, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 final tal-<DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE> li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.40136 – Kapasiters), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla Estiża),</P><P>komposta minn M. J. Costeira (Relatriċi), Presidenta, D. Gratsias, M. Kancheva, B. Berke u T. Perišin, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Artemiou, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20201022">22 ta’ Ottubru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikorrenti u s-settur ikkonċernat</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Nichicon Corporation, hija kumpannija stabbilita fil-Ġappun, li timmanifattura u tbigħ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju. Ir-rikorrenti kienet ukoll, sas-<DATE ISO="20130206">6 ta’ Frar 2013</DATE>, manifattur u bejjiegħ ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tat-tantalju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-ksur inkwistjoni jikkonċerna l-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju. Il-kapaċitaturi huma komponenti elettriċi li jaħżnu l-enerġija b’mod elettrostatiku f’kamp elettriku u huma użati f’firxa kbira ta’ prodotti elettroniċi bħalma huma kompjuters personali, tablets, telefons, airconditioners, friġġijiet, washing machines, prodotti awtomobilistiċi u tagħmir industrijali. Għalhekk, il-klijentela hija ddiversifikata ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-kapaċitaturi elettrolitiċi, u b’mod iktar preċiż il-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u t-tantalju, huma prodotti li l-prezz tagħhom jikkostitwixxi parametru kompetittiv importanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura amministrattiva</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20131004">4 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Panasonic u s-sussidjarji tagħha ressqu, quddiem il-Kummissjoni Ewropea, talba għall-għoti ta’ marker skont il-paragrafi 14 u 15 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="144" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 144, p. 23</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), filwaqt li pprovdew informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur preżunt fis-settur tal-kapaċitaturi elettrolitiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE> il-Kummissjoni, b’applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), talbet informazzjoni lil diversi impriżi li joperaw fis-settur tal-kapaċitaturi elettrolitiċi, b’mod partikolari r-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20151104">4 ta’ Novembru 2015</DATE>, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li hija bagħtet b’mod partikolari lir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, fosthom ir-rikorrenti, instemgħu mill-Kummissjoni waqt seduta li seħħet mit-12 sal-<DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni kkontestata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2018) 1768 final li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.40136 – Kapasiters) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ksur</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) fis-settur tal-kapaċitaturi elettrolitiċi, li fih ipparteċipaw disa’ impriżi jew gruppi ta’ impriżi, jiġifieri Elna, Hitachi AIC, Holy Stone, Matsuo, NEC Tokin, Nippon Chemi-Con (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>NCC<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), Rubycon, Sanyo (li tirreferi għal Sanyo u Panasonic flimkien), u r-rikorrenti (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>parteċipanti fl-akkordju<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) (premessa 1 u Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni rrilevat, essenzjalment, li l-ksur inkwistjoni kien seħħ bejn is-<DATE ISO="19980626">26 ta’ Ġunju 1998</DATE> u t-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>, fit-territorju kollu taż-ŻEE, u kien ikkonsista fi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma li kellhom bħala għan il-koordinazzjoni tal-politiki tal-prezzijiet fir-rigward tal-provvista ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju (premessa 1 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-akkordju kien essenzjalment organizzat permezz ta’ laqgħat multilaterali, li ġeneralment kienu jinżammu fil-Ġappun, kull xahar jew kull xahrejn, fil-livell maniġerjali għoli responsabbli għall-bejgħ, u kull sitt xhur fil-livell tad-diretturi, inklużi l-presidenti (premessi 63, 68 u 738 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-laqgħat multilaterali ġew, l-ewwel, organizzati, bejn l-1998 u l-2003, bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ċirku tal-kapaċitaturi elettrolitiċi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>konferenza tal-kapaċitaturi elettrolitiċi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>laqgħat ECC<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Sussegwentement, dawn ġew organizzati, bejn l-2003 u l-2005, bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>konferenza aluminju-tantalju<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>grupp tal-kapaċitaturi tal-aluminju jew tat-tantalju<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>laqgħat ATC<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). Fl-aħħar nett, huma ġew organizzati, bejn l-2005 u l-2012, bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>grupp ta’ studju tas-suq<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>grupp ta’ marketing<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>laqgħat MK<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). B’mod parallel mal-laqgħat MK, u flimkien ma’ dawn il-laqgħat, ġew organizzati laqgħat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>żieda fl-ispejjeż<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>żieda tal-kapaċitaturi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>laqgħat CUP<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), bejn l-2006 u l-2008 (premessa 69 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Minbarra dawn il-laqgħat multilaterali, il-parteċipanti fl-akkordju kellhom ukoll, skont il-bżonn, kuntatti bilaterali u trilaterali <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> (premessi 63, 75 u 739 tad-deċiżjoni kkontestata) (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>iskambji antikompetittivi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-iskambji antikompetittivi, il-parteċipanti fl-akkordju kienu jiskambjaw informazzjoni dwar il-prezzijiet u l-prezzijiet futuri pprattikati, dwar it-tnaqqis futur fil-prezz u l-firxa ta’ dan it-tnaqqis, fuq l-offerta u d-domanda, inkluż fuq l-offerta u d-domanda futuri, u, f’ċerti każijiet, kienu jikkonkludu, japplikaw u jimmonitorjaw il-ftehimiet dwar il-prezzijiet (premessi 62, 715, 732 u 741 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni qieset li l-aġir tal-parteċipanti fl-akkordju kien jikkostitwixxi forma ta’ ftehim u/jew ta’ prattika miftiehma, li kellu għan komuni, jiġifieri li tiġi evitata l-kompetizzjoni permezz tal-prezzijiet u jiġi kkoordinat l-aġir futur tagħhom fir-rigward tal-bejgħ ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi, u b’hekk li titnaqqas l-inċertezza fis-suq (premessi 726 u 731 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkonkludiet li dan l-aġir kellu għan antikompetittiv uniku (premessa 743 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-responsabbiltà tar-rikorrenti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkonstatat ir-responsabbiltà tar-rikorrenti minħabba l-parteċipazzjoni diretta u kontinwa tagħha fl-akkordju mis-<DATE ISO="19980626">26 ta’ Ġunju 1998</DATE> sal-<DATE ISO="20100531">31 ta’ Mejju 2010</DATE>, mingħajr madankollu ma r-responsabbiltà testendi għal-laqgħat MK (premessi 760, 761, 955, 1023 u l-Artikolu 1(f) tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-multa imposta fuq ir-rikorrenti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(i) tad-deċiżjoni kkontestata jimponi multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">72901000</FT> fuq ir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kalkolu tal-ammont tal-multa</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tal-multi, il-Kummissjoni segwiet il-metodoloġija esposta fil-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti b’applikazzjoni tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 210, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Linji gwida tal-2006<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) (premessa 980 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, sabiex tiddetermina l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-valur tal-bejgħ matul l-aħħar sena sħiħa ta’ parteċipazzjoni fil-ksur, skont il-paragrafu 13 tal-Linji gwida tal‑2006 (premessa 989 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkalkolat il-valur tal-bejgħ abbażi tal-bejgħ ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju ffatturati lil klijenti stabbiliti fiż-ŻEE (premessa 990 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkalkolat il-valur rilevanti tal-bejgħ b’mod separat għaż-żewġ kategoriji ta’ prodotti, jiġifieri l-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u l-kapaċitaturi elettrolitiċi tat-tantalju, u applikat fil-konfront tagħhom koeffiċjenti multiplikaturi differenti skont it-tul ta’ żmien (premessa 991 tad-deċiżjoni kkontestata). Fir-rigward tar-rikorrenti, il-Kummissjoni użat koeffiċjent multiplikatur 11.93 (li jikkorrispondi għall-perijodu bejn is-<DATE ISO="19980626">26 ta’ Ġunju 1998</DATE> u l-<DATE ISO="20100531">31 ta’ Mejju 2010</DATE>) għall-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju, u ta’ 10.36 (li jikkorrispondi għall-perijodu bejn id-<DATE ISO="19991029">29 ta’ Ottubru 1999</DATE> u d-<DATE ISO="20100309">9 ta’ Marzu 2010</DATE>) għall-kapaċitaturi elettrolitiċi tat-tantanlju (it-tabella 1 fil-premessa 1007 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ffissat il-proporzjon tal-valur tal-bejgħ li għandu jintuża skont il-gravità tal-ksur għal 16 %. F’dan ir-rigward, hija qieset li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>arranġamenti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> orizzontali ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet kienu, min-natura tagħhom stess, fost l-iktar ksur gravi tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u li l-akkordju kien ikopri t-territorju kollu taż-ŻEE (premessi 1001 sa 1003 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni applikat ammont addizzjonali ta’ 16 %, abbażi tal-paragrafu 25 tal-Linji gwida tal-2006, sabiex tiżgura ruħha min-natura suffiċjentement dissważiva tal-multa imposta (premessa 1009 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ffissat għal EUR <FT TYPE="NUMBER">75156000</FT> l-ammont bażiku tal-multa li kellha tiġi imposta fuq ir-rikorrenti (premessa 1010 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, abbażi ta’ ċirkustanzi attenwanti, il-Kummissjoni tat tnaqqis ta’ 3 % tal-ammont bażiku tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, minħabba li l-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat MK ma kinitx stabbilita u li xejn ma kien jagħti prova li hija kienet taf bihom (premessa 1023 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Kummissjoni ffissat għal EUR <FT TYPE="NUMBER">72901000</FT> l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti (it-tabella 3 fil-premessa 1139 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ att iddepożitat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180928">28 ta’ Settembru 2018</DATE>, ir-risposta tal-Kummissjoni ġiet iddepożitata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-replika u l-kontroreplika ġew iddepożitati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20181207">7 ta’ Diċembru 2018</DATE> u fit-<DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE> rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fuq proposta tat-Tieni Awla tal-Qorti Ġenerali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tibgħat il-kawża lura quddiem kulleġġ ġudikanti estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-awli tal-Qorti Ġenerali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Imħallef Relatriċi ġiet assenjata lid-Disa’ Awla Estiża, u konsegwentement din il-kawża ġiet assenjata lil din l-awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatriċi, il-Qorti Ġenerali (id-Disa’ Awla Estiża) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura, stiednet lill-partijiet jiddepożitaw ċerti dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>It-trattazzjonijiet tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20201022">22 ta’ Ottubru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Wara l-mewt tal-Imħallef Berke fl-<DATE ISO="20210801">1 ta’ Awwissu 2021</DATE>, it-tliet imħallfin li ffirmaw din is-sentenza komplew bid-deliberazzjonijiet, skont l-Artikoli 22 u 24(1) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata, inkwantu din tapplika għaliha;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament u fi kwalunkwe każ, tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-ammont tal-multa u tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti bl-evalwazzjoni proprja tagħha u tnaqqas dan l-ammont;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi b’appoġġ kemm tat-talbiet prinċipali tagħha, intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll tat-talbiet sussidjarji tagħha, intiżi għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel, it-tieni u t-tielet motiv, ir-rikorrenti tikkontesta l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fis-settur tal-kapaċitaturi elettrolitiċi, fit-territorju kollu taż-ŻEE, matul perijodu ta’ kważi erbatax-il sena. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żbalji materjali ta’ fatt f’dak li jikkonċerna l-portata ġeografika tal-iskambji antikompetittivi. It-tieni motiv huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi f’dak li jikkonċerna, minn naħa, il-kwalifikazzjoni bħala ksur uniku u kontinwu, u, min-naħa l-oħra, il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti f’dan il-ksur. It-tielet motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-ftehim ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti tikkontesta l-multa li ġiet imposta fuqha. Dan il-motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fil-kalkolu tal-ammont tal-multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ, ir-rikorrenti tikkontesta l-legalità tal-proċedura ta’ konstatazzjoni tal-ksur.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata</HT></HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-kwalifikazzjoni bħala ksur uniku u kontinwu, u r-responsabbiltà tar-rikorrenti fil-parteċipazzjoni f’dan il-ksur</HT></HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti, dwar l-assenza ta’ prova ta’ ksur uniku u kontinwu li jkopri l-bejgħ kollu ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi lejn iż-ŻEE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0314"><NO.P>314</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li, minħabba n-natura eteroġena tal-kapaċitaturi u l-ispeċifiċità tad-domanda fid-diversi swieq ġeografiċi, il-ksur, minbarra l-fatt li ma ġiex stabbilit mill-Kummissjoni, ma setax ikopri l-bejgħ kollu ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi lejn iż-ŻEE.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">i)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment, dwar l-assenza ta’ prova ta’ ksur uniku u kontinwu li jkopri l-bejgħ kollu tal-kapaċitaturi elettrolitiċi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0316"><NO.P>316</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, preliminarjament, li l-kapaċitaturi huma prodotti ddiversifikati ħafna, li jiddistingwu ruħhom permezz ta’ numru kbir ta’ karatteristiċi u li għalihom ma jeżistix prezz uniformi tas-suq, b’tali mod li l-ksur ma jistax ikopri l-bejgħ kollu ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi lejn iż-ŻEE. Hija ssostni, b’mod iktar preċiż, li l-elementi li jinsabu fil-premessi 796 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tad-deċiżjoni kkontestata, li fuqhom il-Kummissjoni bbażat ruħha sabiex issostni l-konklużjoni tagħha, ma jippermettux li tiġi stabbilita b’mod suffiċjenti fid-dritt l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu li, meħud fl-intier tiegħu, kien ikopri l-bejgħ kollu ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0317"><NO.P>317</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0318"><NO.P>318</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, sabiex tiddetermina l-prodotti koperti minn akkordju, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tiddefinixxi s-suq inkwistjoni abbażi ta’ kriterji ekonomiċi. Huma l-membri tal-akkordju stess li jiddeterminaw il-prodotti li huma s-suġġett tad-diskussjonijiet u l-prattiki miftiehma tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050615">15 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Tokai Carbon <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑71/03, T‑74/03, T‑87/03 u T‑91/03</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:220">EU:T:2005:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-prodotti kkonċernati minn akkordju huma ddeterminati b’riferiment għall-provi dokumentarji ta’ aġir antikompetittiv effettiv fir-rigward ta’ prodotti speċifiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031211">11 ta’ Diċembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Adriatica di Navigazione vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑61/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:335">EU:T:2003:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0319"><NO.P>319</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi enfasizzat li, f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq preżunzjoni li ma hija appoġġjata minn ebda prova (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191128">28 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>ABB vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑593/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1027">EU:C:2019:1027</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0320"><NO.P>320</NO.P><TXT>Madankollu, mid-deċiżjoni kkontestata, u b’mod partikolari mill-premessa 736, jirriżulta li, wara eżami tal-iskambji antikompetittivi kollha u tal-provi relatati magħhom, il-Kummissjoni kkonstatat li l-iskambji kollha bejn il-parteċipanti fl-akkordju kienu jkopru jew il-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju jew tat-tantalju, jew dawn iż-żewġ kategoriji ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0321"><NO.P>321</NO.P><TXT>Fil-premessa 796 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni l-ewwel nett ippreċiżat, b’risposta għal ilment tar-rikorrenti analogu għal dan l-ilment, invokat matul il-proċedura amministrattiva, li mill-iskambji antikompetittivi kien jirriżulta li d-diskussjonijiet ma kinux limitati għal ċerti sottotipi ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju jew tat-tantalju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0322"><NO.P>322</NO.P><TXT>Kif tesponi l-Kummissjoni f’din il-premessa, dan in-nuqqas ta’ limitazzjoni tas-suġġett tad-diskussjonijiet jirriżulta mil-laqgħat tad-<DATE ISO="20020829">29 ta’ Awwissu 2002</DATE>, tat-<DATE ISO="20061222">22 ta’ Diċembru 2006</DATE>, tal-<DATE ISO="20080625">25 ta’ Ġunju 2008</DATE> u tal-<DATE ISO="20101220">20 ta’ Diċembru 2010</DATE>, imsemmija fir-rikors, li matulhom varjetà kbira ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u/jew tat-tantalju ġiet imsemmija, iżda wkoll mid-diskussjonijiet li jirrigwardaw speċifikament l-elementi li jikkontribwixxu għad-determinazzjoni tal-prezz tal-bejgħ tal-prodotti, bħaż-żieda fl-ispiża tal-materja prima u l-varjazzjoni tar-rati tal-kambju (ara, bħala eżempju, il-laqgħat imsemmija fin-noti ta’ qiegħ il-paġna nri 1417 u 1418 tad-deċiżjoni kkontestata). Fil-fatt, il-kontenut ta’ dawn id-diskussjonijiet kien ġenerali u kien intiż li japplika għat-tipi kollha ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju jew tat-tantalju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0323"><NO.P>323</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fil-premessa 797 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat li, fid-dikjarazzjonijiet tagħhom relatati man-negozju, il-parteċipanti fl-akkordju ma kienu introduċew ebda limitazzjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju jew tat-tantalju koperti mill-akkordju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0324"><NO.P>324</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fil-premessa 798 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni rrilevat li l-maġġoranza tar-rappreżentanti tal-parteċipanti fl-akkordju kienu responsabbli għall-manifattura u/jew għall-bejgħ tal-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju u mhux ta’ firxa ta’ prodotti speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0325"><NO.P>325</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 84, 318 u 319 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni, fid-dawl ta’ dawn il-konstatazzjonijiet, setgħet ġustament tikkunsidra li l-akkordju kien ikopri l-kapaċitaturi elettrolitiċi kollha tal-aluminju u tat-tantalju u, għaldaqstant, li l-ksur uniku u kontinwu kien ikopri dawn il-prodotti kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0326"><NO.P>326</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex imminata mill-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0327"><NO.P>327</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni, minn naħa, li l-Kummissjoni fir-realtà tirreferi għal erba’ laqgħat biss sabiex issostni, fil-premessa 796 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-akkordju kien jirrigwarda l-bejgħ kollu ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi. Min-naħa l-oħra, hija żżid li ebda wieħed mill-iskambji msemmija fin-noti ta’ qiegħ il-paġna nri 1417 u 1418 marbuta mal-premessa ma kien jirrigwarda l-bejgħ kollu ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0328"><NO.P>328</NO.P><TXT>Issa, ir-rikorrenti twettaq interpretazzjoni żbaljata tad-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari tal-premessa 796 tagħha. Fil-fatt, minn naħa, il-Kummissjoni tinvoka iktar minn erba’ skambji antikompetittivi sabiex issostni l-konklużjoni tagħha li l-akkordju kien jirrigwarda l-kapaċitaturi elettrolitiċi kollha tal-aluminju u tat-tantalju u mhux sottotip partikolari ta’ kapaċitatur. Min-naħa l-oħra, f’din il-premessa l-Kummissjoni ma kellhiex l-intenzjoni li turi li d-diskussjonijiet waqt kull skambju kienu jirrigwardaw il-bejgħ kollu ta’ kapaċitaturi, iżda sempliċement issostni l-konklużjoni tagħha, billi tiċċita bħala eżempju l-iskambji msemmija fin-noti ta’ qiegħ il-paġna nri 1417 u 1418. Għaldaqstant, dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0329"><NO.P>329</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-assenza ta’ limitazzjoni fid-dikjarazzjonijiet ta’ klemenza fir-rigward tal-prodotti koperti mill-akkordju ma tikkostitwixxix prova suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li l-ksur kien jirrigwarda l-bejgħ kollu ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0330"><NO.P>330</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, fil-punt 318 iktar ’il fuq tfakkar li, skont il-ġurisprudenza, huma l-membri tal-akkordju stess li jiddeterminaw il-prodotti li huma s-suġġett tad-diskussjonijiet u l-prattiki miftiehma tagħhom. Min-naħa l-oħra, mill-punti ta’ hawn fuq jirriżulta li l-konklużjoni tal-Kummissjoni ma hijiex ibbażata biss fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ klemenza tal-impriżi. Għaldaqstant, dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0331"><NO.P>331</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Anness II tad-deċiżjoni kkontestata ma jippermettix li jiġi stabbilit li l-persuni li pparteċipaw fl-akkordju kienu responsabbli b’mod ġenerali għall-kapaċitaturi elettrolitiċi kollha, minħabba, minn naħa, li dan l-anness allegatament isemmi biss it-titolu tal-funzjonijiet ta’ dawn il-persuni mingħajr ma jipprovdi dettalji dwar ir-responsabbiltajiet eżatti tagħhom, u, min-naħa l-oħra, li l-iskambji allegatament seħħew fil-Ġappun bejn impjegati Ġappuniżi, li ġeneralment ma kinux responsabbli għall-bejgħ lejn l-Ewropa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0332"><NO.P>332</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-fatt li d-dettall tar-responsabbiltajiet tal-persuni kkonċernati ma kienx magħruf ma jeskludix li huma setgħu jeżerċitaw responsabbiltajiet fir-rigward tal-prodotti kollha msemmija, fatt li, barra minn hekk, ma huwiex ikkontestat mir-rikorrenti. Min-naħa l-oħra, il-fatt li dawn il-persuni ma kinux, b’mod ġenerali, responsabbli għall-bejgħ lejn l-Ewropa ma jipprekludix li dawn setgħu kienu responsabbli għal dan il-bejgħ b’mod okkażjonali. Fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li l-persuni msemmija f’din il-lista kienu r-rappreżentanti tal-parteċipanti fl-akkordju, b’tali mod li huma kienu neċessarjament jeżerċitaw responsabbiltajiet li għandhom rabta mal-prodotti inkwistjoni. Għaldaqstant, dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0333"><NO.P>333</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, l-ewwel ilment għandu jiġi miċħud.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">e)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fid-determinazzjoni tal-multa</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0442"><NO.P>442</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li, billi imponiet fuqha multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">72901000</FT>, il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> u ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti, dwar il-kalkolu żbaljat tal-ammont tal-multa</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0446"><NO.P>446</NO.P><TXT>Din il-parti tista’ tinqasam fi tliet ilmenti. L-ewwel ilment jirrigwarda l-użu żbaljat tal-valur totali tal-bejgħ iffatturat fiż-ŻEE, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-multa. It-tieni lment jirrigwarda d-determinazzjoni tal-koeffiċjent multiplikatur li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur. It-tielet ilment jirrigwarda d-determinazzjoni tal-ammont addizzjonali li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">i)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment, dwar l-użu żbaljat tal-valur totali tal-bejgħ iffatturat fiż-ŻEE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0447"><NO.P>447</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi, għall-kalkolu tal-ammont tal-multa, ħadet bħala bażi l-valur totali tal-bejgħ ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju ffatturati matul l-aħħar sena ta’ parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0448"><NO.P>448</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0483"><NO.P>483</NO.P><TXT>Fis-sitt lok, għandu jiġi miċħud l-argument li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-Linji gwida tal-2006, billi, bħala bażi għall-kalkolu tal-ammont tal-multa, ħadet il-valur totali tal-bejgħ iffatturat fiż-ŻEE minflok il-valur totali tal-bejgħ mibgħut lejn iż-ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0484"><NO.P>484</NO.P><TXT>Minn naħa, għandu jiġi rrilevat, bħalma għamlet il-Kummissjoni, li l-paragrafu 13 tal-Linji gwida tal-2006 la jsemmi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>bejgħ ikkunsinnat<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u lanqas il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>bejgħ iffatturat<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Dan jirreferi biss għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>bejgħ imwettaq<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fiż-ŻEE. Isegwi li l-linji gwida, l-istess kif ma jimponux li jittieħed inkunsiderazzjoni l-bejgħ ikkunsinnat fiż-ŻEE, ma jipprekludux lill-Kummissjoni milli tikkunsidra l-bejgħ iffatturat fiż-ŻEE sabiex tikkalkola l-valur tal-bejgħ ta’ kull impriża fi ħdan iż-ŻEE (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130517">17 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Parker ITR u Parker-Hannifin vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑146/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:258">EU:T:2013:258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0210">210</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0485"><NO.P>485</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-ġurisprudenza jirriżulta li biex tkun tista’ tikkunsidra l-bejgħ iffatturat fiż-ŻEE, hemm bżonn li dan il-kriterju jkun jirrifletti r-realtà tas-suq, jiġifieri li jkun l-iktar wieħed li jista’ jidentifika l-konsegwenzi tal-akkordju fuq il-kompetizzjoni fiż-ŻEE (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130517">17 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Parker ITR u Parker-Hannifin vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑146/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:258">EU:T:2013:258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0211">211</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, ir-rikorrenti ma tispjegax kif il-fatt, għall-Kummissjoni, li għall-kalkolu tal-ammont tal-multa tieħu inkunsiderazzjoni ċertu bejgħ iffatturat lil klijenti li jinsabu fiż-ŻEE, iżda sussegwentement ikkunsinnati lil siti barra minn din iż-żona ġeografika, ma jippermettix li jiġi rifless l-impatt tal-ksur fuq il-kompetizzjoni fiż-ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0486"><NO.P>486</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-rikorrenti ma ressqet ebda element ta’ natura li jistabbilixxi li d-dħul mill-bejgħ magħmul matul l-aħħar sena sħiħa ta’ parteċipazzjoni fil-ksur, f’dak li jirrigwarda l-bejgħ kollu ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju fiż-ŻEE, fil-mument meta l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata ma kienx jikkostitwixxi indikazzjoni tad-daqs veru tagħha, tas-saħħa ekonomika tagħha fis-suq u tad-daqs tal-ksur inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0487"><NO.P>487</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">iii)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet ilment, dwar id-determinazzjoni tal-ammont addizzjonali li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0509"><NO.P>509</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li fid-dawl tal-fatt li l-parteċipanti fl-akkordju kienu diġà ġew imposti fuqhom multi sostanzjali f’pajjiżi terzi, li kienu jieħdu inkunsiderazzjoni aspetti mondjali tal-ksur kif ukoll effett dissważiv, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi imponiet ukoll ammont addizzjonali fuq l-ammont bażiku sabiex tiddiswadi lill-parteċipanti fl-akkordju milli jipparteċipaw fil-futur f’akkordji illeċiti eventwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0510"><NO.P>510</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0511"><NO.P>511</NO.P><TXT>Preliminarjament, mill-premessa 1009 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni indikat li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ ineżami u tal-kriterji ttrattati fit-Taqsima 8.3.3.1, il-perċentwali li għandha tiġi applikata għall-ammont addizzjonali, abbażi tal-effett dissważiv, għandha tkun ta’ 16 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0512"><NO.P>512</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>, sanċit ukoll fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni li l-qorti għandha tiżgura l-osservanza tiegħu (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060629">29 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>SGL Carbon vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:433">EU:C:2006:433</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0513"><NO.P>513</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> jipprojbixxi li l-istess persuna tiġi ssanzjonata iżjed minn darba għall-istess imġiba illeċita sabiex jiġi protett l-istess interess ġuridiku. L-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju hija suġġetta għal tliet kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri l-identiċità tal-fatti, l-identiċità ta’ min wettaq il-ksur u l-identiċità tal-interess ġuridiku protett (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060927">27 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Roquette Frères vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑322/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:267">EU:T:2006:267</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0278">278</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0514"><NO.P>514</NO.P><TXT>Issa, fl-ewwel lok, sa fejn ir-rikorrenti tallega li, billi imponiet fuqha multa għall-parteċipazzjoni f’akkordju diġà ssanzjonata mill-awtoritajiet ta’ Stati terzi, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>, għandu jiġi rrilevat li l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> ma jistax japplika f’każ bħal dak inkwistjoni, fejn il-proċeduri mibdija u s-sanzjonijiet imposti mill-Kummissjoni, minn naħa, u mill-awtoritajiet ta’ Stati terzi, min-naħa l-oħra, evidentement ma jsegwux l-istess għanijiet (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060927">27 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Roquette Frères vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑322/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:267">EU:T:2006:267</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0280">280</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0281">281</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0515"><NO.P>515</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk, fl-ewwel każ, hija kwistjoni li tiġi ppreżervata kompetizzjoni mhux distorta fi ħdan iż-ŻEE, il-protezzjoni mfittxija fit-tieni każ tikkonċerna s-suq ta’ pajjiż terz. Għalhekk, il-kundizzjoni li l-interess ġuridiku protett ikun identiku, meħtieġa sabiex ikun jista’ jiġi applikat il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> ma hijiex issodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0516"><NO.P>516</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti la tinvoka u lanqas ma turi l-eżistenza ta’ prinċipju legali jew ta’ regola jew ta’ konvenzjoni fid-dritt internazzjonali pubbliku li tipprojbixxi lill-awtoritajiet jew qrati ta’ Stati differenti milli jibdew proċedimenti legali u jikkundannaw persuna minħabba fatti identiċi li jkollhom effetti fuq it-territorju jew il-ġurisdizzjoni tagħhom. Fl-assenza ta’ prova tal-eżistenza ta’ tali regola jew konvenzjoni li torbot lill-Unjoni u lil Stati terzi u li tipprevedi tali projbizzjoni, il-Kummissjoni ma tistax tiġi obbligata tagħmel dan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060629">29 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>SGL Carbon vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:433">EU:C:2006:433</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0517"><NO.P>517</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-allegazzjoni tar-rikorrenti, ibbażata fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>, għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0518"><NO.P>518</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, sa fejn ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi fid-determinazzjoni tal-perċentwali addizzjonali li għandha tiġi applikata ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-multi li ġew imposti fuqha minn Stati oħra kienu diġà jinkludu effett ta’ dissważjoni, għandu jitfakkar li l-paragrafu 25 tal-Linji gwida tal-2006 jippreċiża li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>indipendentement mit-tul tal-parteċipazzjoni ta’ impriża fil-ksur, il-Kummissjoni għandha tinkludi fl-ammont bażiku somma ta’ bejn 15 % u 25 % tal-valur tal-bejgħ kif iddefinit fit-Taqsima A iktar ’il fuq, sabiex tiddiswadi lill-impriżi anki milli jipparteċipaw fi ftehimiet orizzontali ta’ ffissar ta’ prezz, ta’ tqassim tas-suq u ta’ limitazzjoni tal-produzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0519"><NO.P>519</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li kwalunkwe kunsiderazzjoni misluta mill-eżistenza ta’ multi imposti mill-awtoritajiet ta’ Stat terz tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni biss fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali li għandha l-Kummissjoni fil-qasam tal-iffissar ta’ multi għall-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Konsegwentement, għalkemm ma jistax jiġi eskluż li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni multi imposti preċedentement mill-awtoritajiet ta’ Stati terzi, hija madankollu ma hijiex obbligata tagħmel dan. Fil-fatt, l-għan ta’ dissważjoni li l-Kummissjoni għandha d-dritt tfittex waqt l-iffissar tal-ammont ta’ multa huwa intiż li jiżgura l-osservanza, mill-impriżi, tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti mit-Trattat FUE għat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom fi ħdan is-suq intern. Konsegwentement, fl-evalwazzjoni tal-karattru dissważiv ta’ multa li għandha tiġi imposta minħabba ksur tal-imsemmija regoli l-Kummissjoni ma hijiex obbligata tieħu inkunsiderazzjoni sanzjonijiet eventwali imposti fuq impriża minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni ta’ Stati terzi (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060629">29 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>SGL Carbon vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:433">EU:C:2006:433</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0520"><NO.P>520</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-allegazzjoni tar-rikorrenti bbażata fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0521"><NO.P>521</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha li saru iktar ’il fuq, l-ewwel parti ta’ dan il-motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti, dwar in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti fir-rigward tar-rikorrenti</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">i)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment, dwar il-fatt li l-ammont tal-multa ma jirriflettix b’mod suffiċjenti l-assenza tar-rikorrenti għal-laqgħat MK</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0523"><NO.P>523</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li l-ammont tat-tnaqqis li ngħatalha għan-nuqqas tal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat MK, ma josservax il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0524"><NO.P>524</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0525"><NO.P>525</NO.P><TXT>Preliminarjament, mill-premessa 1023 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li għaċ-ċirkustanzi attenwanti, il-Kummissjoni tat lir-rikorrenti tnaqqis ta’ 3 % tal-ammont bażiku tal-multa imposta, minħabba li l-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat MK ma kinitx ġiet stabbilita u minħabba li xejn ma kien jagħti prova li hija kienet taf bihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0526"><NO.P>526</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li t-tnaqqis li ngħatalha, minħabba n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat MK, kien insuffiċjenti, fid-dawl tal-importanza ta’ dawn il-laqgħat fil-karatterizzazzjoni tal-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0527"><NO.P>527</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, l-għoti ta’ tnaqqis tal-ammont bażiku tal-multa minħabba ċirkustanzi attenwanti huwa neċessarjament marbut maċ-ċirkustanzi tal-każ, li jistgħu jwasslu lill-Kummissjoni sabiex ma tagħtihx lil impriża li tipparteċipa fi ftehim illeċitu. Fil-fatt, ir-rikonoxximent tal-benefiċċju ta’ ċirkustanza attenwanti, f’sitwazzjonijiet fejn impriża tkun parti minn ftehim manifestament illegali, li fir-rigward tiegħu kienet taf jew ma setgħetx tinjora li kien jikkostitwixxi ksur, ma jistax ikollu l-konsegwenza li jneħħi l-effett dissważiv tal-multa imposta u jippreġudika l-effett utli tal-Artikolu 101(1) TFUE (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120202">2 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Denki Kagaku Kogyo u Denka Chemicals vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑83/08</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:48">EU:T:2012:48</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0237">237</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0528"><NO.P>528</NO.P><TXT>Għalkemm iċ-ċirkustanzi elenkati fil-lista li tinsab fil-paragrafu 29 tal-Linji gwida tal-2006 huma ċertament fost dawk li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni f’każ partikolari, din ma hijiex obbligata tagħti tnaqqis addizzjonali fuq din il-bażi b’mod awtomatiku malli impriża tressaq elementi ta’ natura li jindikaw il-preżenza ta’ waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi, peress li l-adegwatezza ta’ eventwali tnaqqis tal-multa minħabba ċirkustanzi attenwanti għandha tiġi evalwata minn perspettiva globali billi jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120202">2 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Denki Kagaku Kogyo u Denka Chemicals vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑83/08</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:48">EU:T:2012:48</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0240">240</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0529"><NO.P>529</NO.P><TXT>Issa, ġie rrilevat li, l-ewwel, ir-rikorrenti kienet ipparteċipat kważi fil-perijodu tal-ksur kollu, jiġifieri kważi tnax-il sena mill-erbatax li dam għaddej l-akkordju. It-tieni, minkejja n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat MK, ir-rikorrenti kienet ħadet sehem fi 52 laqgħa multilaterali, li fosthom kien hemm il-laqgħat ECC, ATC u CUP, u f’sitt kuntatti bilaterali jew trilaterali. It-tielet, ir-rikorrenti ma kinitx ikkontestat li l-laqgħat CUP kienu jikkompletaw il-laqgħat MK u li dawn kienu kkunsidrati mill-parteċipanti fl-akkordju bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>laqgħat mhux uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, li nżammu b’mod parallel ma’ dawn tal-aħħar, inkwantu dawn kienu ġeneralment organizzati ġimgħa wara l-laqgħat MK u kienu jlaqqgħu l-parti l-kbira tal-parteċipanti fihom. Ir-raba’, l-iskambji antikompetittivi kollha kienu jifformaw parti mill-istess pjan, b’għan ekonomiku uniku. Barra minn hekk, mid-deċiżjoni kkontestata ma jirriżultax li l-laqgħat MK kellhom importanza partikolari meta mqabbla mal-laqgħat l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0530"><NO.P>530</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tat-tnaqqis mogħti f’każijiet oħra, fil-punti 505 u 506 iktar ’il fuq ġie mfakkar li l-prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni ma setgħetx isservi bħala qafas ġuridiku għall-multi fil-qasam tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0531"><NO.P>531</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li, minkejja n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat MK, ir-rikorrenti ma hijiex fondata li ssostni li l-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju kienet limitata u li hija kellha grad ta’ dannu li kien jiġġustifika tnaqqis ikbar tal-multa. Minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Għaldaqstant, l-allegazzjoni tar-rikorrenti għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0532"><NO.P>532</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni talli tatha l-istess tnaqqis bħal dak li bbenefikaw minnu l-parteċipanti fl-akkordju li ma ħadux sehem fil-laqgħat CUP, minkejja li ma kinux f’sitwazzjonijiet paragunabbli, fid-dawl tal-importanza tal-laqgħat MK meta mqabbla mal-laqgħat CUP fil-karatterizzazzjoni tal-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0533"><NO.P>533</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni stabbilit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>InnoLux vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑91/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:92">EU:T:2014:92</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0534"><NO.P>534</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-iffissar tal-ammont tal-multa, dan il-prinċipju jipprekludi lill-Kummissjoni milli tapplika, permezz ta’ metodi ta’ kalkolu differenti, diskriminazzjoni bejn l-impriżi li pparteċipaw fi ftehim jew fi prattika miftiehma li jiksru l-Artikolu 101(1) TFUE (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>InnoLux vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑91/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:92">EU:T:2014:92</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0535"><NO.P>535</NO.P><TXT>Issa, fl-ewwel lok, fil-punt 529 iktar ’il fuq ġie rrilevat li l-laqgħat MK ma kellhomx importanza partikolari meta mqabbla mal-laqgħat l-oħra. Fit-tieni lok, mill-premessa 1022 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni kkunsidrat li Sanyo, NEC Tokin u Matsuo kienu responsabbli għall-ksur uniku u kontinwu kollu, bl-eċċezzjoni tal-laqgħat CUP, peress li l-parteċipazzjoni tagħhom f’dawn il-laqgħat ma kinitx ġiet stabbilita u li xejn ma kien jagħti prova li huma kienu jafu bihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0536"><NO.P>536</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kummissjoni kkunsidrat li dawn l-impriżi, bħar-rikorrenti, kienu responsabbli għall-ksur uniku u kontinwu kollu, bl-eċċezzjoni ta’ grupp ta’ laqgħat li għalih ma kinitx ġiet stabbilita l-parteċipazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0537"><NO.P>537</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, meta tat l-istess tnaqqis lil dawn l-impriżi kollha, il-Kummissjoni osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0538"><NO.P>538</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Għaldaqstant, l-allegazzjoni tar-rikorrenti għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0539"><NO.P>539</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jirriżulta li dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet intiżi għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0571"><NO.P>571</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni kap tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali, fi kwalunkwe każ, teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha sabiex tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ammont tal-multa bl-evalwazzjoni tagħha stess, u, konsegwentement, tnaqqas l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0572"><NO.P>572</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, insostenn ta’ dan il-kap tat-talbiet, ir-rikorrenti tinvoka l-argument ippreżentat insostenn tar-raba’ motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0573"><NO.P>573</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, irrikonoxxuta lill-qorti tal-Unjoni permezz tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, skont l-Artikolu 261 TFUE, tawtorizza lill-qorti sabiex, lil hinn mis-sempliċi stħarriġ ta’ legalità tas-sanzjoni, tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ din is-sanzjoni, li hija l-awtur tal-att li fih dan l-ammont ġie ffissat inizjalment, bl-evalwazzjoni tagħha stess. Konsegwentement, il-qorti tal-Unjoni tista’ tbiddel l-att ikkontestat, anki fl-assenza ta’ annullament, sabiex tikkanċella, tnaqqas jew iżżid il-multa imposta, b’dan illi tali ġurisdizzjoni tiġi eżerċitata b’kont meħud taċ-ċirkustanzi fattwali kollha (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Orange Polska vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑123/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:590">EU:C:2018:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0106">106</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0574"><NO.P>574</NO.P><TXT>Sabiex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ stħarriġ sħiħ fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali f’dak li jikkonċerna l-multa, il-qorti tal-Unjoni hija obbligata, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi previsti fl-Artikoli 261 u 263 TFUE, li teżamina kull ilment, ta’ liġi jew ta’ fatt, intiż sabiex juri li l-ammont tal-multa ma jirriflettix il-gravità u t-tul tal-ksur (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Villeroy &amp; Boch vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑625/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:52">EU:C:2017:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0180">180</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0575"><NO.P>575</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa ma huwiex ekwivalenti għal stħarriġ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> u għandu jitfakkar li l-proċedura quddiem il-qrati tal-Unjoni hija kontradittorja. Bl-eċċezzjoni tal-motivi ta’ ordni pubbliku li l-qorti għandha tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, bħall-assenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, hija r-rikorrenti li għandha tqajjem il-motivi kontra din tal-aħħar u li tipproduċi l-provi insostenn ta’ dawn il-motivi (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Repsol Lubricantes y Especialidades <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:416">EU:C:2016:416</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0576"><NO.P>576</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali ma hijiex marbuta mil-Linji gwida tal-2006, li ma jippreġudikawx l-evalwazzjoni tal-multa mill-qorti tal-Unjoni. Fil-fatt, għalkemm il-Kummissjoni hija marbuta tosserva l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi meta tapplika r-regoli li hija tkun imponiet fuqha nnifisha, bħal-Linji gwida tal-2006, dan il-prinċipju ma jistax jorbot bl-istess mod lill-qrati tal-Unjoni sakemm huma ma għandhomx l-għan li japplikaw metodu ta’ kalkolu speċifiku tal-multi fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħhom, iżda jeżaminaw każ b’każ is-sitwazzjonijiet li jaqgħu taħthom b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha ta’ fatt u ta’ dritt relatati magħhom (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140514">14 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Donau Chemie vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑406/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:254">EU:T:2014:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0577"><NO.P>577</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li l-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni sħiħa ma jistax iwassal, fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multi, għal diskriminazzjoni bejn l-impriżi li pparteċipaw f’akkordju li jmur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Jekk il-Qorti Ġenerali ikollha l-intenzjoni li titbiegħed, speċifikament fir-rigward ta’ waħda minn dawn l-impriżi, mill-metodu ta’ kalkolu segwit mill-Kummissjoni u li ma ġiex ikkontestat, huwa neċessarju li din tispjega dan fis-sentenza tagħha (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140514">14 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Donau Chemie vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑406/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:254">EU:T:2014:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0578"><NO.P>578</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti Ġenerali tista’ tiffissa l-ammont tal-multa għal livell inqas minn dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Linji gwida tal-2006, jekk dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkustanzi tal-kawża li jkollha quddiemha. Madankollu, xorta huwa neċessarju li r-rikorrenti tinvoka raġunijiet rilevanti, li jistgħu jiġġustifikaw tali tnaqqis u ssostni dawk ir-raġunijiet permezz ta’ provi (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140514">14 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Donau Chemie vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑406/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:254">EU:T:2014:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0310">310</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0579"><NO.P>579</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandu jiġi eżaminat jekk iċ-ċirkustanzi invokati mir-rikorrenti jistgħux, anki fl-assenza ta’ żball ta’ liġi jew ta’ żball ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni, jiġġustifikaw tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha permezz tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0580"><NO.P>580</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kalkolu tal-valur tal-bejgħ, qabel kollox ġie kkonstatat, fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel ilment tal-ewwel parti tar-raba’ motiv, li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-valur totali tal-bejgħ tal-prodotti kkonċernati matul l-aħħar sena ta’ parteċipazzjoni fl-akkordju bħala bażi għall-kalkolu tal-multa kien ta’ natura li jagħti indikazzjoni ġusta tad-daqs tal-ksur fis-suq ikkonċernat kif ukoll tal-importanza ekonomika tiegħu għall-attivitajiet tal-parteċipanti fl-akkordju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0581"><NO.P>581</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-argument imressaq mir-rikorrenti f’dan ir-rigward ma jippreżentax livell ta’ preċiżjoni suffiċjenti sabiex jippermetti lill-Qorti Ġenerali tifhem b’liema mod ir-rikorrenti tiddetermina l-bażi u l-modalitajiet alternattivi ta’ kalkolu li fuqhom hija tibbaża ruħha. Ir-rikorrenti tqis, fil-fatt, abbażi tal-informazzjoni li tinsab fl-istudju mwettaq minn uffiċċju indipendenti, li l-ammont tal-multa għandu jitnaqqas sabiex jiġi stabbilit għal livell li jvarja bejn EUR 25 u EUR 40 miljun. Barra minn hekk, il-bażi ta’ stima u l-metodi ta’ kalkolu proposti ma jagħtu ebda indikazzjoni dwar il-fatt li dawn jippermettu li tiġi riflessa l-portata tal-ksur fis-suq ikkonċernat kif ukoll l-importanza ekonomika tiegħu għall-attivitajiet tar-rikorrenti u, barra minn hekk, li tiġi ggarantita l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-parteċipanti fl-akkordju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0582"><NO.P>582</NO.P><TXT>Sussegwentement, waqt l-eżami tal-ewwel ilment tal-ewwel parti tat-tieni motiv ġie rrilevat li r-rikorrenti kienet ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwu li la kien limitat għal tip speċifiku ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju, iżda kien ikopri firxa wiesgħa ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju, u lanqas għal ċerti klijenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0583"><NO.P>583</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-punt 482 iktar ’il fuq ġie rrilevat li l-karatteristiċi speċifiċi interni invokati mir-rikorrenti, relatati mal-istruttura tal-bejgħ tagħha, kienu jaqgħu fl-istrateġija kummerċjali tagħha biss u fihom infushom ma kinux jikkostitwixxu partikolaritajiet li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ metodu ta’ kalkolu differenti għad-determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0584"><NO.P>584</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tat-tnaqqis tal-koeffiċjent ta’ gravità użat mill-Kummissjoni, invokat mir-rikorrenti fil-kuntest tat-tieni lment tal-ewwel parti tar-raba’ motiv, l-ewwel nett għandu jiġi rrilevat qabel kollox li r-rikorrenti la ppreċiżat l-ispeċifiċitajiet li jiġġustifikaw tnaqqis tal-perċentwali użata mill-Kummissjoni u lanqas il-perċentwali li għaliha għandu jiġi ffissat dan il-koeffiċjent. It-tieni, fil-punt 502 iktar ’il fuq ġie rrilevat li l-ksur inkwistjoni kien, minħabba n-natura tiegħu stess, waħda mir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni l-iktar gravi. It-tielet, fil-punt 367 iktar ’il fuq ġie rrilevat li r-rikorrenti kienet ipparteċipat kważi fil-perijodu tal-ksur kollu, jiġifieri kważi tnax-il sena mill-erbatax li dam għaddej l-akkordju. Ir-raba’, mill-eżami tat-tieni lment tal-ewwel parti tat-tieni motiv jirriżulta li l-ksur kien ikopri ż-ŻEE kollha. Il-ħames, jekk, permezz tar-riferimenti għall-koeffiċjent adottat mill-Kummissjoni f’deċiżjonijiet<?PAGE NO="17"?> oħra, ir-rikorrenti kellha l-intenzjoni li turi, f’dan il-każ, eventwali diskriminazzjoni, għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li l-Qorti Ġenerali ma hijiex marbuta bil-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Marine Harvest vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑704/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:753">EU:T:2017:753</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0585"><NO.P>585</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tat-tnaqqis tal-ammont addizzjonali adottat mill-Kummissjoni, li huwa s-suġġett tat-tielet ilment tal-ewwel parti tar-raba’ motiv, l-ewwel nett, ġie rrilevat fil-punt 519 iktar ’il fuq li n-natura dissważiva ta’ multa imposta minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni ma tistax tiġi ddeterminata abbażi ta’ sanzjonijiet eventwali imposti fuq l-impriża minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni ta’ Stati terzi. It-tieni, fil-kawża ineżami l-Kummissjoni adottat ammont addizzjonali ta’ 16 % tal-valur tal-bejgħ, jiġifieri, perċentwali waħda iktar mill-iżgħar perċentwali li hija setgħet tadotta skont il-paragrafu 25 tal-Linji gwida tal-2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0586"><NO.P>586</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fir-rigward tat-tnaqqis ikbar tal-multa tagħha minħabba ċirkustanzi attenwanti, fil-punt 531 iktar ’il fuq ġie rrilevat li, minkejja n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat MK, ir-rikorrenti ma kellhiex raġun issostni li l-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju kienet limitata u li hija kellha grad ta’ dannu inqas li jiġġustifika tali tnaqqis. Ġie rrilevat ukoll, fil-punt 536 iktar ’il fuq, li l-Kummissjoni kienet tat tnaqqis analogu lill-impriżi kollha li r-responsabbiltà tagħhom kienet ġiet ikkonstatata għall-ksur kollu, bl-eċċezzjoni ta’ grupp ta’ laqgħat li għalihom il-parteċipazzjoni tagħhom ma kinitx ġiet stabbilita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0587"><NO.P>587</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, fil-punt 546 iktar ’il fuq ġie kkonstatat li r-rikorrenti ma setgħetx tinjora n-natura oġġezzjonabbli tal-aġir tagħha u, għaldaqstant, issostni li hija setgħet l-iktar l-iktar tinżamm responsabbli biss għal ksur b’negliġenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0588"><NO.P>588</NO.P><TXT>Fis-sitt lok, fil-punt 564 iktar ’il fuq ġie kkonstatat li r-rikorrenti ma kinitx intitolata tinvoka l-eżistenza ta’ ċirkustanza attenwanti marbuta mal-aġir kompetittiv li hija kellha fis-suq. B’mod partikolari, ebda element tal-proċess ma juri li r-rikorrenti aġixxiet b’mod differenti mill-parteċipanti l-oħra fl-akkordju u fixklet il-funzjonament tal-akkordju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0589"><NO.P>589</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li ebda waħda miċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi invokati mir-rikorrenti insostenn ta’ tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuqha ma tiġġustifika, b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament, l-adozzjoni ta’ metodu ta’ kalkolu differenti minn dak adottat mill-Kummissjoni, ta’ natura li jwassal għal tali tnaqqis. Konsegwentement, ma hemmx lok, għall-Qorti Ġenerali, li f’dan il-każ tagħmel użu mis-setgħa tagħha ta’ ġurisdizzjoni sħiħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0590"><NO.P>590</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-talbiet tar-rikorrenti intiżi għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa għandhom jiġu miċħuda u, konsegwentement, għandu jiġi miċħud ir-rikors kollu kemm hu.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="18"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Nichicon Corporation għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Costeira</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid-<DATE ISO="20210929">29 ta’ Settembru 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>