<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.1201317901.case.xml"><NO.CASE>C-119/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CC0119</NO.CELEX><NO.SEQ>0017.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-13181</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-13193</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C-119/10</LEFT><RIGHT>FRISDRANKEN INDUSTRIE WINTERS</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-użu illegali, fl-eżerċizzju tal-kummerċ, ta’ trade mark jew ta’ sinjal simili ta’ terz jikser id-drittijiet tal-proprjetarju ta’ din it-trade mark. Madankollu, dan japplika wkoll għal impriża li timla f’isem terz bottijiet li jkollhom dawn is-sinjali? U l-fatt li dawn il-prodotti jkunu intiżi sabiex jiġu direttament esportati mit-territorju li fih it-trade mark hija protetta huwa rilevanti? Dawn huma d-domandi li jqumu f’dan il-każ.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>It-test bażiku huwa l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-<DATE ISO="19881221">21 ta’ Diċembru 1988</DATE>, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol 1, p. 92. Direttiva emendata l-aħħar permezz tal-Anness XVII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="482" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 1, p. 482</REF.DOC.OJ>), imħassra u ssostitwita bid-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2008">ĠU L 299, p. 25</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva dwar it-trade marks<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-drittijiet mogħtija mit-trade mark huma mniżżlin fl-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar it-trade marks:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>It-trade mark reġistrata għandha tagħti lill-proprjetarju drittijiet esklussivi fuqha. Il-proprjetarju għandu jkollu d-dritt li jimpedixxi lit-terzi persuni kollha li ma jkollhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw fl-eżerċizzju tal-kummerċ:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kwalunkwe sinjal li jkun identiku għat-trade mark relattivament għall-merkanzija jew servizzi li huma identiċi għal dawk li għalihom it-trade mark tkun reġistrata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>kwalunkwe sinjal fejn, minħabba l-identità, jew similarità, tiegħu għat-trade mark u l-identità jew similarità tal-merkanzija jew servizzi koperti mit-trade mark u s-sinjal, teżisti l-possibkwalunkwe sinjal fejn, minħabba l-identità, jew similarità, tiegħu għat-trade mark u l-identità jew similarità tal-merkanzija jew servizzi koperti mit-trade mark u s-sinjal, teżisti l-possibbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku; il-possibbiltà ta’ konfużjoni tinkludi l-possibbiltà ta’ assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trade mark.biltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku; il-possibbiltà ta’ konfużjoni tinkludi l-possibbiltà ta’ assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trade mark.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-13182"?><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-segwenti, inter alia, jistgħu jkunu projbiti taħt il-paragrafi 1 u 2:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jitwaħħal is-sinjal mal-merkanzija jew ma’ l-imballaġġ ta’ dan;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li l-merkanzija tiġi offerta, jew li titqiegħed fis-suq jew li tinħażen għal dawn l-għanijiet taħt dak is-sinjal, jew li jiġu offerti jew provduti servizzi taħtu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-importazzjoni jew esportazzjoni tal-merkanzija taħt is-sinjal;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-użu tas-sinjal fuq karti tal-kummerċ u fir-reklamar.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandha tissemma d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/48/KE jiddeskrivi l-għan tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Din id-Direttiva tikkonċerna il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji biex tassigura l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwal<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>It-tielet sentenza tal-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva tirregola d-drittijiet li jistgħu jiġu invokati kontra l-intermedjarji:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Istati Membri għandhom jassiguraw wkoll li d-detenturi tad-dritt huma f’pożizzjoni biex japplikaw għall-mandat kontra l-intermedjarji li s-servizzi kienu użati minn parti terzi biex issir il-kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29/KE [<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).</P></NOTE>]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u t-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-kumpannija Red Bull GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Red Bull<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) tipproduċi u tikkummerċjalizza xarba magħrufa bħala enerġizzanti taħt it-trade mark magħrufa mad-dinja kollha RED BULL. Red Bull irreġistrat din it-trade mark b’mod internazzjonali, b’mod partikolari fil-pajjiżi Benelux.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-kumpannija Frisdranken Industrie Winters BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Winters<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) hija<?PAGE NO="I-13183"?> impriża li prinċipalment taħdem fil-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>mili<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> ta’ bottijiet b’xorb prodott minnha stess jew minn terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-kumpannija Smart Drinks Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Smart Drinks<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), persuna ġuridika rregolata mid-dritt tal-Gżejjer Verġni Brittaniċi u li għandha s-sede tagħha hemmhekk, hija kompetitur ta’ Red Bull.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Winters imliet bottijiet b’luminata għan-nom ta’ Smart Drinks. Għal dan il-għan, Smart Drinks ikkunsinnat lil Winters bottijiet vojta flimkien mal-għotjiet tagħhom mogħnija b’sinjali, dettalji u kitba differenti. Il-bottijiet ikkunsinnati kellhom b’mod partikolari s-sinjali BULLFIGHTER, PITTBULL, RED HORN, li wara saru LONG HORN u LIFE WIRE. Smart Drinks ikkunsinnat ukoll lil Winters il-ġulepp li fuqu hija bbażata l-luminata. Sussegwentement, Winters imliet il-bottijiet bi kwantità speċifika ta’ ġulepp miżjud bl-ilma u fejn kien il-każ bid-diossidu tal-karbonju u għalqet il-bottijiet, kollox skont l-indikazzjonijiet u r-riċetti ta’ Smart Drinks. Winters imbagħad bagħtet il-bottijiet mimlija lil Smart Drinks li esportathom barra mit-territorju tal-Benelux.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna din il-kawża, Winters illimitat ruħha għal dawn l-attivitajiet ta’ mili għal Smart Drinks. L-attivitajiet tagħha ma jinkludux il-bejgħ u lanqas il-kunsinna tal-prodotti lil Smart Drinks jew lil terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20060802">2 ta’ Awwissu 2006</DATE>, Red Bull għamlet talba għal miżuri provviżorji sabiex Winters tiġi ordnata tieqaf minn kull użu ta’ sinjali li jixbhu numru ta’ trade marks ta’ Red Bull imsemmija fiċ-ċitazzjoni. Red Bull affermat f’dan ir-rigward li Winters tikser id-drittijiet tat-trade marks inkwistjoni ta’ Red Bull billi timla bottijiet li għandhom is-sinjali msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-ewwel żewġ Imħallfin għal miżuri provviżorji ddeċidew li Winters qegħda tikser it-trade marks ta’ Red Bull. Fil-fehma tagħhom, b’riferiment għal konsumatur medju fit-territorju Benelux, jirriżulta li hemm xebh bejn is-sinjali użati u t-trade marks.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi), li quddiemha jinsab l-appell fil-kassazzjoni ta’ Winters, tagħmel id-domandi li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Għandu s-sempliċi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>mili<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> ta’ pakketti li għandhom sinjal [...] jitqies bħala użu [ta’ dan is-sinjal] fl-eżerċizzju tal-kummerċ fis-sens ta[l-Artikolu 5 ta]d-Direttiva dwar it-trade marks, anki meta dan il-mili jsir bħala provvista ta’ servizz għal terzi u fuq talba tat-terzi, sabiex jiddistingwi l-prodotti tal-persuna li ħarġet din l-ordni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Għandha d-domanda 1(a) tingħata risposta differenti fil-każ tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) jew (b)?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-13184"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-domanda 1(a) hija fl-affermattiv, l-użu tas-sinjal jista’ jiġi pprojbit ukoll fil-Benelux skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar it-trade marks, fil-każ li l-prodotti li għandhom sinjal huma intiżi esklużivament għall-esportazzjoni barra</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>it-territorju tal-Benelux jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-Unjoni Ewropea u li ma jistgħux jiġu apprezzati mill-pubbliku [l-pubbliku ma jistax jarahom], ħlief fl-impriża fejn isir il-mili?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-domanda 2 (a jew b) hija fl-affermattiv, skont liema kriterju għandha tiġi evalwata l-eżistenza tal-ksur: skont il-kriterju bbażat fuq il-perspettiva tal-konsumatur (medju, normalment informat u raġonevolment attent u diliġenti) rispettivament fil-Benelux u fl-Unjoni Ewropea, li, fil-fatti mogħtija, tista’ tiġi stabbilita biss b’mod teoretiku jew astratt, jew, f’dan ir-rigward, għandu jkun hemm kriterju ieħor, pereżempju l-perspettiva tal-konsumatur fil-pajjiż ta’ fejn il-prodotti huma esportati?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Winters u Red Bull kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub u orali. Ir-Repubblika tal-Polonja pparteċipat ukoll fis-seduta tal-<DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Dan ir-rinviju jqajjem tliet kwistjonijiet ċentrali, jiġifieri, fl-ewwel lok, jekk fornitur ta’ servizzi jiksirx dritt ta’ trade mark billi, għan-nom ta’ terzi, jimla bottijiet li jkollhom sinjal li jixbah trade marks [domanda 1(a)], fit-tieni lok, jekk ikunx hemm ukoll ksur tat-trade mark jekk dawn il-prodotti huma intiżi li jiġu esportati barra mit-territorju li fih hija protetta t-trade mark (domanda 2), u fit-tielet lok, liema huma l-kriterji li għandhom jiġu applikati meta tiġi evalwata l-probabbiltà ta’ konfużjoni fil-pajjiż li fih il-prodotti huma esportati (domanda 3).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda 1(a)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda 1(a) il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk is-sempliċi mili ta’ bottijiet li jkollhom sinjal għandux jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>użu ta’ dan is-sinjal fl-eżerċizzju tal-kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar it-trade marks, anki meta dan il-mili huwa provvista ta’ servizz għal terz u fuq talba tiegħu, fir-rigward tal-prodotti tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 89/104, it-trade mark rreġistrata tagħti lill-proprjetarju tagħha dritt esklużiv li bis-saħħa tiegħu huwa jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, jimpedixxi lil kull terz li ma jkollux il-kunsens tiegħu milli juża,<?PAGE NO="I-13185"?> fl-eżerċizzju tal-kummerċ, sinjal identiku jew li jixbah lit-trade mark tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20080612">12 ta’ Ġunju 2008</DATE>, O2 Holdings &amp; O2 (UK) (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-533/06" PAGE.ECR="I-4231" YEAR="2008">C-533/06, Ġabra p. I-4231</REF.DOC.ECR>, punt 32).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-atti elenkati fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva dwar it-trade marks, u b’mod partikolari, it-twaħħil tas-sinjal fuq il-prodotti jew l-imballaġġ tagħhom (punt a) jikkostitwixxu użi fir-rigward ta’ prodotti jew ta’ servizzi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="20021112">12 ta’ Novembru 2002</DATE>, Arsenal Football Club (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-206/01" PAGE.ECR="I-10273" YEAR="2002">C-206/01, Ġabra p. I-10273</REF.DOC.ECR>, punt 41); tal-<DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, Adam Opel (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-48/05" PAGE.ECR="I-1017" YEAR="2007">C-48/05, Ġabra p. I-1017</REF.DOC.ECR>, punt 20); u tat-<DATE ISO="20100323">23 ta’ Marzu 2010</DATE>, Google France u Google (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-236/08+C-237/08+C-238/08" PAGE.ECR="I-2417" YEAR="2010">C-236/08 sa C-238/08, Ġabra p. I-2417</REF.DOC.ECR>, punt 61).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-mili ta’ bottijiet li jkollhom is-sinjali inkwistjoni jammonta għat-twaħħil ta’ dawn is-sinjali fuq ix-xorb peress li x-xorb huwa neċessarjament marbut mas-sinjali li jkunu jinsabu fuq il-kontenitur<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-punt 18 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Viking Gas (C-46/10), pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>. Minn dan isegwi li wieħed jista’ jammetti li Winters tagħmel użu minn dawn is-sinjali għal prodotti fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva dwar it-trade marks.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva dwar it-trade marks għandu, fil-prinċipju, jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-użu ta’ sinjal identiku għat-trade mark fir-rigward ta’ prodotti kkummerċjalizzati jew ta’ servizzi pprovduti <HT TYPE="ITALIC">minn terzi</HT> li huma identiċi għal dawk li għalihom hija rreġistrata t-trade mark<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenzi Adam Opel (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 28) u O2 Holdings &amp; O2 (UK) (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5, punt 34). Ara wkoll is-sentenzi tal-<DATE ISO="20070911">11 ta’ Settembru 2007</DATE>, Céline (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-17/06" PAGE.ECR="I-7041" YEAR="2007">C-17/06, Ġabra p. I-7041</REF.DOC.ECR>, punti 22 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>) u Google France u Google (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 60).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għall-kliem tal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar it-trade marks. L-użu ta’ sinjal għal prodotti jew servizzi, skont il-paragrafi(1) u (2) ta’ dan l-artikolu, huwa użu għall-finijiet li ssir distinzjoni bejn il-prodotti jew servizzi msemmija, filwaqt li l-paragrafu (5) tal-istess artikolu, min-naħa tiegħu, jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>użu ta’ sinjal ħlief milli sabiex issir distinzjoni tal-merkanzija jew servizzi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="19990223">23 ta’ Frar 1999</DATE>, BMW (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-63/97" PAGE.ECR="I-905" YEAR="1999">C-63/97, Ġabra p. I-905</REF.DOC.ECR>, punt 38); u Céline (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 8, punt 20).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-idea ta’ din il-ġurisprudenza kienet qabel xejn li l-użu ta’ sinjal għandu jkollu l-għan li jiddistingwi prodotti u servizzi. Dan huwa l-każ hawnhekk peress li s-sinjali inkwistjoni huma intiżi li jiddistingwu x-xorb differenti ta’ Smart Drinks minn xorb ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Reċentament, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat madankollu li l- użu minn terz ta’ sinjal identiku jew li jixxiebah mat-trade mark tal-proprjetarju jimplika, tal-inqas, li l-istess terz juża s-sinjal fil-kuntest<?PAGE NO="I-13186"?> tal-komunikazzjoni kummerċjali tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza Google France u Google (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 56).</P></NOTE>. Din l-interpretazzjoni hija sostnuta mir-rabta li l-Qorti tal-Ġustizzja semmiet diġà fil-passat, bejn l-Artikoli 5 u 6 fl-istruttura tad-Direttiva dwar it-trade marks. Peress li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>servizz<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li jinsabu fl-Artikolu 6(1)(b) u (c) tad-Direttiva jindikaw neċessarjament dawk li huma kkummerċjalizzati jew ipprovduti mit-terz, l-użu tas-sinjali msemmi fl-Artikolu 5 għandu fil-prinċipju jirrigwarda huwa wkoll il-prodotti u servizzi tat-terz li jużahom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza Adam Opel (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 29).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Taħt din l-interpretazzjoni, Winters ma twettaq ebda ksur ta’ trade marks. Fil-fatt, Winters ma tużax is-sinjali fil-kuntest tal-komunikazzjoni kummerċjali tagħha stess. B’mod partikolari din l-impriża ma tqassamx il-bottijiet li għandhom is-sinjali inkwistjoni iżda tillimita ruħha f’dan il-każ toffri sempliċi servizz, jiġifieri l-mili tal-bottijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Din il-provvista ta’ servizz hija assolutament indipendenti mis-sinjali jew mit-trade marks inkwistjoni ta’ Red Bull. Taħt dan l-aspett, din tiddistingwi ruħha mit-tipi ta’ użu għal prodotti jew servizzi barranin għall-proprjetarju tat-trade mark li l-Qorti tal-Ġustizzja kklassifikat taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva dwar it-trade marks. Dawn kienu jikkonċernaw provvisti ta’ servizzi intiżi għal prodotti tad-ditta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Is-sentenza BMW (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9), kienet tirrigwarda s-servizzi ta’ tiswija ta’ vetturi ta’ din id-ditta.</P></NOTE> jew li kienu distinti permezz ta’ reklamar komparattiv ta’ servizzi oħra tad-ditta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Is-sentenza O2 Holdings &amp; O2 (UK) (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5) kienet tikkonċerna r-reklamar komparattiv għal servizzi tat-telefonija.</P></NOTE>. F’dawn il-każijiet it-trade marks kienu użati fil-komunikazzjoni kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet fuq kollox li, skont il-każ, l-użu jista’ jirrigwarda wkoll il-prodotti u s-servizzi ta’ terz li t-terz jaġixxi għalih<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza Google France u Google (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 60) kif ukoll id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20090219">19 ta’ Frar 2009</DATE>, UDV North America (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-62/08" PAGE.ECR="I-1279" YEAR="2009">C-62/08, Ġabra p. I-1279</REF.DOC.ECR>, punti 43 sa 51).</P></NOTE>. Il-kawża li wasslet għal din id-deċiżjoni kienet tirrigwarda aġent li kien iqassam il-prodotti tad-ditta għan-nom tal-proprjetarju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Digriet UDV North America (iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 14).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, il-mili ta’ bottijiet tad-ditta ma huwiex paragunabbli mad-distribuzzjoni ta’ prodotti għan-nom ta’ terz. L-aġent jidher quddiem il-konsumatur bis-sinjal inkwistjoni. Huwa jużah ukoll fil-komunikazzjoni kummerċjali tiegħu b’mod li l-konsumatur jista’, b’mod partikolari, jistabbilixxi rabta bejn l-aġent u t-trade mark<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punti 47 sa 49).</P></NOTE>. Din ir-rabta mat-trade mark ma tistax min-naħa l-oħra tiġi stabbilita f’każ ta’ impriża li timla li tuża s-sinjal inkwistjoni biss ma’ min jagħmlilha l-ordni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-13187"?><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din ma hijiex deroga rikonoxxuta għall-prinċipju li jeżiġi li l-użu tas-sinjali bħala trade mark isir fil-kuntest tal-komunikazzjoni kummerċjali stess.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ taħtaf l-okkażjoni mogħtija b’din il-kawża sabiex toħloq deroga ġdida għall-impriżi li jagħmlu l-mili.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Favur dan l-argument hemm b’mod partikolari l-fatt li, fil-kawża prinċipali, kien hemm suspett ta’ ksur ta’ trade mark minħabba n-notorjetà tat-trade mark ta’ Red Bull. Dan japplika iktar meta huwa magħruf li Winters indikat hija stess li tagħmel xogħol ta’ mili għal Red Bull u għaldaqstant hija bilfors familjari mat-trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Elementi li f’dan il-mument huma suġġettivi ma jistgħux madankollu jkunu ta’ rilevanza peress li l-ksur ta’ trade mark huwa indipendenti minn kull <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> anki jekk il-kumpens li għalih dan jista’ jwassal jeżiġi b’mod partikolari, min-naħa tiegħu, fid-dritt Ġermaniż, id-<HT TYPE="ITALIC">dolo</HT> jew il-<HT TYPE="ITALIC">culpa</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-Artikolu 14(6) tal-Liġi Ġermaniża dwar it-trade marks.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Mill-bqija, tali deroga tesponi lill-fornituri tas-servizzi bħal Winters għal riskji sproporzjonati. Mhux biss għall-impriżi tal-mili imma għall-impriżi kollha li jippakkjaw prodotti jew jagħmlu pakketti għal terzi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Bħalissa fil-kawżi li għadhom pendenti Orifarm <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C-400/09, <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2009">ĠU C 312, p. 23</REF.DOC.OJ>) kif ukoll Paranova Danmark u Paranova Pack (C-207/10, <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="179" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2009">ĠU C 179, p. 23</REF.DOC.OJ>) il-Qorti tal-Ġustizzja għandha quddiemha l-kwistjoni simili dwar jekk l-ippakkettjar mill-ġdid ta’ prodotti mediċinali importati b’mod parallel jeżiġix li tissemma l-impriża tal-ippakkjar mill-ġdid u/jew min jagħmel l-ordni.</P></NOTE>. Dawn prattikament ma jistgħux jiggarantixxu li s-sinjali magħżula minn persuna li tagħmel ordni ma jiksrux xi trade mark ta’ terz.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jeżisti numru inkalkolabbli ta’ trade marks ordinarji, li ma jgawdux minn reputazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva dwar it-trade marks<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Huwa b’dan il-mod li l-uniku Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) irreġistra diġà, sat-<DATE ISO="20110228">28 ta’ Frar 2011</DATE>, iktar minn <FT TYPE="NUMBER">700000</FT> trade marks Komunitarji (http://oami.europa.eu/ows/rw/resource/documents/OHIM/statistics/ssc009-statistics_of_community_trade_marks_2011.pdf, ikkonsultat fis-<DATE ISO="20110316">16 ta’ Marzu 2011</DATE>).</P></NOTE>. Il-fornituri ta’ servizzi ma jistgħux fil-prattika jeżerċitaw viġilanza kontinwa fuq kull ordni. Dan huwa minnu b’mod partikolari għat-trade marks figurattivi li, sal-lum għadhom ma jistgħux ikunu dejjem is-suġġett ta’ riċerki kompletament awtomatiċi. Ikun iktar tedjanti li jiġi verifikat, fuq kollox, fil-każijiet kontemplati f’dan il-każ mill-Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva dwar it-trade marks, jekk jeżistux trade marks ordinarji tant simili li jirriskjaw li jkunu foloz.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Dawn id-diffikultajiet sabiex jiġi evitat ksur tat-trade marks ma humiex tal-istess livell ta’ dawk li jiffaċċja servizz ta’ referenzar<?PAGE NO="I-13188"?> fuq l-internet li jippermetti lill-klijenti tiegħu jużaw trade marks u sinjali li jixbhu lil trade marks<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara s-sentenza Google France u Google (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punti 56 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>. Is-sitwazzjonijiet, min-natura tagħhom, huma madankollu simili. Din hija r-raġuni għaliex, l-istess bħas-servizz fuq l-internet, wieħed ma jistax isostni f’dan il-każ li hemm ksur ta’ trade mark imwettaq mill-fornitur ta’ servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tibża’ ċertament li, bil-fatt li l-impriża tal-mili li taġixxi għal terz titqies li ma twettaqx ksur ta’ trade mark, wieħed ikun qiegħed jinkoraġġixxi l-abbużi inkwantu l-impriża li tipprova tikser trade mark tqabbad terz sabiex iwettaq l-atti ta’ ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>L-abbuż inkwistjoni jista’ madankollu jiġi miġġieled permezz tat-tielet sentenza tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48. Din id-dispożizzjoni tippermetti li jinkisbu ordnijiet kontra intermedjarji li s-servizzi tagħhom jintużaw minn terz sabiex jinkiser dritt tal-proprjetà intellettwali.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Tali ordni tippreżumi wkoll, naturalment, li jkunu nkisru drittijiet ta’ trade mark iżda huwa biżżejjed madankollu li l-użu tas-sinjali mpoġġija fuq il-bottijiet ikun imputabbli lil min ikun qabbad lill-intermedjarju. B’riżerva għat-tieni domanda, dan jagħmel sens f’dan il-każ peress li Smart Drinks, li għamlet l-ordni, għażlet is-sinjali inkwistjoni u dawn huma użati sabiex jiġu identifikati l-prodotti tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>F’dan is-sens ara s-sentenza Google France u Google (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punti 51 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>B’kuntrast mas-sanzjoni li tolqot lill-intermedjarju minħabba ksur ta’ trade mark, it-tielet sentenza tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48 ċertament ma tagħtix kumpens iżda l-imsemmi kumpens jista’ jinkiseb taħt id-dispożizzjonijiet tad-dritt intern li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex delictu</HT> tal-intermedjarju fil-ksur ta’ min jagħmel l-ordni, b’mod partikolari fil-forma ta’ kompliċi. Madankollu, is-sempliċi negliġenża ma hijiex biżżejjed ġeneralment sabiex tiġi ppruvata tali parteċipazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, fid-dritt Ġermaniż, l-Artikolu 830 tal-Bürgerliches Gesetzbuch (Kodiċi Ċivili) u l-Artikoli 26 u 27 tal-iStrafgesetzbuch (Kodiċi Kriminali) kif ukoll fuq il-ksur ta’ trade mark b’mod partikolari Hacker, F., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>§ 14 — Ausschließliches Recht — Rechtsfolgen der Markenverletzung<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fi Ströbele/Hacker, <HT TYPE="ITALIC">Markengesetz-Kommentar,</HT> Edizzjoni 9, Carl-Heymanns-Verlag, Köln 2009, p. 794, punt 272.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għaldaqstant ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda 1(a) għandha tkun li s-sempliċi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>mili<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ta’ pakketti li għandhom sinjal ma għandux jitqies bħala użu ta’ dan is-sinjal fl-eżerċizzju tal-kummerċ fis-sens tal-Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva dwar it-trade marks meta dan il-mili jsir biss bħala provvista ta’ servizz għal terz u fuq it-talba tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-13189"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda 1(b)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-Hoge Raad der Nederlanden tixtieq tkun taf jekk is-sitwazzjoni tkunx differenti skont jekk ikunx hemm ksur imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) jew (b).</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Hemm dubju dwar kemm din id-domanda hija fil-fatt utli sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni peress li, skont l-indikazzjonijiet tad-digriet tar-rinviju u dawk ta’ Red Bull, din l-istess Red Bull tinvoka t-trade mark RED BULL u ma ntuża ebda sinjal identiku għal din it-trade mark. Għaldaqstant l-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva dwar it-trade marks ma għandux japplika.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha xorta waħda tirrispondi għal din id-domanda, jidhirli li bħall-partijiet li ppreżentaw l-osservazzjonijiet, id-domanda 1(a) ma teħtieġx risposta differenti skont jekk ikunx hemm ksur taħt l-Artikolu 5(1)(a) jew (b).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda 2</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-Hoge Raad der Nederlanden tagħmel id-domanda 2 biss f’każ li l-impriża tal-mili tikser hija stess it-trade mark ta’ Red Bull, billi tqis li x’aktarx kull talba magħmula kontra l-impriża tal-mili tippreżumi tali ksur. Din l-idea madankollu ma hijiex eżatta peress li skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2004/48, il-proprjetarju tat-trade mark jista’ jipprojbixxi l-mili u jitlob, taħt ċerti kundizzjonijiet, kumpens għall-parteċipazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex delictu</HT> fi ksur ta’ trade mark meta min jagħmel l-ordni għall-mili, f’dan il-każ, Smart Drinks, jikser it-trade mark fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar it-trade marks. Minn dan isegwi li, minkejja r-risposta proposta għad-domanda 1(a), jeħtieġ li tingħata risposta wkoll għad-domanda 2 u dan sabiex tingħata risposta utli għall-qorti tar-rinviju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Fuq il-ħtieġa li t-talba għal deċiżjoni preliminari tiġi interpretata b’mod li tingħata risposta utli, ara b’mod partikolari s-sentenzi tat-<DATE ISO="19790712">12 ta’ Lulju 1979</DATE>, Union Laitière Normande (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="244/78" PAGE.ECR="2663" YEAR="1979">244/78, Ġabra p. 2663</REF.DOC.ECR>, punt 5); tat-<DATE ISO="19901212">12 ta’ Diċembru 1990</DATE>, SARPP (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-241/89" PAGE.ECR="I-4695" YEAR="1990">C-241/89, Ġabra p. I-4695</REF.DOC.ECR>, punt 8); u tad-<DATE ISO="20080129">29 ta’ Jannar 2008</DATE>, Promusicae (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-275/06" PAGE.ECR="I-271" YEAR="2008">C-275/06, Ġabra p. I-271</REF.DOC.ECR>, punt 42).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat jekk l-użu tas-sinjal jistax ukoll ikun ipprojbit fit-territorju Benelux taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar it-trade marks jekk il-prodotti li jkollhom is-sinjal ikunu intiżi esklużivament għall-esportazzjoni barra mit-territorju Benelux jew mill-Unjoni Ewropea u l-pubbliku ma jistax jarahom, ħlief fl-impriża fejn sar il-mili?</TXT></NP><?PAGE NO="I-13190"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq l-elementi li jikkostitwixxu ksur ta’ trade mark</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-argument li hemm ksur ta’ trade mark huwa sostnut mill-fatt li l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva dwar it-trade marks jipprevedi espressament projbizzjonijiet kontra t-twaħħil tas-sinjal fuq il-prodotti jew fuq l-imballaġġ tagħhom (punt a) u l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet tal-prodotti taħt is-sinjal (punt c). Diġà ġie rrilevat li l-atti elenkati fl-Artikolu 5(3) ta’ din id-direttiva huma użi fir-rigward ta’ prodotti jew ta’ servizzi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-punt 19 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva dwar it-trade marks japplika mandankollu biss jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi eżaminat l-Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva dwar it-trade marks. Skont din id-dispożizzjoni, il-proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata huwa intitolat jimpedixxi lil kull terz, li ma għandux il-kunsens tiegħu, milli juża fl-eżerċizzju tal-kummerċ sinjal li fir-rigward tiegħu, minħabba l-identiċità jew ix-xebh tiegħu mat-trade mark u minħabba l-identiċità jew ix-xebh tal-prodotti jew tas-servizzi koperti mit-trade mark u mis-sinjal, teżisti, f’moħħ il-pubbliku, probabbiltà ta’ konfużjoni li tinkludi l-probabbiltà ta’ assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Jekk il-qorti tar-rinviju tistabbilixxi li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni minħabba x-xebh li s-sinjal użat għandu mat-trade mark ta’ Red Bull, l-elementi kostituttivi huma <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> sodisfatti. L-esportazzjoni tal-prodotti ma tbiddel xejn minn dan peress li dawn huma intiżi għall-bejgħ, b’mod li s-sinjali huma meqjusa li huma użati fl-eżerċizzju tal-kummerċ.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Lanqas ma jkun hemm nuqqas ta’ preġudizzju eventwali għall-funzjonijiet tat-trade mark<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Fuq dan l-element kostituttiv addizzjonali tal-ksur ta’ trade mark, ara s-sentenzi Arsenal Football Club (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 51); tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, L'Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-487/07" PAGE.ECR="I-5185" YEAR="2009">C-487/07, Ġabra p. I-5185</REF.DOC.ECR>, punt 60); Google France u Google (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6, punt 76) u tat-<DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, Portakabin u Portakabin (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-558/08" PAGE.ECR="I-6963" YEAR="2010">C-558/08, Ġabra p. I-6963</REF.DOC.ECR>, punt 29).</P></NOTE>, peress li kull probabbiltà ta’ konfużjoni tinvolvi neċessarjament il-probabbiltà ta’ preġudizzju għall-funzjoni ta’ provenjenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara s-sentenzi L’Oréal <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punt 59) u Portakabin u Portakabin (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punti 50 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>) kif ukoll il-punt 100 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża li tat lok għas-sentenza Google France u Google, iċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-13191"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq il-merkanzija fi tranżitu</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-kawżi li jirrigwardaw it-tranżitu ta’ merkanzija li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma kienx hemm ksur ta’ trade mark iwasslu madankollu għal dubju dwar kemm l-elementi kostituttivi tal-ksur huma sodisfatti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="20031023">23 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Rioglass u Transremar (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-115/02" PAGE.ECR="I-12705" YEAR="2003">C-115/02, Ġabra p. I-12705</REF.DOC.ECR>); tat-<DATE ISO="20051018">18 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Class International (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-405/03" PAGE.ECR="I-8735" YEAR="2005">C-405/03, Ġabra p. I-8735</REF.DOC.ECR>), u tad-<DATE ISO="20061109">9 ta’ Novembru 2006</DATE>, Montex Holdings (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-281/05" PAGE.ECR="I-10881" YEAR="2006">C-281/05, Ġabra p. I-10881</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Wieħed jista’ jifhem dawn il-kawżi fis-sens li l-Qorti tal-Ġustizzja tawtorizza kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni ta’ din it-tip ta’ merkanzija minkejja l-Artikolu 5(3)(b) tad-Direttiva dwar it-trade marks.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Madankollu din tkun interpretazzjoni żbaljata.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fil-kawżi iktar reċenti dwar it-tranżitu ta’ merkanzija, il-Qorti tal-Ġustizzja fil-fatt enfasizzat kull darba li l-merkanzija kienet taħt sorveljanza doganali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenzi Class International (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 28, punti 37 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.) kif ukoll Montex Holdings (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punti 16 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>. Din kienet taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern li titqies bħallikieku, qabel ir-rilaxx tagħha f’ċirkulazzjoni libera li għandu jseħħ finalment fil-pajjiż tad-destinazzjoni, din qatt ma kienet daħlet fit-territorju Komunitarju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza Montex Holdings (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punt 18).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Sakemm hija taħt sorveljanza doganali, il-merkanzija ma tistax tiġi kkummerċjalizzata fl-Unjoni — bi ksur tad-drittijiet ta’ trade mark<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara l-punt 36 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża li tat lok għas-sentenza Class International, iċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, il-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jipprojbixxi t-tranżitu tal-istess merkanzija meta din tkun is-suġġett ta’ att ta’ terz magħmul waqt li din tkun imqegħda taħt il-proċedura tat-tranżitu estern u li neċessarjament timplika t-tqegħid fis-suq tagħhom fl-imsemmi Stat Membru ta’ tranżitu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza Montex Holdings (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punt 23).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-prodotti mmanifatturati fit-territorju li fih it-trade mark hija protetta fil-prinċipju ma humiex suġġetti għal sorveljanza doganali. F’dan it-territorju, huma jkunu pjuttost f’ċirkulazzjoni libera anki jekk l-idea hija li jiġu esportati direttament. Għaldaqstant hemm ir-riskju li l-merkanzija tiġi xorta waħda kkummerċjalizzata fit-territorju kopert bir-reġistrazzjoni tat-trade mark; jew minħabba li l-proprjetarju jbiddel fehemtu, jew għaliex terzi jkunu ħadu pussess tal-merkanzija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-13192"?><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Dan ir-riskju ta’ ksur ta’ trade mark jiġġustifika l-projbizzjoni taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar it-trade marks tal-użu tas-sinjal fit-territorju kopert mir-reġistrazzjoni tat-trade mark meta l-prodotti li jkollhom is-sinjal huma intiżi esklużivament għall-esportazzjoni fi Stati barra minn dan it-territorju u l-pubbliku ma jistax jarahom f’dan l-istess territorju, ħlief fl-impriża fejn sar il-mili.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda 3</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Id-domanda 3 tirrigwarda l-kriterju li għandu jiġi applikat sabiex jiġi evalwat jekk hemmx ksur tat-trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Meta terz jagħmel użu minn sinjal simili għal trade mark għal prodotti jew servizzi identiċi għal dawk li għalihom din it-trade mark hija rreġistrata, il-proprjetarju tat-trade mark jista jopponi għall-użu ta’ dan is-sinjal biss meta jkun hemm probabbiltà ta’ konfużjoni. Ir-riskju li l-pubbliku jista’ jaħseb li l-prodotti jew is-servizzi inkwistjoni jkunu ġejjin mill-istess impriża jew, skont il-każ, minn impriżi li għandhom konnessjoni ekonomika, jikkostitwixxi probabbiltà ta’ konfużjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza Portakabin u Portakabin (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punti 50 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Id-domanda 3 hija intiża sabiex jiġi stabbilit liema pubbliku għandu jittieħed inkunsiderazzjoni f’dan il-każ. Il-kriterju għandu jkun il-perspettiva ta’ konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u diliġenti fit-territorju kopert mir-reġistrazzjoni tat-trade mark jew għandu jkun hemm kriterju ieħor, pereżempju l-perspettiva ta’ konsumatur fl-Istat li lejh il-prodotti huma esportati?</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Ir-risposta toħroġ mill-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-kuntest tad-domanda 2 u b’mod partikolari mill-estensjoni territorjalment limitata tal-protezzjoni tat-trade mark. Peress li l-ksur tat-trade mark li jkun sar minn prodotti intiżi għall-esportazzjoni jikkonsisti fil-probabbiltà ta’ kummerċjalizzazzjoni fit-territorju li fih it-trade mark hija protetta<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-punti 56 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, hija l-perspettiva ta’ konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u diliġenti f’dan it-territorju li għandu jsir riferiment għaliha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-13193"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Nipproponi għaldaqstant li tingħata risposta għad-domandi preliminari skont kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1)</NO.P><TXT>Is-sempliċi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>mili<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> ta’ pakketti li għandhom sinjal ma għandux jitqies bħala użu ta’ dan is-sinjal fl-eżerċizzju tal-kummerċ fis-sens tal-Artikolu 5(1)(b) tal-Ewwel Direttiva 89/104/KEE, tal-<DATE ISO="19881221">21 ta’ Diċembru 1988</DATE>, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, meta dan il-mili jsir biss bħala provvista ta’ servizz għal terz u fuq talba tiegħu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva 89/104 jippermetti l-projbizzjoni fit-territorju kopert mir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-użu ta’ sinjal li jista’ jiġi konfuż mat-trade mark meta l-prodotti li jkollhom is-sinjal huma intiżi esklużivament għall-esportazzjoni fi Stati barra minn dan it-territorju u l-pubbliku ma jistax jarahom f’dan l-istess territorju, ħlief fl-impriża fejn sar il-mili.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni għandha tiġi evalwata b’riferiment għall-perspettiva ta’ konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u diliġenti fit-territorju kopert mir-reġistrazzjoni tat-trade mark.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>