<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.1201133701.case.xml"><NO.CASE>C-526/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006J0526</NO.CELEX><NO.SEQ>0007.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>11339</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11352</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20071213">13.12.2007</DATE> — KAWŻA C-526/06</LEFT><RIGHT>ROAD AIR LOGISTICS CUSTOMS</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (Is-Seba' Awla)</P><P><DATE ISO="20071213">13 ta' Diċembra 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-526/06,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (I-Olanda), permezz ta' deċiżjoni tat-<DATE ISO="20061222">22 ta' Diċembru 2006</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fïs-<DATE ISO="20061227">27 ta' Diċembru 2006</DATE>, fil-kawża</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Staatssecretaris van Financiën</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Road Air Logistics Customs BV,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba Awla),</P><P>komposta minn U. Lõhmus (Relatur), President ta' l-Awla, J. Klučka u A. Ó Caoimh, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-11340"?><P>Avukat Ġenerali: D. Ruiz-Jarabo Colomer,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Road Air Logistics Customs BV, minn K. Winters, advocaat, u minn J. Hollebeek, adviseur,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn H. G. Sevenster u C. ten Dam, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn J. Hottiaux, bħala aġent, assistita minn F. Tuytschaever, avukat,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża mingħajr ma jsiru konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 236(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta' Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="302" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="1">ĠU L 302, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-11341"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta' kawża bejn is-Staatssecretaris van Financiën (Segretarju ta' l-Istat għall-Finanzi) u l-kumpannija Road Air Logistics Customs BV (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Road Air<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) dwar talba għall-ħlas lura ta' dazji doganali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 20(1) tal-Kodiċi Doganali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Dazji legalment dovuti meta jiġi inkors dejn doganali għandhom ikunu bbażati fuq it-Tariffa Doganali tal-Komunitajiet Ewropej.<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet dwar meta jiġi inkors dejn doganali jinsabu fil-Kapitolu 2 tat-Titolu VII tal-Kodiċi Doganali. B'mod partikolari, dawn id-dispożizzjonijiet jiddeskrivu l-fatti li joħolqu tali dejn, jiddeterminaw min huwa d-debitur, kif ukoll il-mument meta u l-post fejn dan jiġi inkors.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Dejn doganali fuq l-importazzjoni għandu jiġi inkors permezz:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tat-tneħħija kontra l-liġi mis-sorveljanza doganali ta' merkanziji soġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-11342"?><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-dejn doganali għandu jiġi inkors fil-mument meta l-merkanziji jitneħħew minn taħt is-sorveljanza doganali.</TXT><P>[...]<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></P></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 214(1) tal-Kodiċi Doganali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Ħlief fejn espressament provdut b'dan il-Kodiċi u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-ammont ta' dazju fuq l-importazzjoni jew dazju fuq l-esportazzjoni applikabbli għall-merkanziji għandu jiġi stabbilit skond il-bażi tar-regoli ta' valutazzjoni xierqa għal dawk il-merkanziji fil-ħin meta jiġi inkors id-dejn doganali fir-rigward tagħhom.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 215 tal-Kodiċi Doganali, fil-verżjoni tiegħu applikabbli qabel l-<DATE ISO="19990510">10 ta' Mejju 1999</DATE>, jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Dejn doganali għandu jiġi inkors fil-post fejn jiġru l-awenimenti li minnhom joħroġ.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fejn ma jkunx possibbli [li] jiġi stabbilit il-post li ssir referenza għalih filparagrafu 1, id-dejn doganali għandu jitqies li ġie inkors fil-post fejn l-awtoritajiet doganali jikkonkludu li l-merkanziji kienu fsitwazzjoni li fiha ġie inkors dejn doganali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11343"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fejn proċedura doganali ma tkunx twettqet għal merkanziji, id-dejn doganali għandu jitqies li ġie inkors fil-post fejn il-merkanziji:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ġew imqiegħda taħt dik il-proċedura, jew</P></ITEM><ITEM><P>daħlu fil-Komunità taħt dik il-proċedura.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fejn l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet doganali tagħmilha possibbli għalihom li jistabbilixxu li d-dejn doganali kien diġà ġie inkors meta l-merkanziji kienu f'post ieħor f'data qabel, id-dejn doganali għandu jitqies li ġie inkors fil-post li jista' jiġi stabbilit bħala l-lok tal-merkanziji fiż-żmien l-aktar kmieni li jista' jiġi stabbilit dejn doganali.<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nru 955/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19990413">13 ta' April 1999</DATE>, li jemenda r-Regolament Nru 2913/92 dwar il-proċedura ta' tranzitu estern (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="119" DATE.PUB="1999" PAGE.FIRST="1">ĠU L 119, p. 1</REF.DOC.OJ>), applikabbli mill-<DATE ISO="19990510">10 ta' Mejju 1999</DATE>, issostitwixxa t-test ta' l-Artikolu 215 tal-Kodiċi Doganali b'test ġdid li m'emendax it-test preċedenti b'mod sostanzjali. Fil-fatt, il-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-artikolu, minn naħa, u l-paragrafu 4 ta' l-imsemmi artikolu, min-naħa l-oħra, ġew riprodotti, rispettivament, fil-paragrafi 1 u<?PAGE NO="I-11344"?> 2 ta' l-Artikolu 215 fil-formulazzjoni l-ġdida tiegħu. Madankollu, iddaħħal paragrafo 3 ġdid, li jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>L-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 217(1) huma dawk ta' l-Istat Membru fejn id-dejn doganali jkun sar jew meqjus li jkun sar skond dan l-Artikolu.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji ruq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura sakemm jiġi stabbilit li meta kien tħallas l-ammont ta' dawk id-dazji ma kienx legalment dovut jew li dak l-ammont iddaħħal fil-kontijiet bi ksur ta' l-Artikolu 220(2)<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 378(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="253" DATE.PUB="1993" PAGE.FIRST="1">ĠU L 253, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="2018"/>il quddiem ir-</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>Regolament ta' implementaz-zjoni<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>):<QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 215 tal-Kodiċi, meta l-kunsinna ma tkunx ġiet ippreżentata fl-uffiċju tad-destinazzjopni u l-post ta' l-offiża jew l-irregolarità ma jkunx jista' jiġi stabbilit, dan il-ksur jew irregolarità għandhom jitqiesu bħallikieku saru:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fl-Istat Membru li jappartjeni għalih l-uffiċju tat-tluq,</P><?PAGE NO="I-11345"?><P>jew</P></ITEM><ITEM><P>fl-Istat Membru li jappartjeni għalih fil-punt tad-dħul fil-Komunità l-uffiċju ta' transitu, li lilu tkun intbagħtet nota ta' awiż ta' transitu,</P></ITEM></LIST><P>sakemm fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 379(2), il-prova ta[r-] regolarità ta' l-operazzjoni tat-transitu jew tal-post fejn il-ksur jew l-irregolarita jkunu attwalment saru tingħata għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali.<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 379 tar-regolament ta'implementazzjoni jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Meta kunsinna ma tkunx ġiet ippreżentata fl-uffiċju tad-destinazzjoni u l-post fejn il-ksur jew l-irregolarità ikunu saru ma jkunx jista jiġi stabbilit, l-uffiċju tat-tluq għandu jinnotifika lill-prinċipal b'dan il-fatt malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ qabel l-aħħar tal-11-il xahar wara d-data ta' reġistrazzjzoni tad-dikjarazzjoni ta transitu Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tindika, partikolarment, it-terminu li fih il-prova ta[r-] regolarità ta' l-operazzjoni ta' transitu jew il-post fejn attwalment ikunu saru il-ksur jew l-irregolarità għandha tingħata lill-uffiċju tat-tluq għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali. Dak it-terminu għandu jkun ta' tlett xhur mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1. Jekk il-prova msemmija ma tkunx ġiet prodotta sa tmiem it-terminu, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-passi biex jirkupra d-dazji u piżijiet oħra nvoluti. F'każijiet meta dak l-Istat Membru ma jkunx dak li fih l-uffiċju ta' tluq jinstab, dan ta' l-aħħar għandu immedjatament jinforma lill-Istat Membru imsemmi.<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11346"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Matul il-perijodu mix-xahar ta' April 1998 sax-xahar ta' Ottubru 1999 inkluż, Road Air għamlet, għal diversi klijenti, 31 dikjarazzjoni ta' tranzitu Komunitarju estern u intern u għal dan il-għan għamlet dikjarazzjonijiet doganali T1 u T2. Dawn id-dikjarazzjonijiet kollha jsemmu lill-uffiċju ta' Roosendaal (l-Olanda) bħala l-uffiċċju doganali tat-tluq.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fost il-kunsinni li ma ġewx rilaxxati, tlieta kienu jirrigwardaw tranzitu Komunitarju estern li għalih l-uffiċċju tad-destinazzjoni kien jinsab fi Stat Membru differenti mill-Olanda. Fir-rigward ta' tnejn minn dawn il-kunsinni, ġie kkonstatat nuqqas mill-uffiċċju tad-destinazzjoni. Fit-tielet każ, l-uffiċċju tat-tluq ma rċeviex il-ħames kopja tad-dikjarazzjoni Tl.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Bejn l-<DATE ISO="19990624">24 ta' Ġunju 1999</DATE> u t-<DATE ISO="20010718">18 ta' Lulju 2001</DATE>, l-ispettur ta' l-amministrazzjoni tattaxxi u tad-dwana ta' Roosendaal (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>l-ispettur<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>) innotifika lil Road Air, fir-rigward ta' dawn it-tliet kunsinni, b'ordnijiet għall-ħlas tad-dazji doganali għall-ksur tas-sistema ta' tranzitu Komunitarju. Madankollu, kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 379 tar-Regolament ta' implementazzjoni, in-notifiki magħmula lil Road Air ma semmewx li din ta' l-aħħar kellha l-possibbilta li tressaq il-prova tal-post fejn seħħ realment il-ksur jew l-irregolarità.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20011116">16 ta' Novembru 2001</DATE>, Road Air talbet, taħt l-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali, il-ħlas lura tad-dazji doganali rkuprati kif ukoll tal-multi imposti permezz ta' limsemmija ordnijiet għall-ħlas. Dawn it-talbiet ġew miċħuda b'deċiżjoni ta' l-ispettur. Wara li sar ilment, din id-deċiżjoni ta' ċaħda ġiet ikkonfermata b'deċiżjoni tal-<DATE ISO="20021115">15 ta' Novembru 2002</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11347"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20021210">10 ta' Diċembru 2002</DATE>, Road Air ressqet appell kontra din l-aħħar deċiżjoni quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam (Qorti ta' l-Appell ta' Amsterdam). Bsentenza tas-<DATE ISO="20040116">16 ta' Jannar 2004</DATE>, din il-qorti ddikjarat dan l-appell parzjalment fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Is-Staatssecretaris van Financiën ressaq appell fil-kassazzjoni kontra s-sentenza tal-Gerechtshof te Amsterdam quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden. Road Air ippreżentat appell inċidentali.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva ;i l-Gerechtshof te Amsterdam ikkonstata li Road Air ma kinitx ingħatat terminu ta' tliet xhur sabiex tistabbilixxi l-post fejn seħħ reaiment ilksur jew l-irregolarità. Konsegwentement, l-ispettur ma kienx irrispetta l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 379 tar-Regolament ta' implementazzjoni, b'mod li ma kellux is-setgħa li jiġbor id-dazji doganali in kwistjoni fil-kawża prinċipali. Minn dan il-Gerechtshof te Amsterdam ikkonkluda li l-ammonti msemmija fl-ordnijiet għall-ħlas indirizzati lill-kumpannija kkonċernata ma kinux legalment dovuti fis-sens ta' l-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, il-Hoge Raad der Nederlanden jqis li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tippermettix li jiġi stabbilit b'ċertezza biżżejjed li r-raġunament segwit mill-Gerechtshof te Amsterdam huwa fondat. B'mod partikolari, huwa jqajjem il-kwistjoni ta' l-applikabbiltà, f'dan il-każ, tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza ta l-<DATE ISO="20051020">20 ta' Ottubru 2005</DATE>, Transport Maatschappij Traffic (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-247/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-9089">C-247/04, Ġabra p. I-9089</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u jressaq lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>Il-kunċett ta' mhux legalment dovut', użat fl-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll il-każ fejn il-post fejn jiġi<?PAGE NO="I-11348"?> inkors dejn doganali ma jkunx ġie ddeterminat skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament ta' implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali?<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda mressqa, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-awtoritajiet doganali nazzjonali ma ddeterminawx, skond l-Artikolu 379 tar-Regolament ta' implementazzjoni, il-post fejn ġie inkors id-dejn doganali, jirrendi l-ammont tad-dazji doganali mhux legalment dovut</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi mfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 29 u fid-dispożittiv tas-sentenza Transport Maatchappij Traffic, iċċitata iktar 'il fuq, li, għall-finijiet ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali, id-dazji fuq l-importazzjoni jew id-dazji fuq l-esportazzjoni huma legalment dovuti meta dejn doganali ġie inkors, fiċ-ċirkustanzi stabbiliti mill-Kapitolu 2 tat-Titolu VII ta' dan il-kodiċi, u meta l-ammont ta' dawn id-dazji seta jiġi ddeterminat skond ittariffa doganali komuni, skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II ta' dan il-kodiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Hoge Raad der Nederlanden ressaq id-domanda tiegħu fid-dawl ta' din il-ġurisprudenza. Fil-fatt, l-imsemmija qorti tistaqsi jekk mill-fatt li l-Artikolu 215 tal-Kodiċi Doganali jinsab fil-Kapitolu 2 tat-Titolu VII, jistax jirriżulta li, meta waħda mill-kundizzjonijiet relattivi għad-determinazzjoni tal-post tal-ksur jew ta' l-irregolarità li jkun ta' lok għal dejn doganali ma tkunx sodisfatta waqt l-imsemmija determinazzjoni, jiġix sodisfatt il-kriterju stabbilit mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 22 ta' din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11349"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Skond Road Air, mill-istruttura tal-Kodiċi Doganali jirriżulta inkontestabbilment li d-dispożizzjonijiet kollha tal-Kapitolu 2 tat-Titolu VII ta' dan il-kodiċi, li fosthom hemm dawk relattivi għad-determinazzjoni tal-post fejn ġie inkors id-dejn doganali, huma neċessarji sabiex jiġi kkonstatat li dan id-dejn ġie inkors.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Din it-teżi ma tistax tiġi aċċettata. Fil-fatt, il-Kapitolu 2 isemmi, fl-Artikoli 201 sa 205 u 209 sa 211 tal-Kodiċi Doganali, diversi fatti li joħolqu dejn doganali. Dawn id-dispożizzjonijiet jispeċifikaw, f'kull każ, il-mument meta jiġi inkors id-dejn dogonali. L-ebda dispożizzjoni ta' l-imsemmi kapitolu u lanqas l-istruttura tal-Kodiċi Doganali ma jippermettu li jiġi konkluż li n-nuqqas ta' determinazzjoni tal-post fejn ġie inkors dan id-dejn, li huwa rregolat mill-Artikolu 215 tal-Kodiċi Doganali u mir-Regolament ta' implementazzjoni, jipprekludi l-imsemmi dejn milli jiġi inkors.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, mit-test ta' l-imsemmi Artikolu 215, ta' l-Artikoli 378 u 379 tar-Regolament ta' implementazzjoni kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-determinazzjoni tal-post fejn ġie inkors id-dejn doganali tippermetti li jiġi stabbilit l-Istat Membru kompetenti sabiex jiġbor id-dazji doganali (ara, f'dan is-sens, issentenza tal-<DATE ISO="19991021">21 ta' Ottubru 1999</DATE>, Lensing &amp; Brockhausen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-233/98" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-7349">C-233/98, Ġabra p. I-7349, punt 30</REF.DOC.ECR>). Minn dan isegwi li, għalkemm jinsab fil-Kapitolu 2 tat-Titolu VII tal-Kodiċi Doganali, l-Artikolu 215 ta' dan il-kodiċi ma jistabbilixxix kundizzjonijiet li huma prerekwiżiti sabiex jiġi inkors dejn doganali. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex tiddetermina l-kompetenza territorjali fir-rigward tal-ġbir ta' l-ammont tad-dejn doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F'dak li jirrigwarda l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>legalment dovut<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>, għandu jiġi kkonstatat li, skond l-Artikoli 20(1) u 214(1) tal-Kodiċi Doganali, dan il-kunċett jirrigwarda l-ammont ta dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni applikabbli għall-merkanzija, li huwa stabbilit abbażi tar-regoli ta' valutazzjoni speċifiċi għal din il-merkanzija fil-mument meta jiġi inkors id-dejn doganali fir-rigward tagħha. Konsegwentement, meta jseħħ fatt li joħloq dejn doganali, l-ammont ta' dazji legalment dovuti jista' jiġi stabbilit b'applikazzjoni tat-tariffa doganali tal-Komunitajiet.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11350"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Mill-proċess u mill-osservazzjonijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-merkanziji in kwistjoni fil-kawża prinċipali ma waslux fid-destinazzjoni tagħhom u li l-irregolarità fl-operazzjonijiet ta' tranzitu mhijiex ikkontestata. F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, irregolarità kkwalifikata bħala tneħħija kontra l-liġi mis-sorveljanza doganali dejjem ikollha l-konsegwenza, b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi Doganali, li jiġi inkors dejn doganali (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-li ta' Lulju 2002, Liberexim, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-371/99" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-6227">C-371/99, Ġabra p. I-6227, punt 52</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fid-dawl tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Transport Maatschappij Traffic, iċċitata iktar 'il fuq, f'sitwazzjoni fejn id-dejn doganali ġie inkors bis-saħħa ta' l-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi Doganali u fejn huwa possibbli li jiġi stabbilit l-ammont ta' dazju fuq l-importazzjoni abbażi tar-regoli ta' valutazzjoni speċifiċi għall-merkanzija in kwistjoni b'applikazzjoni tat-tariffa doganali tal-Komunitajiet, l-imsemmi ammont huwa legalment do vut fis-sens ta' l-Artikolu 236(1) ta' dan il-kodiċi, anki jekk l-awtoritajiet doganali nazzjonali ma jkunux iddeterminaw il-post fejn ġie inkors id-dejn doganali skond l-Artikolu 379 tar-Regolament ta' implementazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm in-nuqqas ta' determinazzjoni tal-post fejn ġie inkors id-dejn doganali ma jipprekludix dan id-dejn milli jiġi inkors, jibqa' l-fatt li n-notifika lill-prinċipal bit-terminu ta' diet xhur imsemmi fl-Artikolu 379(2) tar-Regolament ta' implementazzjoni tikkostitwixxi prerekwiżit għall-irkupru ta' l-imsemmi dejn mill-awtoritajiet doganali (ara, b'analoġija, is-sentenza ta' l-<DATE ISO="20050120">20 ta' Jannar 2005</DATE>, Honeywell Aerospace, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-300/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-689">C-300/03, Ġabra p. I-689, punt 23</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li mill-kliem stess ta' l-Artikoli 378(1) u 379(2) tar-Regolament ta' implementazzjoni jirriżulta li n-notifika mill-uffiċċju tattluq, lill-prinċipal, bit-terminu li fih jistgħu jiġu ppreżentati l-provi mitluba hija ta' natura obbligatola u għandha tiġi qabel l-irkupru tad-debitu doganali (ara, f'dan issens, is-sentenzi Lensing &amp; Brockhausen, iċċitata iktar 'il fuq, punt 29; Honeywell Aerospace, iċċitata iktar 'il fuq, punt 24, u tat-<DATE ISO="20070308">8 ta' Marzu 2007</DATE>, Gerlach, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-44/06" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-2071">C-44/06, Ġabra p. I-2071, punt 33</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-11351"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li dan it-terminu huwa intiż sabiex jipproteġi l-interessi tal-prinċipal billi dan jingħata tliet xhur sabiex jippreżenta, jekk ikun il-każ, il-prova tar-regolarità ta' l-operazzjoni ta' tranzitu jew tal-post fejn effettivament seħħ il-ksur jew l-irregolarità (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi ta' l-<DATE ISO="20021114">14 ta Novembru 2002</DATE>, SPKR, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-112/01" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-10655">C-112/01, Ġabra p. I-10655, punt 38</REF.DOC.ECR>; ta' l-<DATE ISO="20050414">14 ta' April 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Olanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-460/01" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-2613">C-460/01, Ġabra p. I-2613, punt 62</REF.DOC.ECR>, u Gerlach, iċċitata iktar 'il fuq, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Istat Membru li taħtu jaqa' l-uffiċċju tat-tluq jista' biss jipproċedi għall-irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni jekk ikun informa minn qabel lill-prinċipal li dan jiddisponi minn terminu ta' tliet xhur sabiex jippreżenta l-provi mitluba, u jekk dawn ma jiġux ippreżentati fit-terminu msemmi (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar <QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="2019"/>il fuq Lensing &amp; Brockhausen, punt 31, u Gerlach, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha raġun meta tgħid li l-ksur ta' l-Artikolu 379 tar-Regolament ta' implementazzjoni jwassal għall-inkompetenza ta' l-awtoritajiet doganali sabiex jipproċedu għall-irkupru.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta għad-domanda mressqa għandha tkun li l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-awtoritajiet doganali nazzjonali ma ddeterminawx, skond l-Artikolu 379 tar-Regolament ta' implementazzjoni, il-post fejn ġie inkors id-dejn doganali, ma jirrendix l-ammont tad-dazji doganali mhux legalment dovut.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, l-Istat Membru li taħtu jaqa' l-uffiċċju tat-tluq jista' biss jipproċedi għall-irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni jekk, f'konformita ma' l-Artikolu 379(2) tar-Regolament ta' implementazzjoni, ikun informa lill-prinċipal li dan jiddisponi minn terminu ta' diet xhur sabiex jippreżenta l-prova tal-post fejn il-ksur jew l-irregolarità jkunu attwalment saru u jekk din il-prova ma tkunx ġiet ippreżentata f'dan it-terminu.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11352"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) taqta u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 236(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta' Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunita għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-awtoritajiet doganali nazzjonali ma ddeterminawx, skond l-Artikolu 379 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta' Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożiz-zjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, il-post fejn ġie inkors id-dejn doganali, ma jirrendix l-ammont tad-dazji doganali mhux legalment dovut.</P><P>Madankollu, l-Istat Membru li taħtu jaqa' l-uffiċċju tat-tluq jista' biss jipproćedi għall-irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni jekk, f'konformita ma' l-Artikolu 379(2) tar-Regolament Nru 2454/93, ikun informa lill-prinćipal li dan jiddisponi minn terminu ta' tliet xhur sabiex jippreżenta l-prova tal-post fejn il-ksur jew l-irregolarità jkunu attwalment saru u jekk din il-prova ma tkunx ġiet ippreżentata f'dan it-terminu.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>