IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.3.2024
COM(2024) 119 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar id-delega tas-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Frar 2019 li jimplimenta klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta’ preferenzi f’ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi
1.Introduzzjoni
Ir-Regolament (UE) 2019/287 (“Ir-Regolament ta’ Salvagwardja Bilaterali”)() ġie adottat fit-13 ta’ Frar 2019 u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Marzu 2019. Jimplimenta klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta’ preferenzi f’ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi.
Ir-Regolament ta’ Salvagwardja Bilaterali jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-proċeduri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-klawżoli jew mekkaniżmi. Meta l-ftehimiet kummerċjali jkun fihom dispożizzjonijiet speċifiċi li mhumiex f’konformità mar-Regolament ta’ Salvagwardja Bilaterali, dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi jenħtieġ li jiġu elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Sa issa, l-Anness ta’ dan ir-Regolament fih dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ tliet ftehimiet: il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore, il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, u l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika.
Skont l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament ta’ Salvagwardja Bilaterali, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex temenda l-Anness bil-ħsieb li żżid entrati relatati ma’ dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ ftehimiet kummerċjali ġodda.
2.Bażi ġuridika
Dan ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ Salvagwardja Bilaterali. Skont dik id-dispożizzjoni, is-setgħa li tadotta atti delegati dwar il-kwistjonijiet msemmijin fih hija kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin mill-14 ta’ Marzu 2019 u l-Kummissjoni hija obbligata tħejji rapport li jirrigwarda d-delegazzjoni ta’ din is-setgħa.
3.Eżerċizzju tad-delega
3.1.Atti delegati adottati
Matul il-perjodu bejn l-14 ta’ Marzu 2019 u l-31 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni ma eżerċitatx is-setgħat delegati tagħha u ma ġie adottat l-ebda att delegat skont ir-Regolament ta’ Salvagwardja Bilaterali.
4.Konklużjoni
Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jieħdu nota ta’ dan ir-rapport.
Skont l-Artikolu 16, il-Kummissjoni se terġa’ tħejji rapport dwar is-setgħat delegati qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin li ġejjin.